Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0397

Kawża C-397/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Kumpanniji kapitali — Direttiva 69/335/KEE — Artikoli 2(1), 2(3), 4(1) u 4(7) — Dazju kapitali — Eżenzjoni — Kundizzjonijiet — Trasferiment taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor — Dazju kapitali fuq il-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fi Stat Membru permezz ta’ fergħat jew ta’ stabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor)

OJ C 205, 29.8.2009, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-397/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Kumpanniji kapitali - Direttiva 69/335/KEE - Artikoli 2(1), 2(3), 4(1) u 4(7) - Dazju kapitali - Eżenzjoni - Kundizzjonijiet - Trasferiment taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor - Dazju kapitali fuq il-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fi Stat Membru permezz ta’ fergħat jew ta’ stabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor)

2009/C 205/06

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u M. Afonso, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz u M. Muñoz Pérez, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 249, p. 25) — Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa fuq trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat sa fejn il-kumpannija kkonċernata mhijiex suġġetta għal dazju kapitali fl-Istat Membru ta’ oriġini — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet obbligatorji.

Dispożittiv

1)

Ir-Renju ta’ Spanja:

billi ssuġġetta għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 96 tat-tieni dispożizzjoni addizzjonali tal-verżjoni kkonsolidata tal-Liġi dwar it-taxxa tal-kumpanniji (Disposición Adicional Segunda del texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades), approvata bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 4/2004, tal-5 ta’ Marzu 2004, l-eżenzjoni mid-dazju kapitali tal-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttivi tal-Kunsill 73/79/KEE, tad-9 ta’ April 1973, 73/80/KEE, tad-9 ta’ April 1973, u 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985,

billi ssuġġetta għad-dazju kapitali t-trasferiment, minn Stat Membru lejn Spanja, taċ-ċentru effettiv tal-amministrazzjoni jew tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanniji kapitali li ma kinux suġġetti għal dazju simili fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, u

billi ssuġġetta għad-dazju kapitali l-kapital allokat għall-attivitajiet kummerċjali eżerċitati fit-territorju Spanjol permezz tal-fergħat jew tal-istabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru li ma japplikax dazju simili,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva 69/335, kif emendata bid-Direttivi 73/99, 73/80 u 85/303.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top