Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0250

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba' Awla) tal-21 ta' Diċembru 2011.
Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Düsseldorf - il-Ġermanja.
Direttiva 2003/96/KE - Ttassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku - Artikolu 14(1)(b) - Eżenzjoni tal-prodotti ta' enerġija użati bħala karburant għall-iskop ta' navigazzjoni bl-ajru - Karburant ipprovdut minn noleġġatur ta' ajruplan użat mill-persuni li ħadu l-ajruplan b'noleġġ għat-titjiriet tagħhom għal skopijiet oħra għajr il-provvista ta' servizz bl-ajru bi ħlas.
Kawża C-250/10.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:862





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 – Haltergemeinschaft LBL vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C‑250/10)

“Direttiva 2003/96/KE – Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku – Artikolu 14(1)(b) – Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru – Karburant ipprovdut minn noleġġatur ta’ ajruplan użat mill-persuni li ħadu l-ajruplan b’noleġġ għat-titjiriet tagħhom għal skopijiet oħra għajr il-provvista ta’ servizz bl-ajru bi ħlas”

Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija fornuti għall-użu bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru għajr l-avjazzjoni privata tat-turiżmu - Portata - Kiri jew noleġġ ta’ ajruplan lil impriża għall-iskopijiet kummerċjali tagħha għajr il-provvista ta’ servizz bl-ajru bi ħlas - Esklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 2003/96, Artikolu 14(1)(b)) (ara l-punti 25, 26 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Finanzgericht Düsseldorf - Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) - Portata tal-eżenzjoni prevista għall-prodotti ta’ enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru - Eżenzjoni tal-karburant ipprovdut mill-kerrej jew min-noleġġatur ta’ ajruplan, li ma tkunx impriża tan-navigazzjoni bl-ajru, u użat mill-persuni li jieħdu l-ajruplan b’kera jew b’noleġġ għat-titjiriet b’għan kummerċjali tagħhom.

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa għall-prodotti ta’ enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru għajr l-avjazzjoni privata tat-turiżmu prevista f’din id-dispożizzjoni, ma tistax tkun ta’ benefiċċju għal impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta din tagħti b’kiri jew b’noleġġ ajruplan ta’ proprjetà tagħha bil-karburant lill-impriżi li l-operazzjonijiet ta’ navigazzjoni bl-ajru li jwettqu ma humiex direttament użati għall-provvista, minn dawn l-impriżi, ta’ servizz bl-ajru bi ħlas.

Top