EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0516

Kawża C-516/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ferriere Nord SpA (Appell — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Multa — Infurzar — Regolament (KEE) Nru 2988/74 — Perijodu ta' limitazzjoni — Att li jagħti lok għal dannu — Inammissibbiltà)

OJ C 22, 26.1.2008, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ferriere Nord SpA

(Kawża C-516/06 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Multa - Infurzar - Regolament (KEE) Nru 2988/74 - Perijodu ta' limitazzjoni - Att li jagħti lok għal dannu - Inammissibbiltà)

(2008/C 22/24)

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, aġenti)

Parti l-oħra fil-kawża: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini u G. Donà, avukati)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Settembru 2006, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-153/04), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza annullat id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kkomunikati b'ittra tal-5 ta' Frar 2004 u b'faks tat-13 ta' April 2004, dwar il-bilanċ mhux imħallas tal-multa imposta fuq Ferriere Nord Spa permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/515/KEE, tat-2 ta' Awwissu 1989, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.553 — Materjali wweldjati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-27 ta' Settembru 2006, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-153/04), hija annullata.

2)

Ir-rikors għal annullament ta' Ferriere Nord SpA kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, innotifikati b'ittra tal-5 ta' Frar 2004 u b'faks tat-13 ta' April 2004, dwar il-bilanċ mhux imħallas tal-multa imposta fuq Ferriere Nord SpA permezz tad-Deċiżjoni 89/515/KEE tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Awwissu 1989, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.553 — Materjali wweldjati), huwa inammissibbli.

3)

Ferriere Nord SpA hija ordnata tbati l-ispejjeż relatati maż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


Top