EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0263

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-7 ta' Lulju 2011.
Iulian Nisipeanu vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Gorj et..
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunalul Gorj - ir-Rumanija.
Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta' karozzi.
Kawża C-263/10.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:466





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2011 – Nisipeanu vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Gorj et

(Kawża C-263/10)

“Taxxi interni – Artikolu 110 TFUE – Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur”

1.                     Dispożizzjonijiet fiskali - Taxxi interni - Taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fit-territorju nazzjonali - Taxxa applikabbli għal vetturi użati importati li ma għandha ebda ekwivalenti rigward vetturi li jinsabu fis-suq nazzjonali, tal-istess sena u li jinsabu fl-istess kundizzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 110 TFUE) (ara l-punti 28, 29 u d-dispożittiv)

2.                     Domandi preliminari - Interpretazzjoni - Effetti ratione temporis tas-sentenzi ta’ interpretazzjoni - Effett retroattiv - Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja - Kundizzjonijiet - Importanza għall-Istat Membru kkonċernat tal-konsegwenzi finanzjarji tas-sentenza - Kriterju mhux deċiżiv (Artikolu 110 TFUE) (ara l-punti 32-36)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunalul Gorj - Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati li qabel kienu rreġistrati fi Stati Membri oħra - Taxxa ambjentali imposta fuq il-vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru - Kwalifikazzjoni tal-kriterju tad-“data tal-ewwel reġistrazzjoni” - Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE - Validità tal-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa, introdotta għal ċerti kategoriji ta’ vetturi - Applikazzjoni eventwali tal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”.

Dispożittiv

 

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru idaħħal taxxa fuq it-tniġġis imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru, jekk din il-miżura fiskali tkun stabbilita b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess sena u li huma fl-istess kundizzjoni fis-suq nazzjonali.

Top