EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0451

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tad-9 ta' Ġunju 2011.
Télévision française 1 SA (TF1) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 86(2) KE - Servizz pubbliku ta' xandir - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Prova - Effettività ekonomika tal-impriża.
Kawża C-451/10 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:384





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 – TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-451/10 P)

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 86(2) KE – Servizz pubbliku ta’ xandir – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Prova – Effettività ekonomika tal-impriża”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proġetti ta’ għajnuna - Eżami mill-Kummissjoni - Fażi preliminari u fażi kontradittorja - Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Diffikultà ta’ evalwazzjoni - Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja - Kunċett - Diffikultajiet serji - Oneru u portata tal-prova fil-każ ta’ rikors għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet (Artikolu 88(2) u (3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(3)) (ara l-punti 47 sa 50, 52)

2.                     Appell - Motiv addizzjonali li jiġġustifika d-dispożittiv tas-sentenza - Ċaħda (ara l-punti 62, 63)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tal-1 ta’ Lulju 2010, TFI u M6 vs Il‑Kummissjoni (T‑468/08 u T‑573/08), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal‑Kummissjoni C (2008) 3506 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar il-proġett ta’ għoti mir-Repubblika Franċiża ta’ kapital ta’ EUR 150 miljun lil France Télévisions SA - Ksur tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova - Ksur tal‑Artikolu 106(2) TFUE - Kunċett ta’ “servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali” - Assenza ta’ diffikultajiet serji.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Canal + u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Top