EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CJ0465
Judgment of the Court (Grand Chamber) of 17 February 2009.#Meki Elgafaji and Noor Elgafaji v Staatssecretaris van Justitie.#Reference for a preliminary ruling: Raad van State - Netherlands.#Directive 2004/83/EC - Minimum standards for determining who qualifies for refugee status or for subsidiary protection status - Person eligible for subsidiary protection - Article 2(e) - Real risk of suffering serious harm - Article 15(c) - Serious and individual threat to a civilian’s life or person by reason of indiscriminate violence in situations of armed conflict - Proof .#Case C-465/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Frar 2009.
Meki Elgafaji u Noor Elgafaji vs Staatssecretaris van Justitie.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Raad van State - l-Olanda.
Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 2(e) - Riskju reali li jsofri periklu serju - Artikolu 15(ċ) - Theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ta’ pajżan minħabba fi vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat - Prova .
Kawża C-465/07.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Frar 2009.
Meki Elgafaji u Noor Elgafaji vs Staatssecretaris van Justitie.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Raad van State - l-Olanda.
Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 2(e) - Riskju reali li jsofri periklu serju - Artikolu 15(ċ) - Theddida serja u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ta’ pajżan minħabba fi vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat - Prova .
Kawża C-465/07.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:94
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
17 ta’ Frar 2009 ( *1 )
“Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuna li tista’ tkun eleġibbli għal protezzjoni sussidjarja — Artikolu 2(e) — Riskju reali li wieħed isofri periklu serju — Artikolu 15(ċ) — Theddid serju u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ta’ pajżan minħabba fi vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat — Prova”
Fil-Kawża C-465/07,
li għandha bħala suġġett talba għal domanda preliminari skont l-Artikoli 68 u 234 KE, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Ottubru 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta’ Ottubru 2007, fil-proċedura
Meki Elgafaji,
Noor Elgafaji
vs
Staatssecretaris van Justitie,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, C. W. A. Timmermans, A. Rosas, K. Lenaerts u M. Ilešič, Presidenti ta’ Awla, G. Arestis, A. Borg Barthet, J. Malenovský, U. Lõhmus u L. Bay Larsen (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-8 ta’ Lulju 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal M. Elgafaji u N. Elgafaji, minn A. Hekman, avukat, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u C. ten Dam, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet u L. Van den Broeck, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Elleniku, minn M. Michelogiannaki, T. Papadopoulou u G. Papagianni, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn M. J-C. Niollet, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn R. Adam, bħala aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Svediż, minn S. Johannesson u C. Meyer-Seitz, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn V. Jackson, bħala aġent, assistita minn S. Wordsworth, barrister, |
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn M. Condou-Durande u R. Troosters, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-9 ta’ Settembru 2008,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat [apolidi] bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96, u rettifika, ĠU 2005, L 204, p. 24, iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) ta’ din l-istess direttiva. |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest tal-kawża bejn M. u N. Elgafaji (iktar ’il quddiem il-“konjuġi Elgafaji”), it-tnejn li huma ċittadini Iraqini, u l-iStaatssecretaris van Justitie fir-rigward taċ-ċaħda ta’ dan tal-aħħar tat-talba tagħhom sabiex jingħataw permess ta’ residenza temporanju fil-Pajjiżi l-Baxxi. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali
3 |
Il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), tipprovdi fl-Artikolu 3 tagħha, intitolat “Il-projbizzjoni tat-tortura”: “Ħadd ma għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal trattament jew piena inumana jew degradanti.” |
Il-leġiżlazzjoni Komunitarja
4 |
