Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025XC01373

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent, l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima u l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet

C/2025/1245

ĠU C, C/2025/1373, 5.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1373/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1373/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1373

5.3.2025

AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent, l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima u l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet

(C/2025/1373)

Fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli (1) adottat f’Marzu 2018, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tistabbilixxi sistema ċara ta’ klassifikazzjoni tal-UE – jew Tassonomija tal-UE – għal attivitajiet ekonomiċi sostenibbli sabiex toħloq lingwaġġ komuni għall-atturi kollha fis-sistema finanzjarja. Ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (“ir-Regolament dwar it-Tassonomija”) (2) (i) ħoloq sistema unifikata ta’ klassifikazzjoni tal-UE ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u (ii) stabbilixxa rekwiżiti ta’ trasparenza għal ċerti impriżi mhux finanzjarji u finanzjarji fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet.

F’Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima (3), li jistabbilixxi lista ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar (“TSC”, technical screening criteria) għal ċerti attivitajiet ekonomiċi meqjusa li qed jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-kisba tal-objettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima mingħajr ebda ħsara sinifikanti għal kwalunkwe objettiv ambjentali ieħor. L-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali u ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2022. Dan ġie emendat għall-ewwel darba fid-9 ta’ Marzu 2022 bl-Att Delegat Komplementari dwar it-Tassonomija (4).

F’Ġunju 2023, il-Kummissjoni adottat l-Att Delegat Ambjentali tat-Tassonomija tal-UE (5), li jistabbilixxi TSC għal attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali biex jintlaħqu l-erba’ objettivi ambjentali l-oħra skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija (l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, filwaqt li ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti lil xi objettiv ambjentali ieħor. Barra minn hekk, l-emendi għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet (6) qiesu l-erba’ objettivi ambjentali mhux relatati mal-klima fid-divulgazzjonijiet tal-impriżi. Il-Kummissjoni emendat ukoll l-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima (7) billi żiedet aktar attivitajiet ekonomiċi għall-objettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Wara skrutinju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent, l-emendi għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet u għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali fil-21 ta’ Novembru 2023. Dawn daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024.

Dan l-avviż fih kjarifiki tekniċi li jwieġbu għal mistoqsijiet frekwenti (FAQs) dwar it-TSC stabbiliti fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima (inklużi l-emendi għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigwardl-Klima) u l-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent, kif ukoll l-obbligi ta’ divulgazzjoni għall-objettivi ambjentali mhux klimatiċi stabbiliti fl-emendi għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet (8).

Billi jiffoka fuq mistoqsijiet tekniċi dwar il-kriterji u l-attivitajiet inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent u mistoqsijiet addizzjonali riċevuti relatati mal-attivitajiet inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima, dan l-Avviż jikkomplementa l-Avviżi preċedenti tal-Kummissjoni li ġew ippubblikati dwar it-Tassonomija tal-UE u l-Atti Delegati tagħha sa issa, jiġifieri:

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli 2022/C 385/01 (9);

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tieni Avviż tal-Kummissjoni (10));

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima li jistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil objettivi ambjentali l-oħrajn (11);

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE u rabtiet mar-Regolament dwar Divulgazzjonijiet Relatati mas-Sostenibbiltà tas-Servizzi Finanzjarji 2023/C 211/01 (12);

L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tielet Avviż tal-Kummissjoni (13)).

L-għan ta’ dan l-avviż huwa li jiffaċilita l-applikazzjoni effettiva ta’ dawn l-atti. Huwa ma jindirizzax il-ħafna mistoqsijiet u proposti rigward ir-raġunament u l-evidenza għall-għażla tal-kriterji. Dwar dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni tindika li l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima (14), kif ukoll id-dokument ta’ ħidma tal-persunal (15) li akkumpanja l-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija u l-emendi għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima fihom aktar spjegazzjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ dawn l-atti, b’mod partikolari dwar ir-raġunament u l-bilanċ bejn ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar it-Tassonomija għall-istabbiliment tat-TSC.

Il-Kummissjoni tista’ taġġorna dawn l-FAQs kif xieraq.

L-għan ta’ dan l-avviż huwa li jgħin lill-partijiet ikkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji b’mod kosteffettiv u li jiżgura li l-informazzjoni rrapportata tkun komparabbli u utli biex jiżdied il-finanzjament sostenibbli.

