Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0180

Kawża C-180/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit- 18 ta’ April 2011 — Bericap vs Plastinnova 2000

OJ C 232, 6.8.2011, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ April 2011 — Bericap vs Plastinnova 2000

(Kawża C-180/11)

2011/C 232/20

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bericap Záródástechnikai bt.

Konvenuta: Plastinnova 2000 kft.

Parti oħra fil-proċedura: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala (li kienet Magyar Szabadalmi Hivatal)

Domandi preliminari

(1)

Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta bit-talbiet jew dikjarazzjonijiet oħra tal-partijiet li għandhom effetti legali, u li hi għandha s-setgħa li tordna ex officio il-produzzjoni ta’ provi li hija tqis neċessarji, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

(2)

Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li fl-evalwazzjoni tagħha, il-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta b’deċiżjoni amministrattiva għal talba għal annullament, u lanqas minn konstatazzjonijiet ta’ fatt li huma effettwati minnha, b’mod partikolari permezz tal-motivi ta’ annullament invokati matul il-proċedura amministrattiva, jew ukoll mid-dikjarazzjonijiet jew affermazzjonijiet ifformulati, jew il-provi prodotti matulha, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

(3)

Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali teskludi, minn fost il-provi prodotti fil-kuntest tat-talba ġdida — inklużi dawk minnhom li huma tal-iprem kwalità — dawk li diġa ġew prodotti fuq talba preċedenti għall-annullament tal-protezzjoni ta’ mudell ta’ utilità, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?


Top