Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0080

Kawża C-80/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Biróság (l-Ungerija) fit- 22 ta’ Frar 2011 — Mahagében Kft. vs Nemzeti Adó és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

OJ C 179, 18.6.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Biróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Frar 2011 — Mahagében Kft. vs Nemzeti Adó és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-80/11)

2011/C 179/10

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Biróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mahagében Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 2006/112 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li persuna taxxabbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha materjali għat-tnaqqis tal-VAT imposti mill-imsemmija direttiva tista’ tiċċaħħad mid-dritt tagħha għal tnaqqis minn leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li tipprojbixxi t-tnaqqis tal-VAT imħallsa għax-xiri tal-merkanzija fil-każ fejn il-fattura tikkostitwixxi l-uniku dokument idoneu biex jiċċertifika t-twettiq effettiv tal-provvista tal-merkanzija, iżda fejn il-persuna taxxabbli ma għandhiex dokument mogħti mill-persuna li toħroġ il-fattura li juri li din tal-aħħar kellha l-merkanzija inkwistjoni, li kienet f’pożizzjoni li tikkunsinjaha, u li ssodisfat l-obbligi tagħha ta’ dikjarazzjoni? L-Istat Membru jista’ jirrikjedi, taħt l-Artikolu 273 tad-direttiva, bil-għan li jiżgura l-ġbir eżatt tal-VAT u jevita l-evażjoni, li d-destinatarju tal-fattura jkollu dokumenti oħra li juru li l-persuna li toħroġ il-fattura kellha l-merkanzija inkwistjoni, u li din il-merkanzija ġiet ikkunsinnata jew ipprovduta lilu?

(2)

Il-kunċett ta’ “diliġenza meħtieġa” previst fl-Artikolu 44(5) tal-liġi nazzjonali dwar il-VAT huwa kompatibbli mal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità rikonoxxuti bosta drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-applikazzjoni tad-direttiva, sa fejn dan jimplika, skont l-awtorità tat-taxxa u l-ġurisprudenza stabbilita, li d-destinatarju tal-fattura għandu jiżgura ruħu li l-persuna li toħroġ il-fattura hija persuna taxxabbli, li kienet inkludiet il-merkanzija inkwistjoni fil-kontabbiltà tagħha, li tinsab fil-pussess ta’ fattura ta’ xiri fir-rigward ta’ din il-merkanzija u li ssodisfat l-obbligi tagħha ta’ dikjarazzjoni u ta’ ħlas tal-VAT?

(3)

L-Artikoli 167 u 178(a) tad-Direttiva 2006/112 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà li jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis għall-prova, mid-destinatarju tal-fattura, li l-kumpannija li toħroġ il-fattura kkonformat ruħha mal-obbligi legali tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


Top