Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0441

Kawża C-441/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

OJ C 24, 30.1.2010, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/27


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-441/09)

2010/C 24/50

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u B.-R. Killmann, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi applikat rata mnaqqsa tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ għall-provvisti, għall-importazzjonijiet u għall-akkwisti intra-Komunitarji ta’ ċerti annimali ħajjin, b’mod partikolari żwiemel, li mhumiex intiżi għall-preparazzjoni ta’ prodotti tal-ikel intiżi għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 u 98, moqrija flimkien mal-Anness III tad-Direttiva dwar is-sistema komuni tal-VAT (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ Awstrijaka tikser l-Artikoli 96 u 98 flimkien mal-Anness III tad-Direttiva dwar is-sistema komuni tal-VAT, billi tapplika wkoll għall-provvista ta’ ċerti annimali ħajjin (b’mod partikolari żwiemel) rata mnaqqsa tal-VAT, jekk dawn l-annimali ma jkunux intiżi għall-produzzjoni ta’ prototti tal-ikel.

Il-kunċett ta’ “annimali ħajjin” fil-punt 1 tal-Anness III tad-Direttiva dwar is-sistema komuni tal-VAT mhuwiex kategorija awtonoma iżda tinkludi biss dawk l-annimali normalment intiżi bħala ikel għall-annimali jew għalf. Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mill-verżjoni Spanjola, Franċiża, Ingliża, Taljana, Olandiża, Portugiża kif ukoll dik Svediża ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, in-natura eċċezzjonali ta’ din id-dispożizzjoni titlob li tkun interpretata b’mod ristrett.

B’mod partikolari fir-rigward tal-annimali li jappartjenu għall-familja tal-ekwini, fil-biċċa l-kbira, l-użu tagħhom huwa għal tagħbija u biex tirkbu (u mhux bħala ikel jew għalf).


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top