Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0193

Kawża C-193/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 4 ta’ Marzu 2010 — Kaul GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bayer AG (Appell — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja ARCOL — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja CAPOL — Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza li t annulla deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tagħha — Dritt għal smigħ — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ xebħ minimu tat-trade marks li għalihom saret l-applikazzjoni — Ċaħda minħabba nuqqas manifest ta’ rilevanza ta’ provi ġodda ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 8(1)(b), Artikolu 61(2), Artikolu 63(6), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 u Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94)

ĠU C 234, 28.8.2010, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Kaul GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bayer AG

(Kawża C-193/09 P) (1)

(Appell - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja ARCOL - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja CAPOL - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza li t annulla deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tagħha - Dritt għal smigħ - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Livell ta’ xebħ minimu tat-trade marks li għalihom saret l-applikazzjoni - Ċaħda minħabba nuqqas manifest ta’ rilevanza ta’ provi ġodda ppreżentati quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 61(2), Artikolu 63(6), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 u Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94)

2010/C 234/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanit: Kaul GmbH [rappreżentanti: R. Kunze, Rechtsanwalt u solicitor]

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) [rappreżentant: Schneider, aġent], Bayer AG

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-25 ta’ Marzu 2009, Kaul vs UASI (T-402/07), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja “CAPOL”, għal prodotti fil-klassi 1, kontra d-Deċiżjoni R 728/2000-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Awwissu 2007, li tiċħad għat-tieni darba l-appell ippreżentat mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “ARCOL”, għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 20, wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali ta’ ċaħda tal-oppożizzjoni tat-Tielet Bord tal-Appell permezz tas-sentenza C-29/05 P, UASI vs Kaul

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Kaul GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 193, 15.08.2009


Top