Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0180

Kawża C-180/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio de Thessalonique (Il-Greċja) fit- 28 ta' April 2008 — Maria Kastrinaki vs Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis ACHEPA

OJ C 171, 5.7.2008, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Efeteio de Thessalonique (Il-Greċja) fit-28 ta' April 2008 — Maria Kastrinaki vs Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis ACHEPA

(Kawża C-180/08)

(2008/C 171/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Thessalonikis (Il-Greċja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Kastrinaki

Konvenut: Panepistimiako Geniko Nosokomeio Thessalonikis ACHEPA.

Domandi preliminari

1)

Meta, abbażi ta' titolu li, skond hi, jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 89/48/KEE, persuna residenti ta' Stat Membru tiġi impjegata minn persuna ġuridika pubblika u teżerċita professjoni rregolata fl-Istat Membru ospitanti, fil-kuntest ta' kuntratt ta' xogħol taħt id-dritt privat għal żmien fiss, u li tkun segwiet karriera fuq il-pjan tal-funzjonijiet u tas-salarju skond it-titolu msemmi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom il-possibbilità, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-direttiva msemmija, interpretati fid-dawl ta' l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jeskluduwha mill-eżerċizzju tad-drittijiet professjonali tagħha, minħabba impossibbiltà li tiġi rrikonoxxuta l-ekwivalenza akkademika tat-titolu li tinvoka, sabiex jikklassifikawha f'kategorija ta' post u fi skala ta' salarju li tikkorrispondi għal dan it-titolu, għall-unika raġuni li dan it-titolu ngħata minn awtorità ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, iżda li fi tmiem l-istudji li parti minnhom saru, abbażi ta' ftehim ta' franchise, fl-Istat Membru ospitanti u għand organiżmu li ċertament jopera liberament iżda li, minħabba dispożizzjoni ġenerali tal-liġi nazzjonali, mhuwiex irrikonoxxut mill-Istat Membru ospitanti bħala organu ta' tagħlim?

2)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom il-fakultà, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/48/KEE, kif trasposta fis-sistema legali Ellenika mid-digriet ministerjali konġunt Nru A4/4112/247/1992, interpretati fid-dawl ta' l-Artikolu 39(1), ta' l-Artikolu 40(1), ta' l-Artikolu 43, ta' l-Artikolu 47(1), ta' l-Artikolu 49 KE u ta' l-Artikolu 55 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jeskludu lil persuna residenti fi Stat Membru, li hija impjegata minn persuna ġuridika pubblika, fil-kuntest ta' kuntratt ta' xogħol taħt id-dritt privat għal żmien fiss u li tkun kisbet awtorizzazzjoni li teżerċita professjoni skond id-direttiva msemmija, kif trasposta fis-sistema legali Ellenika mid-digriet ministerjali konġunt imsemmi, mill-eżerċizzju tad-drittijiet tal-professjoni tagħha derivanti minn din l-awtorizzazzjoni, minħabba li l-ekwivalenza akkademika tat-titolu ta' studju tagħha ma ġietx irrikonoxxuta?


Top