Skont l-ewwel premessa tad-Direttiva: “Politika komuni dwar kenn (asylum), inkluża Sistema ta’ Kenn (Asylum) Komuni Ewropea, hija parti kostitwenti ta’ l-għan ta’ l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi erja ta’ liberta, sigurta u ġustizzja miftuħa għal dawk li, sfurzati miċ-ċirkostanzi, leġittimament ifittxu protezzjoni fil-Komunità.” |
5 |
Is-sitt premessa tad-Direttiva tistabbilixxi: “L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa, mill-banda waħda, li jiżgura li Stati Membri japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni ġenwinament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, u, mill-banda l-oħra biex jiżgura li livell minimu ta’ benefiċċju huwa disponibbli għal dawn il-persuni fl-Istati Membri kollha.” |
6 |
L-għaxar premessa tad-Direttiva tippreċiża: “Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fondamentali u tosserva l-prinċipji magħrufa partikolarment mill-Kapitolu ta’ Drittijiet Fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea [pproklamata f’Nizza fis-7 ta’ Diċembru 2000 (ĠU C 364, p. 1)]. Partikolarment, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjita tal-bniedem u d-dritt għal kenn (asylum) għal applikanti għal kenn (asylum) u l-membri tal-familja li jakkompanjawhom.” |
7 |
L-erbgħa u għoxrin sas-sitta u għoxrin premessa tad-Direttiva huma fformulati kif ġej:
|
8 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva jiddisponi: “L-għan ta’ din id-Direttiva tal-Kunsill huwa li tippreskrivi livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat [apolidi] bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija.” |
9 |
Taħt l-Artikolu 2(ċ), (e) u (g) tad-Direttiva, nifhmu li: “[…]
|
10 |
Skont l-Artikolu 4(1), (3) u (4) tad-Direttiva, li jinsab fil-Kapitolu II ta’ din, intitolat “Stima ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali”:
|
11 |
L-Artikolu 8(1) li jinsab f’dan il-Kapitolu II jiddisponi: “Bħala parti mill-istima ta’ l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li applikant mhuwiex fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jekk f’parti mill-pajjiż ta’ l-oriġini ma hemmx biża’ bir-raġun li jiġi persegwitat jew l-ebda riskju veru li jsofru periklu serju u l-applikant jista’ jiġi mistenni raġunevolment li jgħix f’dik il-parti tal-pajjiż.” |
12 |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva, li jinsab fil-Kapitolu V ta’ din, intitolat “Kwalifika għal protezzjoni sussidjarja”, jiddisponi taħt it-titlu “Periklu serju”: “Periklu serju jikkonsisti minn:
|
13 |
L-Artikolu 18 tad-Direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jagħtu stat ta’ protezzjoni sussidjarja lil ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz eleġibbli għal protezzjoni sussidjarja bi qbil mal-Kapitoli II u V ta’ din l-istess direttiva. |
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
14 |
L-Artikolu 29(1)(b) u (d) tal-liġi Olandiża dwar l-istatus tal-barranin tal-2000 (Vreemdelingenwet 2000, iktar ’il quddiem il-“Vw 2000”) jiddisponi: “ Permess ta’ residenza temporanju, kif ikkontemplat fl-Artikolu 28, jista’ jingħata lil barrani: […]
|
15 |
Iċ-ċirkulari tas-sena 2000 dwar il-barranin (Vreemdelingencirculaire 2000), fil-verżjoni li kienet fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2006, tiddisponi fil-punt C 1/4.3.1: “L-Artikolu 29(1)(b) tal-[Vw 2000] jippermetti li jingħata permess ta’ residenza jekk il-barrani juri suffiċjentement li huwa għandu raġunijiet validi sabiex jaħseb li, fil-każ ta’ tkeċċija, huwa jkun qiegħed f’riskju reali li jiġi suġġett għat-tortura, għal pieni jew għal trattamenti inumani jew degradanti. Din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 3 [tal-KEDB]. It-tkeċċija ta’ xi persuna lejn pajjiż li fih hija tkun qiegħda fir-riskju reali (‘real risk’) li tiġi suġġetta għal tali trattament tikkostitwixxi ksur ta’ dan l-artikolu. Jekk dan ir-riskju reali jkun ġie stabbilit, normalment jingħata permess ta’ residenza temporanju (ażil). […]” |
16 |
Artikolu ġdid, 3.105 d, ġie inkluż fid-deċiżjoni dwar l-istatus tal-barranin tal-2000 (Vreemdelingenbesluit 2000), għat-traspożizzjoni espliċita, b’effett mill-25 ta’ April 2008, tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva. |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
17 |
