EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0163

Kawża C-163/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Isernia — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello (Membru tal-Parlament Ewropew — Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet — Artikolu 8 — Proċedura kriminali għar-reat ta’ kalunnja — Dikjarazzjonijiet magħmula barra mill-konfini tal-Parlament — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet — Immunità — Kundizzjonijiet)

OJ C 311, 22.10.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Isernia — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello

(Kawża C-163/10) (1)

(Membru tal-Parlament Ewropew - Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet - Artikolu 8 - Proċedura kriminali għar-reat ta’ kalunnja - Dikjarazzjonijiet magħmula barra mill-konfini tal-Parlament - Kunċett ta’ “opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet” - Immunità - Kundizzjonijiet)

2011/C 311/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Isernia

Parti fil-proċedura kriminali fil-kawża prinċipali

Aldo Patriciello

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Isernia — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 1967 152, p. 13) — Membru tal-Parlament Ewropew akkużat bir-reat ta’ kalunnja wara akkuża falza ta’ rappreżentant tal-forżi tal-ordni — Kunċett ta’ opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet ta’ membru tal-Parlament.

Dispożittiv

L-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Ujoni Ewropea, anness mat-Trattati UE, FUE u KEFA, għandu jiġi interpretat fis-sens li dikjarazzjoni magħmula minn membru parlamentari Ewropew barra mill-Parlament Ewropew li tat lok għal proċeduri kriminali fl-Istat Membru tal-oriġini tiegħu minħabba r-reat ta’ kalunnja ma tikkostitwixxix opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari koperta bl-immunità stipulata f’din id-dispożizzjoni ħlief meta din id-dikjarazzjoni hija evalwazzjoni suġġettiva li għandha rabta diretta u ovvja mal-qadi ta’ tali dmirijiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


Top