Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0350

Kawża C-350/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Litwanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Att ta’ adeżjoni tal-2003 — Obbligi tal-Istati Membri aderenti — Acquis communautaire — Direttivi 2001/83/KE u 2003/63/KE — Regolament (KEE) Nru 2309/93 u Regolament (KE) Nru 726/2004 — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Prodotti bijoloġiċi mediċinali simili li jirriżultaw mill-bijoteknoloġija — Awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq mogħtija qabel l-adeżjoni)

OJ C 346, 18.12.2010, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Litwanja

(Kawża C-350/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Att ta’ adeżjoni tal-2003 - Obbligi tal-Istati Membri aderenti - Acquis communautaire - Direttivi 2001/83/KE u 2003/63/KE - Regolament (KEE) Nru 2309/93 u Regolament (KE) Nru 726/2004 - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Prodotti bijoloġiċi mediċinali simili li jirriżultaw mill-bijoteknoloġija - Awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq mogħtija qabel l-adeżjoni)

2010/C 346/07

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u M. Šimerdová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u R. Mackevičienė, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6(1) u tal-punt 4 tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), kif emendata bid-Direttiva 2003/63/KE, kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, tat-22 ta’ Lulju 1993, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 151), u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229) — Żamma tal-awtorizzazzjoni nazzjonali għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali bijoloġiku simili “Grasalva”

Dispożittiv

(1)

Billi żammet fis-seħħ l-awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Grasalva, ir-Repubblika tal-Litwanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/63/KE, tal-25 ta’ Ġunju 2003, kif ukoll taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, tat-22 ta’ Lulju 1993, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali, u taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(2)

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.09.2008


Top