Prijorità hija li l-qafas tat-Tassonomija jsir aktar faċli biex jintuża għall-impriżi, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji. Kif stabbilit fil-Komunikazzjoni “Qafas ta’ finanzjament sostenibbli li jaħdem fil-prattika” inkluż fil-pakkett dwar il-finanzi sostenibbli ta’ Ġunju 2023 (16) u kif irrakkomandat fid-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro ta’ Marzu 2024 (17), il-Kummissjoni għandha l-għan li tiffaċilita r-rapportar u tnaqqas il-kostijiet għall-intrapriżi billi:

tintensifika l-isforzi biex jiġu appoġġati l-utenti tat-Tassonomija bl-interpretazzjoni tat-TSC u l-konformità miegħu stabbiliti fl-Atti Delegati dwar it-Tassonomija u biex jiġu esplorati soluzzjonijiet diġitali għar-rapportar;

taħdem fuq aġġustamenti possibbli biex tittejjeb l-użabbiltà ta’ ċerti TSC (inklużi l-kriterji tad-DNSH (la tagħmilx ħsara sinifikanti));

tagħti appoġġ imfassal apposta permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (18) lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż dwar l-implimentazzjoni tat-TSC tat-Tassonomija u t-tnaqqis tal-piż regolatorju.

It-tweġibiet għall-FAQs f’dan l-Avviż jiċċaraw id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Huma bl-ebda mod ma jestendu d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn tali leġiżlazzjoni, u lanqas ma jintroduċu xi rekwiżiti addizzjonali għall-impriżi kkonċernati jew għall-awtoritajiet kompetenti. L-FAQs huma maħsuba biss biex jassistu lill-impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti. Hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandha l-kompetenza tinterpreta d-dritt tal-Unjoni b’mod awtorevoli. Il-fehmiet espressi f’dan l-Avviż ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li kwalunkwe Kummissjoni tista’ tieħu quddiem il-qrati tal-UE u dawk nazzjonali.

Werrej

Termini rilevanti u lista tal-leġiżlazzjoni applikabbli 5

Taqsima I

Mistoqsijiet ġenerali 10

TAQSIMA II

Mistoqsijiet relatati mal-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (l-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima) 13
Manifattura 13
L-enerġija 17
Trasport 19
Kostruzzjoni u proprjetà immobbli 28
L-informazzjoni u l-komunikazzjoni 33

TAQSIMA III

Mistoqsijiet relatati mal-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima (l-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima) 34
L-enerġija 34
Il-provvista tal-ilma, is-sistema ta’ drenaġġi, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rimedju 34
Trasport 35
Ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru 35

TAQSIMA IV

Mistoqsijiet relatati mal-objettiv tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar (l-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent) 36
Ġenerali 36
L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġi, ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ rimedju 36

TAQSIMA V

Mistoqsijiet relatati mal-objettiv ta’ Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari (l-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent) 36
Manifattura 36
L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġi, ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ rimedju 39
Attivitajiet ta’ kostruzzjoni u ta’ proprjetà immobbli 42
L-informazzjoni u l-komunikazzjoni 45
Servizzi 46

TAQSIMA VI

Mistoqsijiet relatati mal-objettiv tal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis (l-Anness III tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent) 47
L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġi, ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ rimedju 47

TAQSIMA VII

Mistoqsijiet relatati mal-objettiv tal-bijodiversità u l-ekosistemi (l-Anness IV tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent) 49
Attivitajiet ta’ ħarsien u ta’ restawr tal-ambjent 49
Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni 50

TAQSIMA VIII

Mistoqsijiet relatati mal-kriterji ġeneriċi tad-DNSH 51
Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima 51
Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis 53
Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-Protezzjoni u r-Restawr tal-Bijodiversità u l-Ekosistemi 57

TAQSIMA IX

Mistoqsijiet relatati mal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet 59

TERMINI RILEVANTI U LISTA TAL-LEĠIŻLAZZJONI APPLIKABBLI

Terminu/ strument

Spjegazzjoni/ referenza

Id-Direttiva dwar il-Kontabilità

Id-Direttiva 2013/34/UE (19)

ARC

Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà

BAT

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

BREF

Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli

B2B

Minn negozju għal negozju

CapEx

Nefqa kapitali

KPI tal-CapEx

Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat man-nefqa kapitali msemmi fit-Taqsima 1.1.2. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2024) 1995

