EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CO0513

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-9 ta' Diċembru 2009.
Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Uffiċjali - Sigurtà Soċjali - Ċaħda espliċita tat-talba li ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-uffiċjal jiġu rrimborsati 100 % - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
Kawża C-513/08 P.

European Court Reports – Staff Cases 2009 II-B-2-00107

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:760

DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is‑Seba’ Awla)

9 ta’ Diċembru 2009

Kawża C‑513/08 P

Luigi Marcuccio

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Appell – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Ċaħda espliċita tat-talba li ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-uffiċjal jiġu rrimborsati 100 % – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:         Appell mid-Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir‑Raba’ Awla) [li saret il-Qorti Ġenerali], tad‑9 ta’ Settembru 2008, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (T‑143/08), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali tal-ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal‑uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-Komunitajiet ta’ assigurazzjoni għall‑mard Ewropej li jirrifjuta, minn naħa, li jkopri 100 % ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-appellant, u min‑naħa l-oħra, li jirrimborsa l-ispejjeż ta’ eżami mediku skont ir‑regoli applikabbli fir-rigward ta’ konsultazzjonijiet ma’ tobba speċjalisti, kif ukoll talba sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ ċerti ammonti tal-ispejjeż mediċi.

Dispożittiv         L-appell huwa miċħud. L. Marcuccio huwa kkundannat għall‑ispejjeż tal-appell.

Sommarju

1.        Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill‑Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

2.        Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà

(Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal‑Qorti Ġenerali, Artikolu 112(1)(ċ))

Top