This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52026M12158
Prior notification of a concentration (Case M.12158 – LEONARDO / IVECO DEFENCE VEHICLES / ASTRA VEICOLI INDUSTRIALI)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.12158 – LEONARDO / IVECO DEFENCE VEHICLES / ASTRA VEICOLI INDUSTRIALI)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.12158 – LEONARDO / IVECO DEFENCE VEHICLES / ASTRA VEICOLI INDUSTRIALI)
PUB/2026/173
ĠU C, C/2026/1021, 16.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1021/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1021 |
16.2.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12158 – LEONARDO / IVECO DEFENCE VEHICLES / ASTRA VEICOLI INDUSTRIALI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/1021)
1.
Fid-9 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Leonardo S.p.A. (l-Italja), |
|
— |
Iveco Defence Vehicles S.p.A. (l-Italja) u Astra Veicoli Industriali S.p.A. (l-Italja), li jappartjenu għal Iveco Group N.V (in-Netherlands). |
Leonardo S.p.A. se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Iveco Defence Vehicles S.p.A. u Astra Veicoli Industriali S.p.A kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Leonardo S.p.A. hija kumpanija industrijali u teknoloġika attiva fis-settur ajruspazjali, tad-difiża u tas-sigurtà, bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Ruma, l-Italja. |
|
— |
Iveco Defence Vehicles S.p.A. u Astra Veicoli Industriali S.p.A. jiddisinjaw u jipproduċu varjetà ta’ vetturi militari fuq iċ-ċineg u bir-roti flimkien ma’ trakkijiet (kemm militari kif ukoll mhux militari. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet possibbli tagħhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12158 — LEONARDO / IVECO DEFENCE VEHICLES / ASTRA VEICOLI INDUSTRIALI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Directorate-General Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1021/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)