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Kriterji u prinċipji ta’ gwida għall-kunċett ta’ użu essenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-UE li tittratta s-sustanzi kimiċi (20)

Ir-Regolament (UE) 2023/1464

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1464 fir-rigward tal-formaldeid u tar-rilaxxaturi tal-formaldeid (21)

QĠUE

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament CLP

Ir-Regolament dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (22)

Inventarju C&L

Inventarju tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (23)

CofA

Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà

CORSIA

Skema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali

CPR

Ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (24)

CRVA

Valutazzjoni tar-Riskju u tal-Vulnerabbiltà Klimatiċi

CSDDD

Id-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva (25)

CSRD

Id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (26)

Id-Direttiva 2004/35/KE

Id-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (27)

Id-Direttiva 2009/125/KE

Id-Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (28)

Id-Direttiva 2016/797

Id-Direttiva (UE) 2016/797 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (29)

l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 (30)

DNSH

La tagħmilx ħsara sinifikanti

DWT

Tunnellaġġ ta’ piż mejjet

EAF

Fran bl-ark elettriku

ECHA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

EEDI

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika tad-disinn

EEXI

Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika

VIA

Valutazzjoni tal-impatt ambjentali

Id-Direttiva EIA

Id-Direttiva 2011/92/UE (31)

Attivitajiet abilitanti

Attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament dwar it-Tassonomija

Id-Direttiva tal-2018 dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD)

Id-Direttiva (UE) 2018/844 (32)

Id-Direttiva tal-2024 dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD)

Id-Direttiva (UE) 2024/1275 (33)

EPC

Ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

EPREL

Ir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija.

ERS

Sistemi ta’ toroq elettriċi

ESDAC

Iċ-Ċentru Ewropew tad-Data dwar il-Ħamrija

ESRS

Standards Ewropej tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kif stabbiliti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 (34)

EU ETS

Is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

It-Tassonomija tal-UE

Sistema ta’ klassifikazzjoni unifikata tal-UE ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbilita mir-Regolament dwar it-Tassonomija u l-atti delegati tiegħu (35)

Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi

Il-kriterji ġeneriċi tad-DNSH inklużi fl-Appendiċi D tal-Annessi I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima u l-Appendiċi D tal-Annessi I, II u III tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima

Il-kriterji ġeneriċi tad-DNSH inklużi fl-Appendiċi A tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima u fl-Appendiċi A tal-Anness I, II, III u IV tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

Emissjonijiet tal-GHG

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

GRR

Proporzjon globali ta’ sostituzzjoni

Id-Direttiva dwar il-Ħabitats

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (36)

HVAC

Tisħin, ventilazzjoni u arja kundizzjonata

IAEA

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika

ICAO

L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili

IED

ID-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (37)

Regolament dwar il-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali

Ir-Regolament (UE) 2024/1244 (38)

Il-Fond għall-Innovazzjoni

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 (39)

IUCN

L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs)

Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati mill-impriżi u msemmija fl-anness rilevanti tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet

LCA

Analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja

Il-Fond għall-Modernizzazzjoni

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1001 (40)

NACE

Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (Nomenclature statistique des Activités économiques dans la Communauté Européenne)

NFRD

Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (41)

NZEB

Bini b’użu ta’ kważi żero enerġija

OEM

Fabbrikant tat-tagħmir oriġinali

OpEx

Nefqa operatorja

KPI tal-OpEx

L-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni għan-nefqa operatorja msemmi fit-Taqsima 1.1.3. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet

PED

Domanda għall-enerġija primarja

Ir-Regolament POP

Regolament dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (42)

RAC

Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Ir-Regolament REACH

Regolament (KE) Nru 1907/2006 (43)

Ir-Regolament ReFuelEU Aviation

Ir-Regolament (UE) 2023/2405 (44)

Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli

Id-Direttiva (UE) 2023/2413 (45)

RO

Osmosi inversa

Id-Direttiva RoHS

Id-Direttiva 2011/65/UE (46)

RRF

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (47)

SAF

Fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli

SEAC

Il-Kumitat għall-Valutazzjoni Soċjo-ekonomika tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

SFDR

Ir-Regolament dwar id-Divulgazzjoni tal-Finanzi Sostenibbli (48)

Il-Fond Soċjali għall-Klima

Ir-Regolament (UE) 2023/955 (49)

L-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (50)

L-Att Delegat Komplementari dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 (51)

L-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2486 (52)

