Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0262

Kawża T-262/09: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Lulju 2009 — Defense Technology vs UASI — DEF-TEC Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)

OJ C 205, 29.8.2009, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/45


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2009 — Defense Technology vs UASI — DEF-TEC Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)

(Kawża T-262/09)

2009/C 205/83

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Defense Technology Corporation of America (Jacksonville, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze, avukat u solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DEF-TEC Defense Technology GmbH (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Mejju 2009 fil-Każ R 493/2002-4 (II); u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR” għal prodotti fil-klassijiet 5, 8 u 13 — Applikazzjoni Nru 643 668

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni, bħala trade mark tal-Istati Uniti, tat-trade mark verbali “FIRST DEFENSE” għal prodotti fil-klassi 13; Żewġ reġistrazzjonijiet, bħala trade marks tal-Istati Uniti, ta’ trade marks figurattivi għal prodotti fil-klassi 13; Trade mark preċedenti magħrufa fil-Belġju, fil-Ġermanja u fi Franza “FIRST DEFENSE”; Trade mark preċedenti magħrufa fil-Belġju, fil-Ġermanja u fi Franza “FIRST DEFENSE AND DESIGN”; Trade mark preċedenti mhux irreġistrata “FIRST DEFENSE” protetta fil-Ġermanja u fi Franza; Trade mark preċedenti mhux irreġistrata fil-Belġju, fil-Ġermanja u fi Franza “FIRST DEFENSE AND DESIGN”; Trade mark “FIRST DEFENSE” protetta fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni rrifjutata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma applikax l-imsemmija dispożizzjoni b’mod xieraq u, barra minn hekk, peress li bbaża d-deċiżjoni tiegħu żbaljatament fuq fehim inkorrett tal-fatti ppreżentati; Ksur tal-Artikoli 65, 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Settembru 2006 fil-Kawża T-6/05 DEF-TEC Defense Technology vs UASI — Defense Technology (FIRST DEFENSE AEROSOL PEPPER PROJECTOR)


Top