This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025XG04236
Notice for the attention of the persons, entities and bodies to whom measures provided for in Council Decision (CFSP) 2023/1532, as amended by Council Decision (CFSP) 2025/1547 and in Council Regulation (EU) 2023/1529, as implemented by Council Implementing Regulation (EU) 2025/1548 concerning restrictive measures in view of Iran’s military support of Russia’s war of aggression against Ukraine and to armed groups and entities in the Middle East and the Red Sea region apply
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1547 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1548 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar

ST/10762/2025/INIT
ĠU C, C/2025/4236, 28.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4236/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4236 |
28.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1547 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1548 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar
(C/2025/4236)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1547 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1548 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 u fir-Regolament (UE) 2023/1529.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/1529, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3a tar-Regolament).
Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel l- 1 ta' Jannar 2026 , flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 u l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2023/1529.
L-attenzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.
(2) ĠU L, 2025/1547, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1547/oj.
(3) ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.
(4) ĠU L, 2025/1548, 25.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1548/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4236/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)