Attività ekonomika

allinjata mat-tassonomija

Attività ekonomika kif definita fl-Artikolu 1(2) tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet

Attività ekonomika

eliġibbli għat-tassonomija

Attività ekonomika kif definita fl-Artikolu 1(5) tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet

Attività ekonomika

mhux eliġibbli għat-tassonomija

Attività ekonomika kif definita fl-Artikolu 1(6) tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet

Ir-Regolament dwar it-Tassonomija

Ir-Regolament (UE) 2020/852 (53)

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar (TSC)

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima u l-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

It-Tielet Avviż tal-Kummissjoni

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet tat-Tassonomija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (54)

KPI tal-Fatturat

L-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni relatat mal-fatturat imsemmi fit-Taqsima 1.1.1. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart

Id-Direttiva 2008/98/KE (55)

Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Id-Direttiva 2000/60/KE (56)

Id-Direttiva WEEE

Id-Direttiva 2012/19/UE (57)

TAQSIMA I   MISTOQSIJIET ĠENERALI

1.   Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar it-Tassonomija (salvagwardji minimi) fid-dawl tal-aġġornament ta’ Ġunju 2023 tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali?

Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament dwar it-Tassonomija, l-impriżi li l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom għandhom jitqiesu allinjati mat-Tassonomija jeħtiġilhom li jkunu implimentaw proċeduri biex jiżguraw l-allinjament mal-istandards għal imġiba responsabbli fin-negozju stabbiliti fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, ir-referenzi ġeneriċi għal-Linji Gwida tal-OECD u għall-Prinċipji Gwida tan-NU li jinsabu fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar it-Tassonomija huma dinamiċi, li jfisser li meta dawk l-atti jiġu emendati, ir-referenza tinftiehem li hija għall-verżjoni emendata ta’ dawk l-atti. Għall-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva (CSDDD) wara d-data tal-applikazzjoni tagħha u għal kwalunkwe kumpanija oħra li tikkonforma volontarjament mad-dispożizzjonijiet tagħha, il-konformità sħiħa mas-CSDDD normalment jenħtieġ li tikkostitwixxi konformità mal-istandards rilevanti fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali jew il-Prinċipji Gwida tan-NU.

Għal aktar gwida dwar l-applikazzjoni ta’ salvagwardji minimi skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE, jekk jogħġbok irreferi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali fir-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE u links għar-Regolament dwar id-Divulgazzjoni tal-Finanzi Sostenibbli (SFDR) (58).

2.   X’inhi r-relazzjoni bejn il-kriterji tad-DNSH fit-Tassonomija tal-UE u l-mod kif il-prinċipju DNSH jiġi applikat fil-kuntest tal-fondi pubbliċi, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (59) u InvestEU (60) ?

Il-prinċipju DNSH għandu rwol differenti fir-rigward tat-Tassonomija tal-UE u strumenti oħra ta’ finanzjament pubbliku, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) jew InvestEU.

It-Tassonomija tal-UE hija għodda ta’ trasparenza għall-finanzjament privat li tistabbilixxi klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli bil-ħsieb li jiġu promossi investimenti ambjentalment sostenibbli. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar it-Tassonomija, biex titqies bħala “ambjentalment sostenibbli”, attività ekonomika trid:

“tikkontribwixxu sostanzjalment” għal wieħed mis-sitt objettivi ambjentali;

“ma tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH) lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra;

titwettaq f’konformità mas-salvagwardji minimi stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar it-Tassonomija; u

tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar.

Ir-rekwiżiti ġenerali relatati mad-DNSH skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija huma stabbiliti fl-Artikolu 17. Il-kriterji speċifiċi tad-DNSH għal kull attività ekonomika huma speċifikati fl-Atti Delegati dwar it-Tassonomija.

