Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0042

Kawża T-42/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Diċembru 2012 — A. Loacker vs UASI — Editrice Quadratum (QUADRATUM) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali QUADRATUM — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LOACKER QUADRATINI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) — Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009)” )

OJ C 26, 26.1.2013, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2012 — A. Loacker vs UASI — Editrice Quadratum (QUADRATUM)

(Kawża T-42/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali QUADRATUM - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LOACKER QUADRATINI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009) - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009))

2013/C 26/74

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: A. Loacker SpA (Auna di Sotto, l-Italja) (rappreżentanti: V. Bilardo, C. Bacchini u M. Mazzitelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Sempio, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Editrice Quadratum SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pezzoi, P. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 34/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A. Loacker SpA u Editrice Quadratum SpA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

A. Loacker SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009.


Top