EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0277

Kawża C-277/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad SA ( Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leave tal-mard — Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard — Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor )

OJ C 267, 7.11.2009, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social de Madrid — Spanja) — Francisco Vicente Pereda vs Madrid Movilidad SA

(Kawża C-277/08) (1)

(“Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leave tal-mard - Leave annwali li jaħbat fl-istess żmien ma’ leave tal-mard - Dritt li l-leave annwali jittieħed f’perijodu ieħor”)

2009/C 267/35

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Francisco Vicente Pereda

Konvenuta: Madrid Movilidad SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Social de Madrid — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 229, p. 9) — Ħaddiem bil-leave tal-mard matul il-perijodu ta’ leave annwali stabbilit mill-impriża, minħabba inċident tax-xogħol li seħħ qabel il-leave annwali — Dritt tal-ħaddiem li jieħu l-leave annwali tiegħu matul perijodu differenti

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali jew ftehim kollettivi li jipprovdu li ħaddiem li jkun bil-leave tal-mard matul il-perijodu tal-leave annwali stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-impriża li magħha huwa impjegat m’għandux dritt, wara li jfieq, igawdi l-leave annwali tiegħu f’perijodu differenti minn dak inizjalment stabbilit, jekk ikun hemm bżonn f’perijodu differenti mill-perijodu ta’ referenza korrispondenti.


(1)  ĠU C 223, 30.08.2008.


Top