Fl-istess ħin, il-prinċipju DNSH japplika għal għadd dejjem akbar ta’ fondi pubbliċi mmirati lejn iż-Żona Ekonomika Ewropea, inklużi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond għall-Modernizzazzjoni, il-Fond għall-Innovazzjoni u l-Fond Soċjali għall-Klima. Filwaqt li l-kriterji tad-DNSH stabbiliti fl-Atti Delegati dwar it-Tassonomija jirrappreżentaw referenza utli għall-operazzjonalizzazzjoni tal-prinċipju DNSH, il-mod kif il-prinċipju tad-DNSH jiġi implimentat fi strumenti ta’ finanzjament pubbliku differenti tal-UE huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni speċifika li tistabbilixxi dawk l-istrumenti u mhux mir-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE. Barra minn hekk, il-fondi tal-UE jiffinanzjaw firxa usa’ ta’ attivitajiet li jsegwu diversi objettivi ta’ politika li mhumiex limitati għas-sostenibbiltà ambjentali (eż. il-koeżjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-modernizzazzjoni u l-ġustizzja soċjali). Il-punt tal-prinċipju DNSH f’dak il-kuntest huwa li jiġi żgurat li l-fondi tal-UE ma jingħatawx għal attivitajiet b’impatt ambjentali negattiv sinifikanti jew li jfixklu l-kisba tal-objettivi ambjentali tal-UE.

Dan l-Avviż tal-Kummissjoni ma jirrigwardax il-prinċipju DNSH applikabbli għall-fondi pubbliċi. Il-fondi tal-UE u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiddefinixxu lilhom infushom fir-rigward ta’ sa liema punt japplika l-prinċipju tad-DNSH.

3.   Kif għandhom jiġu interpretati l-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima u l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent meta t-TSC jirreferu għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-liġi ambjentali tal-UE iżda ma jirreferux għal eżenzjonijiet minn dawk ir-rekwiżiti li altrimenti huma permessi fil-liġi ambjentali tal-UE?

Ir-referenzi għal rekwiżiti speċifiċi fil-liġi ambjentali tal-UE għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jiġi meqjus b’mod partikolari:

jekk it-TSC jirreferux għal dispożizzjoni speċifika li fiha l-eżenzjoni;

jekk l-eżenzjonijiet humiex permessi jew esklużi b’mod espliċitu.

Meta t-TSC ikunu fformulati b’mod li jippermetti l-użu ta’ eżenzjonijiet, dawn l-eżenzjonijiet huma applikabbli. Meta l-kliem ma jippermettix l-użu ta’ eżenzjonijiet, dawk l-eżenzjonijiet ma jkunux applikabbli.

4.   Id-deskrizzjonijiet tal-attivitajiet ta’ servizzi (it-Taqsima 5 tal-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent) jiddikjaraw li “L-attività ekonomika hija relatata ma’ prodotti li huma manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE (…)”. Kif għandha tiġi interpretata din ir-referenza?

Il-premessa 6 tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima tiċċara li r-referenzi għall-kodiċijiet tan-NACE għandhom jinftiehmu bħala indikattivi u li ma għandhomx jipprevalu fuq id-definizzjoni speċifika tal-attività pprovduta fid-deskrizzjoni.

Barra minn hekk, l-Avviż tal-Kummissjoni 2022/C 385/01 iċċara fit-tweġiba tiegħu għall-FAQ 6 li l-kodiċijiet tan-NACE jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija, iżda li hija biss id-deskrizzjoni speċifika tal-attività fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima li tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt tal-attivitajiet inklużi fl-Att. Il-kodiċijiet tan-NACE msemmija fl-aħħar tad-deskrizzjoni tal-attività (ifformulati kif ġej: “L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’...”) għandhom rwol indikattiv.

Fil-każ tal-attivitajiet fis-settur tas-servizzi (it-Taqsimiet 5.1 sa 5.6 tal-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent), ir-referenzi għall-kodiċijiet tan-NACE huma inklużi fid-deskrizzjoni speċifika tal-attività. F’dan il-każ partikolari, dawk is-servizzi huma relatati ma’ prodotti manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi kklassifikati taħt kodiċijiet speċifiċi tan-NACE. Dawk ir-referenzi għall-kodiċijiet NACE mhumiex biss indikattivi minħabba li jiddefinixxu l-kategoriji speċifiċi ta’ prodotti li magħhom huma relatati l-attivitajiet tas-servizzi (61). F’dan il-każ speċifiku, ir-referenzi għall-kodiċijiet NACE jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività eliġibbli għat-Tassonomija.

5.   Il-kriterji tad-DNSH stabbiliti fl-Atti Delegati dwar it-Tassonomija huma aktar dettaljati mir-rekwiżiti tal-Istandards Ewropej għar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS)? Id-divulgazzjonijiet tal-ESRS (eż. skont l-ESRS E3 jew l-ESRS E4) jistgħu jintużaw biex tintwera l-konformità mal-kriterji tad-DNSH?

