EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0250

Kawża C-250/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf (Direttiva 2003/96/KE — Ttassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Artikolu 14(1)(b) — Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru — Karburant ipprovdut minn noleġġatur ta’ ajruplan użat mill-persuni li ħadu l-ajruplan b’noleġġ għat-titjiriet tagħhom għal skopijiet oħra għajr il-provvista ta’ servizz bl-ajru bi ħlas)

OJ C 49, 18.2.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — Il-Ġermanja) — Haltergemeinschaft LBL GbR vs Hauptzollamt Düsseldorf

(Kawża C-250/10) (1)

(Direttiva 2003/96/KE - Ttassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Artikolu 14(1)(b) - Eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru - Karburant ipprovdut minn noleġġatur ta’ ajruplan użat mill-persuni li ħadu l-ajruplan b’noleġġ għat-titjiriet tagħhom għal skopijiet oħra għajr il-provvista ta’ servizz bl-ajru bi ħlas)

2012/C 49/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Haltergemeinschaft LBL GbR

Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Portata tal-eżenzjoni prevista għall-prodotti ta’ enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru — Eżenzjoni tal-karburant ipprovdut mill-kerrej jew min-nolleġġatur ta’ ajruplan, li ma tkunx impriża tat-trasport bl-ajru, u użat mill-persuni li jieħdu l-ajruplan b’kera jew b’noleġġ għat-titjiriet b’għan kummerjċali tagħhom

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa għall-prodotti ta’ enerġija forniti biex jintużaw bħala karburant għall-iskop ta’ navigazzjoni bl-ajru għajr safar b’mod privat u għall-divertiment prevista f’din id-dispożizzjoni ma tistax tkun ta’ benefiċċju għal impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta din tagħti b’kiri jew b’noleġġ ajruplan li jappartjeni lilha bil-karburant lill-impriżi li l-operazzjonijiet ta’ navigazzjoni bl-ajru li jwettqu ma humiex direttament użati għall-provvista, minn dawn l-impriżi, ta’ servizz bl-ajru bi ħlas.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011


Top