Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0176

Kawża C-176/09: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Mejju 2009 — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

OJ C 180, 1.8.2009, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/29


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2009 — Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-176/09)

2009/C 180/50

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent, P. Kinsch, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tannulla s-silta redatta bil-mod li ġej: “u għall-ajruport bl-ogħla moviment ta’ passiġġieri f’kull Stat Membru” fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2009, dwar l-imposti tal-ajruporti (1);

sussidjarjament, tannulla d-direttiva kollha;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tiegħu.

Permezz tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent jallega ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni peress li, minħabba l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/12/KE għall-ajruporti “bl-ogħla moviment ta’ passiġġieri f’kull Stat Membru”, ajruport bħal dak ta’ Luxembourg-Findel huwa suġġett għal obbligi amministrattivi u finanzjarji li ma japplikawx għal ajruporti li jinsabu f’sitwazzjoni simili, mingħajr ma tali differenza fit-trattament hija ġġustifikata oġġettivament. F’dan ir-rigward, huwa jirreferi b’mod partikolari għas-sitwazzjoni tal-ajruporti ta’ Hahn u ta’ Charleroi, li jservu l-istess żona ta’ kummerċ bħall-ajruport ta’ Findel, u li kull wieħed minnhom jintuża minn numru ogħla ta’ passiġġieri minn dak li jużaw dan tal-aħħar, iżda li mhumiex suġġetti għall-istess obbligi. Il-fatt li jeżistu fruntieri bejn dawn it-tliet ajruporti bl-ebda mod ma jiġġustifika trattament differenti bejniethom.

Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni wkoll li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tirrispettax il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, fl-ewwel lok, l-intervent fuq livell Ewropew mhuwiex neċessarju sabiex tiġi rregolata sitwazzjoni li tista’ tiġi perfettament irregolata fuq livell nazzjonali sakemm il-limitu massimu ta’ 5 miljun passiġġier ma jintlaħaqx. Fit-tieni lok, l-applikazzjoni tad-direttiva twassal għal proċeduri u spejjeż supplimentari li mhumiex iġġustifikati għal ajruport bħal dak ta’ Findel, li l-unika partikolarità tiegħu hija li huwa ajruport bl-ogħla moviment ta’ passiġġieri fi Stat Membru, mingħajr ma dan il-fattur huwa verament rilevanti fid-dawl tal-għanijiet tad-direttiva.


(1)  ĠU L 70, p. 11.


Top