Il-konformità mal-kriterji tad-DNSH stabbiliti fl-Atti Delegati dwar it-Tassonomija hija kwistjoni separata mir-rekwiżiti ta’ rapportar tematiku li jirriżultaw mill-ESRS.

Ir-rekwiżiti ta’ rapportar f’konformità mal-istandards tematiċi tal-ESRS huma maħsuba biex jiżguraw it-trasparenza fir-rigward tal-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u dwar kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża. L-ESRS stabbilixxa metodoloġiji ta’ rapportar, iżda ma jistabbilixxi l-ebda limiti ta’ prestazzjoni speċifiċi.

B’kuntrast ma’ dan, it-Tassonomija tal-UE tistabbilixxi klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli. Dawn jeħtiġilhom, skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija, “jikkontribwixxu sostanzjalment” għal wieħed mis-sitt objettivi ambjentali filwaqt li “ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti” għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra. Il-kriterji tad-DNSH għal kull attività huma stabbiliti fl-Atti Delegati dwar it-Tassonomija, li jistabbilixxu limiti kwantitattivi jew kwalitattivi speċifiċi li l-impriżi jridu jikkonformaw magħhom sabiex juru l-allinjament mat-Tassonomija ta’ dik l-attività. Ir-raġunament wara dan l-approċċ huwa li jiġu pprovduti informazzjoni u trasparenza dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija.

Għalhekk, sempliċi referenza għad-divulgazzjonijiet tal-ESRS ma hijiex biżżejjed biex tintwera l-konformità mal-kriterji tad-DNSH. Madankollu, id-data użata fir-rapportar tal-ESRS f’ħafna każijiet se tkun utli għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji tad-DNSH (kif ukoll mal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali).

6.   L-operaturi kif jistgħu jwettqu analiżi komparattiva taċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tal-GHG fil-kuntest tat-Tassonomija tal-UE?

Il-kriterji ta’ kontribut sostanzjali għal diversi attivitajiet ta’ manifattura u enerġija inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima (62) jirrikjedu li l-operaturi jwettqu valutazzjoni komparattiva tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

Il-limitu tas-sistema u x-xenarju/i ta’ referenza għat-twettiq tal-analiżi u t-tqabbil għandhom jiġu definiti (u ġustifikati biżżejjed). Ix-xenarju/i ta’ referenza għandhom jirreferu għal sitwazzjoni(jiet), prodott(i), proċess(i) u/jew post(ijiet) rappreżentattiva/i fejn it-teknoloġija studjata (u l-alternattiva bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq) suppost li jkunu qed joperaw. Ix-xenarju/i ta’ referenza jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq it-teħid tal-medja tar-riżultati minn xenarji alternattivi possibbli. Il-varjabbiltà potenzjali tar-riżultati għal ċerti suppożizzjonijiet ewlenin għandha tiġi investigata u vvalutata permezz ta’ analiżi tas-sensittività.

7.   X’għandha tkun il-frekwenza tal-verifika minn parti terza? Il-verifika minn parti terza għandha titwettaq kull sena, b’mod partikolari f’każ fejn il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jirrikjedu verifika minn parti terza tal-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja?

Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-assigurazzjoni ta’ parti terza tad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija (fil-kuntest tar-rekwiżiti tas-CSRD dwar l-assigurazzjoni) u l-verifika tal-konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal ċerti attivitajiet. Id-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija huma soġġetti għal eżerċizzju annwali ta’ aċċertament f’konformità mar-regoli dwar l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà.

Għall-verifika minn parti terza tal-konformità ma’ kriterji speċifiċi preskritti fl-atti delegati tat-Tassonomija, it-TSC jippreskrivi frekwenza speċifika ta’ verifika għal ċerti attivitajiet.

Pereżempju, għall-attivitajiet tal-forestrija jew għar-“Restawr tal-Artijiet Mistagħdra” (stabbilit fit-Taqsimiet 1.4-2.1 u 1.1 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima), it-TSC jirrikjedi verifika fi żmien sentejn wara l-bidu tal-attività u kull 10 snin minn hemm ’il quddiem. Għal “Proċessar tad-data, hosting u attivitajiet relatati” (it-Taqsima 8.1 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima), hija meħtieġa verifika mill-inqas kull 3 snin. Għal “Lukandi, btajjel, postijiet għall-kampeġġ u akkomodazzjoni simili” (it-Taqsima 2.1. tal-Anness IV tal-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija), hija meħtieġa verifika kull ħames snin. Għall-attivitajiet tal-enerġija relatati mal-użu tal-fjuwils fossili gassużi fit-Taqsimiet 4.29., 4,30. u 4.31. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima, it-TSC tal-punt 1(b) tat-taqsima dwar “kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” jirrikjedu verifika annwali.

