Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0300

Kawża C-300/08 P: Appell ippreżentat fis- 7 ta' Lulju 2008 minn Leche Celta, SL, mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal tal-Prim' Istanza (It-Tielet Awla) fit- 23 ta' April 2008 fil-Kawża T-35/07, Leche Celta vs L-UASI

OJ C 223, 30.8.2008, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/36


Appell ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2008 minn Leche Celta, SL, mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal tal-Prim' Istanza (It-Tielet Awla) fit-23 ta' April 2008 fil-Kawża T-35/07, Leche Celta vs L-UASI

(Kawża C-300/08 P)

(2008/C 223/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Leche Celta, SL (rappreżentanti: J. Calderón Chavero, avukat, T. Villate Consonni, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Celia SA

Talbiet ta' l-appellanti

annullament tas-sentenza tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' April 2008 fil-kawża T-35/07 sabiex tiġi ddikjarata biċ-ċar l-inkompatibbiltà tat-trade mark CELIA/CELTA;

kundanna għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' l-appell tagħha, l-appellanti tikkontesta, essenzjalment, l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza dwar ix-xebh tat-trade marks in kwistjoni. Skond din ta' l-aħħar, fil-fatt, ix-xebh bejn dawn iż-żewġ trade marks huwa tali li l-pubbliku rilevanti mhuwiex kapaċi jara d-differenza bejniethom, iktar u iktar peress li l-prodotti li huma jkopru huma identiċi. Għaldaqstant il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet diversi żbalji ta' evalwazzjoni meta qieset bħala dgħajjef il-livell ta' xebh verbali u kunċettwali bejn it-trade marks kunfliġġenti.


Top