EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0302

Kawża T-302/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ April 2014 – CNIPT vs Il-Kummissjoni “Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

OJ C 175, 10.6.2014, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CNIPT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/09) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2014/C 175/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Comité national interprofessionnel de la pomme de terre (CNIPT) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Ledoux u B. Néouze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn M. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


Top