Għal attivitajiet fejn tiġi preskritta verifika minn parti terza mingħajr ma tiġi stabbilita frekwenza speċifika, dik il-verifika għandha ssir fuq bażi regolari, iżda mhux neċessarjament kull sena. Fi kwalunkwe każ, għandha ssir verifika ġdida minn parti terza kull meta jkun hemm bidliet materjali fl-informazzjoni li tkun soġġetta għal verifika. B’mod partikolari, fir-rigward tal-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja, l-impriża li tirrapporta għandha taġġorna valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja meta jseħħu bidliet materjali fl-inventarju tal-emissjonijiet tal-GHG (inkluż, iżda mhux limitat għal bidliet fil-konfini tal-prodott, il-flussi tal-materjali u tal-enerġija, il-kwalità tad-data u l-metodi tal-allokazzjoni jew tar-riċiklaġġ) u takkumpanja tali valutazzjonijiet aġġornati taċ-ċiklu tal-ħajja b’verifika indipendenti minn parti terza.

8.   Laboratorju intern akkreditat jikkwalifika bħala parti terza indipendenti għall-fini ta’ verifika minn parti terza?

Laboratorju intern ma jistax jitqies bħala parti terza indipendenti għall-fini ta’ verifika minn parti terza, minħabba li huwa parti mill-entità proprja tal-impriża u għalhekk la huwa indipendenti u lanqas parti terza fir-rigward tal-verifika meħtieġa. Entità li twettaq verifika minn parti terza ma għandhiex tkun l-istess bħall-entità li tkun ipprovdiet is-servizz ta’ kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja lil entità li tirrapporta.

9.   Kumpanija għandha twettaq valutazzjoni tal-konformità mat-TSC kull sena għall-finijiet ta’ rapportar? Pereżempju, kumpanija tista’ tiddependi fuq valutazzjoni awditjata tas-sena preċedenti tal-allinjament mat-Tassonomija għall-istess attività ekonomika?

Il-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi għandha titwettaq kull sena għall-finijiet ta’ rapportar.

Kif iddikjarat fl-FAQ 36 tat-tielet Avviż tal-Kummissjoni C/2024/7494, l-impriżi jistgħu jużaw mill-ġdid evidenza dokumentarja valida (inkluż minn snin ta’ rapportar preċedenti) fil-valutazzjoni tagħhom tal-allinjament mat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.

F’dak l-ispirtu, jekk is-sistemi interni ta’ monitoraġġ u konformità jindikaw li ma kien hemm l-ebda bidla materjali fl-impatti ambjentali mill-attivitajiet ekonomiċi (eż. li jirriżultaw minn bidliet fil-proċess tal-produzzjoni, l-akkwist tal-materjali u tal-enerġija, jew il-post ġeografiku tal-attività) u jekk ma jkun hemm l-ebda bidla fir-rekwiżiti legali applikabbli għal dik l-attività li taffettwa l-eżitu tal-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija ta’ dik l-attività, l-impriża li tirrapporta tista’ tiddependi fuq il-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija ta’ dik l-attività mis-sena/snin preċedenti.

TAQSIMA II   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-OBJETTIV TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA (L-ANNESS I TAL-ATT DELEGAT DWAR IT-TASSONOMIJA FIR-RIGWARD TAL-KLIMA)

Manifattura

Taqsima 3.5.    “Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

10.   Il-komponenti (eż. kompressuri jew skambjaturi tas-sħana) jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 3.5. “Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika” jekk dan ikun indispensabbli għat-tħaddim tat-tagħmir tal-effiċjenza enerġetika u jagħti kontribut sostanzjali għalih?

Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.5. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima jelenka l-prodotti u l-komponenti ewlenin tagħhom li jistgħu jikkontribwixxu b’mod sostanzjali taħt din l-attività. “Komponenti ewlenin” għandhom jinftiehmu bħala komponenti tal-prodotti elenkati li l-proprjetajiet tagħhom huma kritiċi biex tiġi żgurata l-prestazzjoni ġenerali ta’ dawn il-prodotti fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-pompi tas-sħana u l-iskambjaturi tat-tisħin distrettwali jissemmew b’mod speċifiku. Il-kompressuri li jikkwalifikaw bħala komponenti ewlenin huma koperti wkoll taħt din l-attività jekk jissodisfaw it-TSC.