Fit-13 ta’ Diċembru 2006, il-konjuġi Elgafaji ressqu applikazzjoni għal permess ta’ residenza termporanju fil-Pajjiżi l-Baxxi, fejn magħha ppreżentaw elementi li jippruvaw ir-riskju reali li għalih kienu ser ikunu esposti fil-każ ta’ tkeċċija lura lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom, f’dan il-każ l-Iraq. Insostenn tal-applikazzjoni tagħhom huma b’mod partikolari invokaw fatti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni personali tagħhom. |
18 |
B’mod partikolari huma sostnew li M. Elgafaji, Musulman tar-rit tax-Xiit, ħadem mix-xahar ta’ Awwissu tal-2004 sa Settembru tal-2006 ma’ impriża Brittanika li tiżgura s-sigurtà tat-trasport ta’ personal tal-ajruport lejn iż-żona magħrufa bħala dik “ħadra”. Huma sostnew li z-ziju ta’ M. Elgafaji, li kien jaħdem fl-istess impriża, kien maqtul minn militanti, fejn iċ-ċertifikat tal-mewt isemmi li l-mewt tiegħu seħħet wara attakk terroristiku. Xi jiem wara, twaħħlet ittra bit-theddida “mewt għall-kollaboraturi” mal-bieb ta’ M. Elgafaji, fejn kien jgħix ma’ N. Elgafaji, martu, Musulmana tar-rit Sunni. |
19 |
Permezz tad-digrieti tal-20 ta’ Diċembru 2006, il-Minister voor Vreemdelingenzaken en Integratie (Ministru għall-Immigrazzjoni u l-Integrazzjoni, iktar ’il quddiem il-“Ministru”), li kien kompetenti sat-22 ta’ Frar 2007, data li fiha l-iStaatssecretaris van Justitie ġie inkarigat għal-affarijiet relatati mal-immigrazzjoni, irrifjuta li jagħti permess ta’ residenza temporanju lill-konjuġi Elgafaji. Huwa kkunsidra, b’mod partikolari, li dawn ma kinux stabbilixxew biżżejjed iċ-ċirkustanzi li invokaw u, għaldaqstant, ma werewx ir-riskju reali ta’ theddid serju u individwali li huma kienu jsostnu li kienu esposti għalih fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Huwa wasal għall-konklużjoni li s-sitwazzjoni tagħhom ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 29(1)(b) tal-Vw 2000. |
20 |
Skont il-Ministru, l-oneru tal-prova hija identika għall-protezzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 15(b) tad-Direttiva u għal dik mogħtija bl-applikazzjoni tal-istess Artikolu taħt il-paragrafu (ċ). Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, bħall-Artikolu 29(1)(b) tal-Vw 2000, jimponu fuq l-applikanti li juru b’mod suffiċjenti r-realtà proprja tas-sitwazzjoni personali tagħhom fir-rigward tar-riskju ta’ theddid serju u individwali li huma kienu ser ikunu esposti għalih jekk jirritornaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Billi l-konjuġi Elgafaji naqsu milli jippreżentaw din il-prova fil-kuntest tal-Artikolu 29(1)(b) tal-Vw 2000, għalhekk ma jistgħux jinvokaw utilment l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva. |
21 |
Wara li t-talba għal permess ta’ residenza temporanju tagħhom ġiet miċħuda, il-konjuġi Elgafaji ressqu rikors quddiem ir-Rechtbank te ’s-Gravenhage, rikors li ġie milqugħ minn din il-qorti. |
22 |
Din il-qorti b’mod partikolari tikkunsidra li l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, li jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt ta’ kunflitt armat fil-pajjiż tal-oriġini ta’ minn japplika għall-protezzjoni, ma titlobx il-grad għoli ta’ individwalizzazzjoni tal-periklu mitlub mill-Artikolu 15(b) u mill-Artikolu 29(1)(b) tal-Vw 2000. Għaldaqstant, il-prova dwar l-eżistenza ta’ theddid individwali u serju li taqa’ fuq il-persuni li japplikaw għal protezzjoni tista’ tiġi ttrattata b’mod iktar faċli fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, bi paragun mal-Artikolu 15(b). |
23 |
Konsegwentement, ir-Rechtbank te ’s-Gravenhage annullat id-digrieti tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jirrifjutaw l-għoti ta’ permess ta’ residenza temporanju lill-konjuġi Elgafaji sa fejn il-prova mitluba fil-kuntest tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva hija simili għal dik mitluba għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(b) kif riprodott fl-Artikolu 29(1)(b) tal-Vw 2000. |
24 |
Skont din il-qorti, il-Ministru kellu jeżamina jekk ma kienx hemm raġunijiet sabiex jinħareġ lill-konjuġi Elgafaji permess ta’ residenza termporanju skont l-Artikolu 29(1)(b) tal-Vw 2000 minħabba fl-eżistenza ta’ perikli serji kkontemplati fl-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva. |
25 |
Fl-appell, ir-Raad van State qieset li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva jippreżentaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni. Barra minn dan, hija kkonstatat li l-Artikolu 15(ċ) ta’ din ma kienx għadu ġie traspost fil-liġi Olandiża fl-20 ta’ Diċembru 2006, data li fiha d-digrieti kkontestati tal-Ministru ġew adottati. |
26 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:
|
Fuq id-domandi preliminari
27 |
