Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0028

Kawża C-28/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 2 ta’ Settembru 2010 — Mehmet Salih Bayramoglu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ( Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Talbiet irregolari — Inammissibbiltà manifesta )

OJ C 346, 18.12.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Settembru 2010 — Mehmet Salih Bayramoglu vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-28/10 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Talbiet irregolari - Inammissibbiltà manifesta)

2010/C 346/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Mehmet Salih Bayramoglu (rappreżentant: A. Riza QC)

Appellata: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Karamarcos u N. Görlitz, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta u E. Finnegan, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009, Bayramoglu vs Il-Parlament u Il-Kunsill (T-110/09), li permezz tiegħu, il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet, abbażi ta’ inammissibbiltà manifesta, rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/511/KE, tal-10 ta’ Ġunju 2004, li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta’ Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta’ ftehim dwar il-problema ta’ Ċipru — Rikors tardiv

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

M. Bayramoglu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 80, 27.03.2010


Top