EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0550

Kawża T-550/08 R: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Ġunju 2009 — Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni ( Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji (rimbors tal-multa diġà mħallsa u rinunzja għal garanzija bankarja) — Assenza ta’ fumus boni juris u nuqqas ta’ urġenza )

OJ C 193, 15.8.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/08 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji (rimbors tal-multa diġà mħallsa u rinunzja għal garanzija bankarja) - Assenza ta’ fumus boni juris u nuqqas ta’ urġenza”)

2009/C 193/35

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG (Amburgu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Dallmann u U. Krauthause, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ COMP/39.181 — Xemgħa bajda, sa fejn hija timponi multa fuq ir-rikorrenti — Talba li r-rikorrenti tinħeles mill-obbligu li tagħti garanzija bankarja bħala kundizzjoni għat-tneħħija tal-obbligu ta’ ħlas — Talbiet oħrajn għal miżuri provviżorji

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top