EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0337

Kawża C-337/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis- 7 ta’ Lulju 2010 — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main

OJ C 301, 6.11.2010, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Georg Neidel vs Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-337/10)

()

2010/C 301/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georg Neidel

Konvenuta: Stadt Frankfurt am Main

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) japplika wkoll għall-impjegati fis-servizz pubbliku?

(2)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE jkopri wkoll l-intitolamenti għal-leave annwali meta d-dritt nazzjonali jipprovdi għal tali intitolament ta’ iktar minn erba’ ġimgħat?

(3)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE japplika wkoll għall-intitolamenti għal-leave ta’ waqfien mix-xogħol, addizzjonali għal-leave annwali, mogħti taħt id-dritt nazzjonali bħala kumpens għal xogħol imwettaq fi ġranet ta’ vakanzi pubbliċi b’riżultat tad-distribuzzjoni irregolari tal-ħin tax-xogħol?

(4)

Impjegat fis-servizz pubbliku li jkun irtira jista’ jibbaża intitolament għal pagament bħala kumpens għal-leave annwali direttament fuq l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE jekk kien prekluż milli jaħdem minħabba mard u għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jieħu leave fil-forma ta’ leave ta’ waqfien mix-xogħol?

(5)

Tali intitolament għal pagament bħala kumpens jista’ minn tal-inqas jiġi parzjalment prekluż minħabba d-dekadenza prematura tal-intitolament għal-leave stabbilita fid-dritt nazzjonali?

(6)

Il-portata tal-intitolament għal pagament bħala kumpens ibbażat fuq l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tkopri biss il-leave minimu ta’ erba’ ġimgħat iggarantit mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, jew tkopri wkoll l-intitolamenti għal-leave addizzjonali previsti mid-dritt nazzjonali? Dawn l-intitolamenti għal-leave addizzjonali jinkludu wkoll intitolamenti għal-leave ta’ waqfien mix-xogħol li jirriżultaw biss minn distribuzzjoni partikolari tal-ħin tax-xogħol?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)


Top