EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CO0205
Order of the Court (Fifth Chamber) of 12 January 2011. # Heinz Helmuth Eriksen (C-205/10 P), Bent Hansen (C-217/10 P) and Brigit Lind (C-222/10 P) v European Commission. # Appeal - Actions for damages - Public health implications of the nuclear accident that occurred near Thule (Greenland, Denmark) - Directive 96/29/Euratom - Commission’s failure to adopt measures against a Member State. # Joined cases C-205/10 P, C-217/10 P and C-222/10 P.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-12 ta' Jannar 2011.
Heinz Helmuth Eriksen (C-205/10 P), Bent Hansen (C-217/10 P) u Brigit Lind (C-222/10 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Rikors għad-danni - Konsegwenzi għas-saħħa pubblika tal-inċident nukleari li seħħ Thule (il-Groenlandja, id-Danimarka) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas ta' adozzjoni mill-Kummissjoni ta' miżuri fil-konfront ta' Stat Membru.
Każijiet Magħquda C-205/10 P, C-217/10 P u C-222/10 P.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-12 ta' Jannar 2011.
Heinz Helmuth Eriksen (C-205/10 P), Bent Hansen (C-217/10 P) u Brigit Lind (C-222/10 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Rikors għad-danni - Konsegwenzi għas-saħħa pubblika tal-inċident nukleari li seħħ Thule (il-Groenlandja, id-Danimarka) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas ta' adozzjoni mill-Kummissjoni ta' miżuri fil-konfront ta' Stat Membru.
Każijiet Magħquda C-205/10 P, C-217/10 P u C-222/10 P.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Jannar 2011 – Eriksen et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda C-205/10 P, C-217/10 P u C-222/10 P)
“Appell – Rikors għad-danni – Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-inċident nukleari li seħħ viċin Thule (il-Groenlandja, id-Danimarka) – Direttiva 96/29/Euratom – Nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Eżerċizzju diskrezzjonali - Dritt tal-individwi li jeżiġu li l-Kummissjoni tieħu pożizzjoni - Assenza - Relazzjoni mas-setgħa tal-Kummissjoni li tagħti eżenzjonijiet - Assenza (Artikolu 226 KE; Artikolu 141 KEEA) (ara l-punti 42, 43, 56, 67)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Fatt li ma jikkostitwixxix illegalità (Artikolu 226 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Artikolu 141 KEEA) (ara l-punti 52, 53)
3. KEEA - Trattat - Kamp ta’ applikazzjoni - Attivitajiet li jaqgħu fil-qasam militari - Esklużjoni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika ta’ inċident nukleari li seħħ fil-qasam militari - Nuqqas ta’ effett (Trattat KEEA) (ara l-punt 66)
Suġġett
Appelli mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Marzu 2010, Eriksen vs Il-Kummissjoni (T-516/08), Hansen vs Il-Kummissjoni (T-6/09) u Lind vs Il-Kummissjoni (T-5/09), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament infondati fid-dritt rikorsi għad-danni intiżi għal ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba n-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lid-Danimarka tikkonforma ruħha mad-Direttiva 96/29, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p, 291) u tapplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-inċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja), bi ksur tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi ta’ dan l-inċident fuq is-saħħa pubblika, tal-20 ta’ April 2007 [petizzjoni 720/2002, 2006/2012 (INI)]. |
Dispożittiv
1) |
L-appelli huma miċħuda. |
2) |
H. H. Eriksen, B. Hansen u B. Lind huma kkundannati għall-ispejjeż. |