Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0081

Kawża C-81/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis- 25 ta’ Frar 2009 – Idryma Typou A.E. vs Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis

OJ C 102, 1.5.2009, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (Il-Greċja) fis-25 ta’ Frar 2009 – Idryma Typou A.E. vs Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis

(Kawża C-81/09)

2009/C 102/23

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Idryma Typou A.E.

Konvenut: Ypourgos Typou kai Meson Mazikis Enimerosis (Ministru tal-Istampa u x-Xandir)

Domandi preliminari

Id-Direttiva 68/151/KEE, li fl-Artikolu 1 tagħha tipprovdi li “[i]l-miżuri ta’ kordinazzjoni preskritti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar it-tipi ta’ kumpaniji li ġejjin: […] fil-Greċja: ανώνυμη εταιρία [kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata], […]”, tistabbilixxi regola li tipprojbixxi l-adozzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 4(3) tal-Liġi 2328/1995, sa fejn tali dispożizzjoni tipprovdi li l-multi previsti fil-paragrafi preċedenti ta’ dan l-artikolu għal ksur tal-leġiżlazzjoni u tar-regoli tad-deontoloġija li jirregolaw il-funzjonament tal-istazzjonijiet televiżivi huma imposti b’mod konġunt u in solidum, mhux biss fuq il-kumpannija detentriċi tal-awtorizzazzjoni għall-ħolqien u għall-użu ta’ stazzjoni televiżiv, iżda ukoll fuq l-azzjonisti kollha li jżommu perċentwali ta’ ishma ta’ iktar minn 2,5%?


Top