Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0354

Kawża C-354/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 22 ta’ Marzu 2012 — Maurice Emram vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva G — Trade marks)

OJ C 235, 4.8.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Maurice Emram vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-354/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva G - Trade marks)

2012/C 235/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Maurice Emram (rappreżentant: M. Benavï, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Guccio Gucci SpA (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2001, Emram vs UASI (T-187/10) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2010 (Każ R 1281/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Emram — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Żnaturament tal-provi — Evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

M. Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


Top