EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0030

Kawża T-30/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 27 ta' Ġunju 2008 — Denka International vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Direttiva 2006/92/KE — Il-livelli massimi għar-residwi ta' dichlorvos — Nuqqas ta' interess individwali — Inammissibbiltà )

OJ C 223, 30.8.2008, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/43


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Ġunju 2008 — Denka International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva 2006/92/KE - Il-livelli massimi għar-residwi ta' dichlorvos - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà’)

(2008/C 223/74)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Denka International BV (Barneveld, l-Olanda) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Parpala u B. Doherty, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE, tad-9 ta' Novembru 2006, li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi għar-residwi tal-captan, dichlorvos, ethion u folpet (ĠU L 311, p. 31).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Denka International BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 82, 14.4.2007.


Top