EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0306
Case C-306/08: Action brought on 9 July 2008 — Commission of the European Communities v Kingdom of Spain
Kawża C-306/08: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
Kawża C-306/08: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
OJ C 223, 30.8.2008, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 223/36 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-306/08)
(2008/C 223/58)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: IL-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u D. Kukovec, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li, billi aġġudika l-Programmi Integrati ta' Azzjoni skond il-Liġi 6/1994, tal-15 ta' Novembru li tirregola l-attivitajiet ta' żvilupp fil-komunità ta' Valencia, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE (1) ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, b'mod partikolari, l-Artikoli 1, 6(6), 11, 12 u t-Titolu II tal-Kapitolu IV tagħha (Artikoli 24 sa 29), u li, billi aġġudika l-Programmi Integrati ta' Azzjoni skond il-Liġi 16/2005, liġi ta' Valencia dwar l-iżvilupp, implementata permezz tad-Digriet 67/2006 tar-Reġjun ta' Valencia tat-12 ta' Mejju, li jistabbilixxi r-Regolament dwar l-ippjanar u l-ġestjoni urbana, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2, 6 24, 30, 31(4)(a), 48(2) u 53 tad-Direttiva 2004/18/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi; |
— |
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni ssostni li l-aġġudikar tal-Programmi Integrati ta' Azzjoni (PIA), miżura ta' żvilupp urban stabbilita permezz tal-Liġi 6/1994 tal-15 ta' Novembru, il-liġi ta' Valencia dwar attivajiet ta' żvilupp (“LRAU”)u dik li ġiet warajha, il-liġi 16/205, il-liġi ta' Valencia dwar l-iżvilupp (“LUV”) tirrigwarda kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi li għandhom jiġu aġġudikati skond id-Direttiva 93/37/KE u d-Direttiva 2004/18/KE. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni tafferma li l-PIA huma kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi minn korpi lokali li jinkludu t-twettiq ta' xogħlijiet ta' infrastruttura pubblika minn żviluppaturi urbani magħżula mill-awtoritajiet lokali.
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-LUV tikser id-direttivi Komunitarji dwar il-kuntratti pubbliċi taħt diversi aspetti, fir-rigward, fost l-oħrajn, il-pożizzjoni privileġġjata ta' l-ewwel offerent, l-esperjenza ta' l-offerenti f'kuntratti simili, il-preżentazzjoni ta' alternattivi għall-proposta ta' l-ewwel offerent f'“envelop miftuħ”, ir-regolament tal-varjabbli, il-kriterji għall-għoti tal-kuntratti PIA, il-possibbiltà li jiġi mmodifikat il-kuntratt wara li jiġi aġġudikat (per eżempju, il-possibbiltà li jiżdiedu l-ispejjeż ta' żvilupp) u r-regolament ta' każijiet ta' eżekuzzjoni mhux kompleta tal-kuntratt mill-offerent li ngħata l-kuntratt. Uħud minn dawn il-każijiet ta' ksur jikkonċernaw kemm il-LRAU u l-LUV, oħrajn il-LUV biss.