Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0579

Kawża T-579/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Ottubru 2011 — Eridania Sadam vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Miżura tal-awtoritajiet Taljana intiża sabiex tikkumpensa t-telf subit mir-raffinerija taz-zokkor ta’ Villasor (l-Italja) wara perijodu ta’nixfa — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu” )

OJ C 355, 3.12.2011, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Eridania Sadam vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-579/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Miżura tal-awtoritajiet Taljana intiża sabiex tikkumpensa t-telf subit mir-raffinerija taz-zokkor ta’ Villasor (l-Italja) wara perijodu ta’nixfa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu)

(2011/C 355/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eridania Sadam SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, I. Perego, B. Amabile u M. Serpone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/704/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 29/04 (ex N 328/03) li l-Italja bisiebha tagħti għar-raffinerija taz-zokkor ta’ Villasor, proprjetà tal-kumpannija Sadam ISZ (ĠU 2009, L 244, p. 10).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Eridiana Sadam SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


Top