EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0145

Kawża C-145/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (Il-Ġermanja) fl- 24 ta’ April 2009 — Land Baden-Württemberg vs Panagiotis Tsakouridis

OJ C 153, 4.7.2009, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (Il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2009 — Land Baden-Württemberg vs Panagiotis Tsakouridis

(Kawża C-145/09)

2009/C 153/48

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Land Baden-Württemberg

Konvenut: Panagiotis Tsakouridis

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika”, użat fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 2004/38/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss it-theddid assolut għas-sigurtà esterna u interna tal-Istat Membru li jista’ jiġġustifika miżura ta’ tkeċċija u li jgħoddu bħala tali biss l-eżistenza tal-Istat u tal-istituzzjonijiet fundamentali tiegħu, il-kapaċità tagħhom li jiffunzjonaw, is-sopravivenza tal-poplu, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni u r-relazzjonijiet paċifiċi bejn in-nazzjonijiet?

2)

Il-protezzjoni ogħla kontra t-tkeċċija miksuba, skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE, wara residenza ta’ 10 snin fl-Istat Membru ospitanti, taħt liema kundizzjonijiet tintilef mill-ġdid? F’dan ir-rigward, għandu wieħed japplika b’analoġija l-kundizzjoni rigward it-telf tad-dritt ta’ residenza permanenti prevista fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2004/38/KE?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda u għall-kwistjoni tal-applikabbiltà b’analoġija tal-Artikolu 16(4) tad-Direttiva: il-protezzjoni ogħla kontra t-tkeċċija tintilef biss kif jiddekadi ż-żmien, indipendentament mir-raġunijiet tal-assenza?

4)

Bl-istess mod, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda u għall-kwistjoni tal-applikabbiltà b’analoġija tal-Artikolu 16(4) tad-Direttiva: ritorn inforzat fl-Istat ospitanti fil-kuntest ta’ proċeduri penali huwa adegwat sabiex tinżamm il-protezzjoni ogħla anki jekk, wara r-ritorn, il-libertajiet fundamentali ma jkunux jistgħu jiġu eżerċitati għal perijodu twil?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77)


Top