Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0566

Kawża C-566/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 27 ta’ Novembru 2012 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Litwanija, Ir-Repubblika Ellenika (Appell — Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Pubblikazzjoni kompluta fi tliet lingwi uffiċjali — Lingwa użata għall-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi uffiċjali)

OJ C 26, 26.1.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Novembru 2012 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Litwanija, Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-566/10 P) (1)

(Appell - Sistema lingwistika - Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti - Pubblikazzjoni kompluta fi tliet lingwi uffiċjali - Lingwa użata għall-eżamijiet - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi uffiċjali)

2013/C 26/04

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat), Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou, S. Vodina et G. Papagianni, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2010, L-Italja vs Il Kummissjoni (Kawżi magħquda T-166/07 u T-285/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/94/07 (ĠU 2007, C 45 A, p. 3), EPSO/AST/37/07 (ĠU 2007, C 45 A, p. 15) u EPSO/AD/95/07 (ĠU 2007, C 103 A, p. 7)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Settembru 2010, L-Italja vs Il-Kummissjoni (T-166/07 u T-285/07), hija annullata.

(2)

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/94/07, biex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva ta’ Amministraturi (AD5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja, EPSO/AST/37/07, biex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva ta’ Assistenti (AST3) fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni u EPSO/AD/95/07 biex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva ta’ Amministraturi (AD5) fil-qasam tal-informazzjoni (Librerija/Dokumentazzjoni) huma annullati.

(3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Repubblika Taljana u għall-ispejjeż tagħha stess fiż-żewġ istanzi.

(4)

Ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 63, 26.2.2011


Top