EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0375

Kawża C-375/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit- 23 ta’ Settembru 2009 — Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

OJ C 297, 5.12.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-23 ta’ Settembru 2009 — Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

(Kawża C-375/09)

2009/C 297/25

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tele2 Polska sp. z o.o., li issa saret Netia S.A. w. Warszawie

Konvenut: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tistax tadotta deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ prattika restrittiva tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 82 KE, meta hija tqis, wara proċedura, li l-impriża ma kisritx il-projbizzjoni ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li tirriżulta minn din id-dispożizzjoni tat-Trattat?

(2)

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni jippermettu lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex tagħlaq proċedura dwar repressjoni tal-prattiki antikompetittivi — jekk jiġi kkonstatat li l-aġir tal-impriża ma jiksirx il-projbizzjoni li tirrizulta mill-Artikolu 82 KE — biss billi tadotta deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ prattika restrittiva tal-kompetizzjoni, it-tielet sentenza tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU 2003 L 1, p. 1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkostitwixxi l-bażi ġuridika diretta ta’ deċiżjoni ta’ din l-awtorità li tikkonstata li “ma hemmx każ li jkun hemm azzjoni mil[l]-parti [tagħha]”?


(1)  ĠU 2003 L 1, p. 1.


Top