Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0543

Kawża C-543/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Deutsche Telekom AG vs Bundesrepublik Deutschland ( “Komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 25(2) — Direttiva 2002/58/KE — Artikolu 12 — Provvista ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji — Obbligu impost fuq impriża li tassenja numri tat-telefon sabiex tittrażmetti lil impriżi oħrajn id-data li hija jkollha dwar l-abbonati ta’ impriżi terzi” )

OJ C 194, 2.7.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Deutsche Telekom AG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-543/09) (1)

(Komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 25(2) - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 12 - Provvista ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji - Obbligu impost fuq impriża li tassenja numri tat-telefon sabiex tittrażmetti lil impriżi oħrajn id-data li hija jkollha dwar l-abbonati ta’ impriżi terzi)

2011/C 194/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

fil-preżenza ta’: GoYellow GmbH, Telix AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ nerworks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), kif ukoll tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settus tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514) — Provvista ta’ servizzi ta’ direttorju — Portata tal-obbligu impost fuq impriża li tkun assenjat in-numri tat-telefon lill-abbonati li tgħaddi lil impriżi oħra d-data rilevanti kollha sabiex jiġi editjat direttorju universali jew li tipprovdi servizz universali ta’ konsultazzjoni tad-direttorju — Data li tikkonċerna l-abbonati ta’ impriżi terzi

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-impriżi li jassenjaw numri tat-telefon lill-utenti finali l-obbligu sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ impriżi li l-attività tagħha tikkonsisti li tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji mhux biss id-data dwar l-abbonati tagħhom stess, iżda wkoll dik li huma jkollhom dwar l-abbonati ta’ impriżi terzi.

(2)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga impriża li tippubblika direttorji pubbliċi li tittrażmetti data personali li hija jkollha dwar l-abbonati ta’ fornituri oħrajn ta’ servizzi telefoniċi lil impriża terza li l-attività tagħha tikkonsisti li tippubblika direttorju stampat jew elettroniku jew tagħmel tali direttorji disponibbli għall-konsultazzjoni permezz ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorji, mingħajr ma tagħmel tali konsultazzjoni suġġetta għal kunsens ġdid tal-abbonati, sa fejn madankollu, minn naħa, dawn tal-aħħar kienu ġew informati, qabel l-ewwel inklużjoni tad-data tagħhom f’direttorju pubbliku, bil-għan ta’ dan id-direttorju u bil-fatt li din id-data tista’ tiġi kkomunikata lil fornitur ieħor ta’ servizzi telefoniċi u li, min-naħa l-oħra, huwa ggarantit li l-imsemmija data ma tiġix, wara t-trażmissjoni tagħha, użata għal skopijiet oħra ħlief għal dawk li għalihom hija nġabret għall-ewwel pubblikazzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


Top