EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0008
Case C-8/08: Reference for a preliminary ruling from the College van Beroep voor het bedrijfsleven (Netherlands) lodged on 9 January 2008 — 1. T-Mobile Netherlands, 2. KPN Mobile NV, 3. Raad van bestuur van de Nederlandse Mededingingsautoriteit, 4. Orange Nederland NV, Intervener: Vodafone Libertel BV
Kawża C-8/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-College van Beroep voor het bedrijfsleven (l-Olanda) fid- 9 ta' Jannar 2008 — 1. T-Mobile Netherlands, 2. KPN Mobile N.V., 3. Raad van bestuur van de Nederlandse Mededingingsautoriteit, 4. Orange Nederland N.V.; parti intervenjenti: Vodafone Libertel B.V.
Kawża C-8/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-College van Beroep voor het bedrijfsleven (l-Olanda) fid- 9 ta' Jannar 2008 — 1. T-Mobile Netherlands, 2. KPN Mobile N.V., 3. Raad van bestuur van de Nederlandse Mededingingsautoriteit, 4. Orange Nederland N.V.; parti intervenjenti: Vodafone Libertel B.V.
OJ C 92, 12.4.2008, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-College van Beroep voor het bedrijfsleven (l-Olanda) fid-9 ta' Jannar 2008 — 1. T-Mobile Netherlands, 2. KPN Mobile N.V., 3. Raad van bestuur van de Nederlandse Mededingingsautoriteit, 4. Orange Nederland N.V.; parti intervenjenti: Vodafone Libertel B.V.
(Kawża C-8/08)
(2008/C 92/19)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:
1. |
T-Mobile Netherlands |
2. |
KPN Mobile N.V. |
3. |
Raad van bestuur van de Nederlandse Mededingingsautoriteit |
4. |
Orange Nederland N.V. |
Intervenjenti: Vodafone Libertel B.V.
Domandi preliminari
1) |
Fuq liema kriterji għadha ssir l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE, sabiex tiġi evalwata jekk prattika miftehma ikollhiex l-għan li tipprevjeni, tirrestrinġi jew tkun ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni? |
2) |
L-Artikolu 81 KE għandu jiġi interpretat fis-sens illi, fl-applikazzjoni ta' l-imsemmi Artikolu mill-qorti nazzjonali, il-prova ta' rabta ta' kawżalità bejn il-prattika miftehma u aġir fis-suq għandha ssir u tiġi evalwata skond normi tal-liġi nazzjonali, dejjem jekk dawn l-istess regoli ma jkunux anqas favorevoli minn dawk applikabbli għal proċeduri simili ta' natura interna u li dawn ma jagħmluhiex prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli li jiġu eżerċitati drittijiet mogħija mis-sistema legali Komunitarja? |
3) |
Fl-applikazzjoni ta' prattika miftehma kif hemm fl-Artikolu 81 KE, il-preżunzjoni ta' rabta ta' kawżalità bejn il-“prattika miftehma” u l-aġir fis-suq japplika dejjem, anki meta l-prattika miftehma tkun ta' darba biss, u l-impriża li tkun ħadet sehem tibqa' attiva fis-suq, jew din il-preżunzjoni tapplika biss meta l-prattika miftehma isseħħ b'mod regolari u għal tul ta' żmien? |