L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju tixtieq li tingħata kjarifika dwar il-protezzjoni ggarantita mill-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva fir-rigward tal-Artikolu 3 tal-KEDB, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-ġurisprudenza tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, NA. vs Ir-Renju Unit, tas-17 ta’ Lulju 2008, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra ta’ sentenzi u deċiżjonijiet, punti 115 sa 117, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
28 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, jekk id-dritt fundamentali ggarantit mill-Artikolu 3 tal-KEDB jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura r-rispett tiegħu, u li jekk il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniendem tittieħed inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni tal-portata ta’ dan id-dritt fis-sistema ġuridika Komunitarja, huwa madankollu l-Artikolu 15(b) tad-Direttiva li jikkorrispondi essenzjalment għall-imsemmi Artikolu 3. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva huwa dispożizzjoni li l-kontenut tiegħu huwa distint minn dak tal-Artikolu 3 tal-KEDB u l-interpretazzjoni tiegħu, għalhekk, issir b’mod awtonomu filwaqt li jibqa’ fil-parametri tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB. |
29 |
Id-domandi magħmula, li huwa meħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, għalhekk jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) tiegħu. |
30 |
Fir-rigward ta’ dawn l-osservazzjonijiet preliminari u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju qiegħda, essenzjalment, tistaqsi jekk l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) tiegħu, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżistenza ta’ theddid serju u individwali għall-ħajja jew għall-persuna ta’ min jitlob il-protezzjoni sussidjarja huwiex suġġett għall-kundizzjoni li dan tal-aħħar iressaq il-prova li huwa speċifikament effettwat minħabba elementi speċifiċi għas-sitwazzjoni tiegħu. Fil-każ ta’ risposta negattiva, din il-qorti trid tkun taf liema kriterju huwa mitlub sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dan it-theddid. |
31 |
Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, huwa meħtieġ li jiġu mqabbla t-tliet tipi ta’ “theddid serju” stabbiliti mill-Artikolu 15 tad-Direttiva, li jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfatti sabiex persuna tista’ titqies li tkun eleġibbli għal protezzjoni sussidjarja, jekk, skont l-Artikolu 2(e) ta’ din id-Direttiva, jeżistu motivi serji u sostanzjali sabiex wieħed jemmen li l-applikant għandu “riskju [reali] li [wieħed] jsofri periklu serju” fil-każ li jintbagħat lura fil-pajjiż ikkonċernat. |
32 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li t-termini “piena kapitali”, “eżekuzzjoni” kif ukoll “tortura jew trattament inuman jew degradanti jew kastig ta’ applikant”, użati fl-Artikolu 15(a) u (b) tad-Direttiva, ikopru sitwazzjonijiet li fihom l-applikant għall-protezzjoni sussidjarja huwa speċifikament espost għal riskju ta’ periklu ta’ tip partikolari. |
33 |
Min-naħa l-oħra, il-periklu ddefinit fl-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva bħala li huwa kkostitwit minn “theddida serja u individwali għal ħajja [jew għall-persuna]” tal-applikant tkopri riskju ta’ theddida iktar ġenerali. |
34 |
Fil-fatt, tirrigwarda b’mod iktar wiesa’ “theddida […] għal ħajja [jew għall-persuna]” ta’ pajżan, iktar milli vjolenzi speċifiċi. Barra minn dan, dan it-theddid huwa inerenti għas-sitwazzjoni ġenerali ta’ “konflitt armat internazzjonali jew intern”. Fl-aħħar nett, il-vjolenza inkwistjoni li kienet l-oriġini ta’ dan it-theddid hija kkwalifikata bħala “indiskriminata”, terminu li jimplika li din tista’ testendi għal persuni mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali tagħhom. |
35 |
F’dan il-kuntest, it-terminu “individwali” għandu jinftiehem bħala li jkopri theddid dirett kontra pajżana mingħajr kunsiderazzjoni tal-identità tagħhom, jekk il-grad ta’ vjolenza indiskriminata li tikkaratterizza l-kunflitt armat li għaddej, li jkun ġie kkonstatat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li quddiemhom tkun tressqet applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja jew il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom tkun tressqet iċ-ċaħda ta’ din l-applikazzjoni, jilħaq livell daqstant għoli li jkunu jeżistu motivi serji u sostanzjali li jwasslu lil wieħed jemmen li pajżan mibgħut lura fil-pajjiż ikkonċernat, jew, skont il-każ, fir-reġjun ikkonċernat, jgħaddi minn riskju reali ta’ theddid serju minħabba s-sempliċi preżenza tiegħu fit-territorju tiegħu, kif previst mill-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva. |
