Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025XC02124

AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA — Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Kanada biex ikunu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea

PUB/2025/344

ĠU C, C/2025/2124, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2124/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2124/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2124

4.4.2025

AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Kanada biex ikunu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea

(C/2025/2124)

Fil-qafas tal-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-kummerċ fl-inbejjed u x-xorb spirituż (1), l-awtoritajiet Kanadiżi ppreżentaw lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiżdiedu mal-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness III(b) tal-Ftehim, għall-fini tal-protezzjoni tagħhom fl-Unjoni. Bħalissa, il-Kummissjoni qed tivvaluta jekk dawn l-indikazzjonijiet ġeografiċi iridux jiġu protetti fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu, li huma residenti jew stabbiliti fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex iressqu oppożizzjonijiet għal tali protezzjoni billi jibagħtu dikjarazzjoni debitament sostanzjata.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku:

AGRI-THE-AMERICAS@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li:

1.

il-protezzjoni tal-isem propost toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tkun tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

2.

l-isem propost ikun kompletament jew parzjalment omonimu:

a.

b’isem diġà protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); jew

b.

jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn pajjiżi terzi protetti fl-Unjoni skont il-ftehimiet bilaterali aċċessibbli fuq l-indirizz li ġej: https://www.tmdn.org/giview/;

3.

fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, il-protezzjoni tal-isem propost x’aktarx li tkun tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

4.

il-protezzjoni tal-isem propost tipperikola

a.

l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku,

b.

l-eżistenza ta’ trademark,

c.

jew l-eżistenza ta’ prodotti li ilhom fis-suq legalment għal mill-inqas 5 snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

5.

minn dettalji li jagħtu, wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom jiġu applikati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni tiddependi fuq il-konklużjoni b’suċċess tan-negozjati u fuq l-att legali sussegwenti.

Lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi  (3)

Nru

Kategorija ta’ prodotti u deskrizzjoni qasira

Isem protett fil-Kanada

1

Nbid

Ontario Icewine

2

Nbid

Prince Edward County

3

Nbid

Vin de glace du Québec

4

Nbid

Vin du Québec


(1)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-kummerċ tal-inbejjed u tax-xorb spirituż (ĠU L 35, 6.2.2004, p. 3).

(2)  ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).

(3)  Lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi pprovduti mill-awtoritajiet Kanadiżi fil-qafas tal-proċedimenti skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2124/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top