EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0423

Kawża C-423/08: Rikors ippreżentat fl- 24 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

OJ C 313, 6.12.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/16


Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-423/08)

(2008/C 313/23)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caerios, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, billi ma rrispettatx it-termini stabbiliti sabiex tistabbilixxi r- riżorsi proprji tal-Komunitajiet fil-każ ta' rkupru a posteriori u minħabba l-ħlas tardiv ta' dawn tal-aħħar lill-Komunità, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89 (1) tad-29 ta' Mejju 1989, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom, u taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (2) tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet, kif ukoll taħt l-Artikolu 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/93 (3) tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-awtoritajiet Taljani ma rrispettawx, fil-każ ta' rkupru a posteriori tar-riżorsi doganali, it-termini għall-istabbiliment tar-riżorsi proprji previsti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli f'dan ir-rigward, sa fejn dawn l-awtoritajiet jagħtu lill-persuna taxxabbli estensjoni (ta' sittin jum) għall-finijiet tal-eżami tal-verbal ta' kontestazzjoni, qabel ma jagħmlu l-kalkolu tad-dazji fuq l-importazzjoni, bir-riżultat li jinħoloq dewmien fl-akkreditament tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet inkwistjoni. Tali sitwazzjoni rriżultat minn verifika tar-riżorsi proprji mwettqa fl-Italja mis-6 sal-10 ta' Novembru 2000.

Issa, skont il-Kummissjoni, tali prassi operattiva ma tirriżultax li hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli fir-rigward tal-irkupru a posteriori. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet għall-konstatazzjoni tad-dazji jkunu sodisfatti fil-mument li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu l-verbal li permezz tiegħu l-persuna taxxabbli tiġi informata bl-ammont tad-dazji li għandhom jiġu rkuprati, sa fejn tali dokument jindika fl-istess ħin l-isem tad-debitur u l-ammont tad-dazji li għandhom jiġu rkuprati. Sa fejn fl-Italja id-dazji jiġu kkonstatati u rreġistrati biss wara l-iskadenza tat-terminu mogħti lill-persuna taxxabbli sabiex tikkontesta l-emenda tad-dazji nnotifikati lilha, il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti mhijiex konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji applikabbli, u tista' twassal għal dewmien, fil-kawża preżenti, fir-rigward tad-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji Komunitarji.


(1)  ĠU L 155, p. 1.

(2)  ĠU L 130, p. 1.

(3)  ĠU L 302, p. 1.


Top