EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0458

Kawża C-458/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

OJ C 346, 18.12.2010, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/29


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-458/10)

()

2010/C 346/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u O. Beynet, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet tal-parti rikorrenti

tikkonstata li, billi ma ttrasponiex, b’mod komplet u korrett, l-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (1), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva 98/83/KE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem żewġ ilmenti insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel ilment tagħha, il-Kummissjoni ssostni li t-traspożizzjoni tal-Artikolu 9(3)(b) u (ċ) tad-Direttiva 98/83 hija inkompleta. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix li d-deċiżjoni ta’ deroga għandu jkun fiha r-“riżultati relevanti ta’ kontrolli li jkunu saru” u ma tippreċiżax “il-kwantità tal-ilma provduta kull jum”, “il-popolazzjoni konċernata” u “jekk tkunx sa tiġi affetwata xi impriża tal-produzzjoni tal-ikel [l-eżistenza ta’ riperkussjonijiet eventwali fuq impriżi tal-produzzjoni tal-ikel]”.

Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni ssostni li t-traspożizzjoni tal-Artikolu 9(3)(e) tad-Direttiva 98/83 hija inkompleta u inkorretta sa fejn l-awtoritajiet Lussemburgiżi jsostnu, b’mod partikolari li, peress li huwa l-awtur tat-talba għal deroga li għandu jiddefinixxi u jimplementa miżuri korrettivi, huwa dan l-istess awtur u mhux l-awtur tad-deċiżjoni tal-għoti ta’ deroga, li għandu jipprovdi “pjan fil-qosor”, “time-table għax-xogħol” u “stima ta’ l-ispejjeż”, kif mitlub mid-Direttiva.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90)


Top