EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0546

Kawża T-546/08: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' Diċembru 2008 — Villa Almè vs UASI- Bodegas Marqués de Murrieta (i GAI)

OJ C 44, 21.2.2009, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/59


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2008 — Villa Almè vs UASI- Bodegas Marqués de Murrieta (i GAI)

(Kawża T-546/08)

(2009/C 44/101)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Villa Almè Azienda vitivinicola di Vizzotto Giuseppe (Mansuè, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa, P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Marqués de Murrieta, SA (Logroño, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-24 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 1695/2007-1, u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “i GAY” għal prodotti fil-klassi 33 (inbejjed) (Applikazzjoni Nru 4.458.295),

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bodegas Marqués de Murrieta, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Spanjola (Nru 2.315.558) “YGAI” u trade mark Komunitarja figurattiva (Nru 1.707.729) u verbali (Nru 1.699.412) “MARQUES DE MURRIETA YGAY” għal prodotti fil-klassi 33 (inbejjed)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


Top