EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0507

Kawża C-507/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Kanċellament parzjali ta’ dejn fiskali ta’ kumpannija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

OJ C 63, 26.2.2011, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-507/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Kanċellament parzjali ta’ dejn fiskali ta’ kumpannija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

2011/C 63/03

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, J. Javorský u K. Walkerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2082 finali, tas-7 ta’ Ġunju 2006, li tikkonstata l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna mogħtija mis-Slovakkja favur Frucona Košice, taħt il-forma ta’ annullament ta’ dejn fiskali mill-uffiċċju tat-taxxi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri, u li tordna l-irkupru tagħha (Għajnuna mill-Istat Nru C-25/2005, ex NN 21/2005) (ĠU L 112, p. 14)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ħaditx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarja tagħha l-għajnuna illegali koperta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C-25/05 (ex NN 21/05) mogħtija mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 u l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009


Top