EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0465

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta' Settembru 2007.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju ta' Spanja.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/98/KE - Użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku - Nuqqas ta' transpożizzjoni fit-terminu stabbilit.
Kawża C-465/06.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2007:556





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tas-27 ta’ Settembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Spanja

(Kawża C‑465/06)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2003/98/KE – Użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku – Nuqqas ta’ transpożizzjoni fit-terminu previst”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 8)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE, tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90)

Dispożittiv

1)

Billi ma’ adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu kompletament mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE tas-17 ta’ Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top