36 |
Din l-interpretazzjoni, li tista’ tiżgura kamp ta’ applikazzjoni għall-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, mhijiex invalidata permezz tal-formulazzjoni tas-sitta u għoxrin premessa tagħha, li tgħid li “[r]iskji li għalihom popolazzjoni ta’ pajjiż jew taqsima tal-popolazzjoni hija ġeneralment esposta normalment ma joħolqux fihom infushom theddida individwali li tikkwalifika bħala periklu serju”. |
37 |
Fil-fatt, jekk din il-premessa timplika li konstatazzjoni oġġettiva ta’ riskju marbuta mas-sitwazzjoni ġenerali ta’ pajjiż, waħedha mhijiex biżżejjed, fil-prinċipju, sabiex tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva huma sodisfatti, fir-rigward ta’ persuna speċifika, il-formulazzjoni tagħha tirriżerva wkoll, bl-użu tat-terminu “normalment”, l-ipoteżi ta’ sitwazzjoni eċċezzjonali li hija kkaratterizzata minn grad ta’ riskju hekk għoli li jkunu jeżistu motivi serji u sostanzjali li jwasslu lil wieħed jemmen li din il-persuna tkun tista’ ssoffri individwalment mir-riskju inkwistjoni. |
38 |
In-natura eċċezzjonali ta’ din is-sitwazzjoni hija wkoll ikkonfermata mill-fatt li l-protezzjoni kkonċernata hija sussidjarja, u mill-ispirtu tal-Artikolu 15 tad-Direttiva, u l-perikli ddefiniti fil-paragrafi (a) u (b) ta’ dan’ l-Artikolu, jippreżupponu grad ta’ individwalizzazzjoni ċar. Anki jekk huwa minnu li l-elementi kollettivi jilagħbu rwol importanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, fis-sens li l-persuna kkonċernata hija, bħal persuni oħra, parti minn ċirku ta’ vittmi potenzjali ta’ vjolenza indiskriminata fil-każ ta’ kunflitt armat intern jew internazzjonali, jibqa’ madankollu l-fatt li din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għal interpretazzjoni sistematika meta mqabbla maż-żewġ sitwazzjonijiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva u għalhekk għandha tiġi interpretata b’rabta stretta ma din l-individwalizzazzjoni. |
39 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li iktar ma l-applikant ikun kapaċi juri li huwa speċifikament effettwat minħabba elementi partikolari għas-sitwazzjoni personali tiegħu, inqas ser ikun għoli l-grad ta’ vjolenza indiskriminata mitluba sabiex jista’ ikun eleġibbli għal protezzjoni sussidjarja. |
40 |
Barra minn dan, hemm lok li jingħad ukoll li, matul l-evalwazzjoni individwali ta’ talba għal protezzjoni sussidjarja, kif prevista fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva, b’mod partikolari wieħed jista’ jieħu inkunsiderazzjoni:
|
41 |
Fl-aħħar nett, fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva ġie traspost espliċitament fis-sistema ġuridika nazzjonali biss wara l-fatti li taw lok għall-kawża li dwarha għandha tiddeċiedi l-qorti tar-rinviju, hija din tal-aħħar li għandha tinterpreta d-dritt nazzjonali, b’mod partikolari l-Artikolu 29(1)(b) u (d) tal-Vw 2000, b’mod li tkun konformi ma’ din id-direttiva. |
42 |
Fil-fatt, skont ġurisprudenza kostanti, b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, kemm jekk jirrigwarda dispożizzjonijiet preċedenti jew sussegwenti għad-Direttiva, il-qorti nazzjonali li għandha tinterpretahom għandha tagħmel dan sakemm ikun possibbli, fid-dawl tat-test u tal-għan tad-Direttiva sabiex jintlaħaq ir-riżultat previst minnha u b’hekk tikkonforma mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-13 ta’ Novembru 1990, Marleasing, C-106/89, Ġabra p. I-4135, punt 8, u tal-24 ta’ Ġunju 2008, Commune de Mesquer, C-188/07, Ġabra p. I-4501, punt 84). |
43 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li l-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) ta’ din l-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
44 |
Fl-aħħar nett għandu jingħad ukoll li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) tagħha, li jirriżulta mill-punti preċedenti hija kompletament kompatibbli mal-KEDB, inkluża l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Artikolu 3 tal-KEDB (ara, b’mod partikolari, is-sentenza NA. vs Ir-Renju Unit, iċċitata iktar ’il fuq, punti 115 sa 117, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
Fuq l-ispejjeż
45 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat [apolidi] bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 2(e) ta’ din l-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.