Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0258

Kawża T-258/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Ġunju 2008 — Rath vs UASI — Portela & Ca. (DIACOR)

OJ C 223, 30.8.2008, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/54


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 — Rath vs UASI — Portela & Ca. (DIACOR)

(Kawża T-258/08)

(2008/C 223/95)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Matthias Rath (Cape Town, l-Afrika t'Isfel) (rappreżentanti: U. Vogt, C. Kleiner u S. Ziegler, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Portela & Ca., SA (Mamede do Coronado, il-Portugal)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' April 2008 fil-każ R 1630/2006-2; u

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Matthias Rath

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “DIACOR” għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, 16 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta' trade mark Portugiża Nru 137 311 tat-trade mark “DIACOR” għal prodotti fil-klassi 79, skond il-klassifika nazzjonali ta' prodotti fis-seħħ fiż-żmien ir-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha fil-klassi 5

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: (i) Ksur ta' l-Artikolu 22(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni 2868/95 (1) peress li diversi dokumenti ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell ma kinux bl-Ingliż u ebda traduzzjoni ma ġiet provduta lill-applikant sabiex jevalwa l-prova ta' użu; (ii) Ksur ta' l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja fl-opinjoni tiegħu li l-parti l-oħra quddiemu kienet ippreżentat evidenza suffiċjenti għall-prova ta' użu tat-trade mark preċedenti fil-Portugall għall-prodotti kollha li għalihom hi ġiet irreġistrata; u (iii) Ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks kunfliġġenti ma juru l-ebda xebh vizwali, fonetiku jew kunċettwali, li jista' jirriżulta f'probabbilta' ta' konfużjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità.


Top