Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0472

Kawża C-472/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pest Megyei Bíróság (Ir-Repubblika tal-Ungerija) fid- 29 ta’ Settembru 2010 — Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság vs Invitel Távközlési Zrt.

OJ C 346, 18.12.2010, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pest Megyei Bíróság (Ir-Repubblika tal-Ungerija) fid-29 ta’ Settembru 2010 — Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság vs Invitel Távközlési Zrt.

(Kawża C-472/10)

()

2010/C 346/53

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pest Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nemzeti Fogyasztóvédelmi Hatóság

Konvenuta: Invitel Távközlési Zrt.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur jista’ jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali inġusta ma torbot lil ebda konsumatur meta korp stabbilit b’liġi u debitament awtorizzat jitlob f’isem il-konsumaturi, fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ interess pubbliku (popularis actio), li tiġi kkonstatata n-nullità tal-imsemmija klawżola inġusta li tinsab f’kuntratt ta’ konsum?

Meta tkun inbdiet azzjoni ta’ interess pubbliku li tkun intiża għall-kundanna favur il-konsumaturi li ma humiex partijiet fil-kawża jew ta’ projbizzjoni tal-użu ta’ kundizzjoni ġenerali kuntrattwali inġusta, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmija klawżola inġusta li tinsab f’kuntratti ta’ konsum ma torbot la lil ebda konsumatur ikkonċernat u lanqas lill-ebda konsumatur ieħor fil-ġejjieni, b’tali mod li l-qorti hija obbligata tapplika ex officio l-konsegwenzi legali li jirriżultaw minn dan?

(2)

Fid-dawl tal-punti 1(j) u 2(d) tal-Anness tad-Direttiva, applikabbli skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, l-Artikolu 3(1) ta’ din l-istess direttiva jista’ jiġi interpretat fis-sens li, meta bejjiegħ jew fornitur jipprovdi emenda unilaterali tal-kundizzjonijiet kuntrattwali mingħajr ma jiddeskrivi b’mod ċar il-metodu ta’ varjazzjoni tal-prezz u mingħajr ma jispeċifika raġunijiet validi fil-kuntratt, l-imsemmija klawżola hija ipso iure inġusta.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2. p. 288


Top