Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0185

Kawża C-185/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 10 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — Ir-Renju Unit) — Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA vs West Tankers Inc. (Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ barranin — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta' applikazzjoni — Ġurisdizzjoni ta' qorti ta' Stat Membru sa biex tagħti deċiżjoni dwar inġunzjoni li tipprojbixxi lil parti milli tibda jew tkompli proċeduri quddiem qorti ta' Stat Membru ieħor għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ — Konvenzjoni ta' New York)

OJ C 82, 4.4.2009, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-House of Lords — Ir-Renju Unit) — Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA vs West Tankers Inc.

(Kawża C-185/07) (1)

(Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ barranin - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta' applikazzjoni - Ġurisdizzjoni ta' qorti ta' Stat Membru sa biex tagħti deċiżjoni dwar inġunzjoni li tipprojbixxi lil parti milli tibda jew tkompli proċeduri quddiem qorti ta' Stat Membru ieħor għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ - Konvenzjoni ta' New York)

(2009/C 82/06)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

House of Lords

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Allianz SpA, li qabel kienet Riunione Adriatica di Sicurta SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA

Konvenuta: West Tankers Inc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpetazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1) — Setgħa ta' qorti ta' Stat Membru li tordna lil parti li ma tibdiex jew li twaqqaf kull procedura ġudizzjarja fi Stat Membru ieħor għar-raġuni li din l-imsemmija proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ.

Dispożittiv

L-adozzjoni, minn qorti ta' Stat Membru, ta' inġunzjoni intiża li tipprojbixxi lil persuna milli tibda jew tkompli proċedura quddiem il-qrati ta' Stat Membru ieħor, għar-raġuni li din il-proċedura tmur kontra ftehim ta' arbitraġġ, hija inkompatibbli mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


Top