Taqsima 3.9.    “Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

11.   X’inhu l-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 3.9. “Il-manifattura tal-ħadid u tal-azzar”? Pereżempju, il-manifattura ta’ tubi tal-azzar mingħajr weldjatura hija koperta taħt din l-attività minħabba li ma hemm l-ebda kriterju speċifiku għal dak l-istadju tal-proċess? Il-manifattura ta’ ligi ta’ speċjalità hija koperta taħt din l-attività?

Il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali fil-punt (b) jirreferi għall-“azzar bil-karbonju bl-EAFs jew azzar illigat ħafna bl-EAFs, kif iddefiniti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331”. Barra minn hekk, il-punt (a) jistabbilixxi limiti numeriċi għal diversi stadji tal-proċess b’referenza għall-parametri referenzjarji tal-prodott fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/447. Dak l-aħħar Anness jiddikjara li “Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-prodotti koperti u tal-proċessi u tal-emissjonijiet koperti (il-limiti tas-sistema) stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.”

Għalhekk, l-attivitajiet ekonomiċi skont it-Taqsima 3.9. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima jkopru l-manifattura ta’ prodotti korrispondenti u ta’ proċessi (limiti tas-sistema) stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331. Minħabba li l-manifattura ta’ tubi tal-azzar mingħajr weldjatura jew ta’ ligi speċjalizzati mhijiex koperta mill-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331, dawk l-attivitajiet mhumiex koperti fit-Taqsima 3.9.

Madankollu jekk (i) l-impriża li tirrapporta tipproduċi azzar bil-karbonju (EAF) jew azzar illigat ħafna EAF (kif definit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331) bħala prodotti intermedji u (ii) dawk jintużaw fil-produzzjoni tal-prodott finali (eż. tubi tal-azzar mingħajr weldjatura), allura l-attività intermedja tista’ tiġi rrapportata skont il-punt (b) tat-Taqsima 1.2.3.1. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet relatati mal-attivitajiet “li jwettqu l-impriżi mhux finanzjarji għall-konsum intern proprju”.

L-FAQs 21 u 29 tal-avviż tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2023 huma rilevanti wkoll għad-divulgazzjoni tat-Tassonomija tal-impriżi li jiksbu fatturat minn prodotti li mhumiex eliġibbli għat-Tassonomija filwaqt li jużaw l-output tal-proċessi ta’ produzzjoni upstream tagħhom li jirriżulta minn attivitajiet ekonomiċi li huma eliġibbli għat-Tassonomija.

Taqsima 3.10.    “Il-manifattura tal-idroġenu” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

12.   Ir-rekwiżit tal-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja li għalih issir referenza fil-kriterji ta’ kontribut sostanzjali fit-Taqsima 3.10. “Il-manifattura tal-idroġenu” tkopri biss l-idroġenu bħala katina tal-valur tal-fjuwil jew ukoll użi finali oħra? Jekk użi finali oħra huma koperti iżda mhumiex soġġetti għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli li bħalissa jirreferu għaliha l-kriterji ta’ kontribut sostanzjali ta’ din l-attività, kif għandhom jiġu vvalutati l-emissjonijiet tal-GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja għal użi finali oħra?

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1185 u tal-att delegat li jmiss dwar il-fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jimmiraw l-użu tal-idroġenu bħala fjuwil. Madankollu, il-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 3.10. jistgħu jiġu applikati wkoll meta l-idroġenu jintuża bħala materja prima kimika. It-Taqsima 3.10. jirreferi b’mod ċar għal limitu (63), li jista’ jintuża bħala referenza indipendentement mill-użu aħħari tal-molekula.

It-Taqsima 3.10. tirreferi għall-metodoloġija speċifikata fl-atti delegati adottati skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-metodoloġija tal-ISO bħala għażliet ugwalment validi. Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza fir-rapportar, għandha tingħata preferenza lill-metodoloġija speċifikata fl-atti delegati skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

Taqsima 3.12.    “Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

13.   Għat-Taqsima 3.12. “Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju”, manifattur ta’ karbonat tas-soda li jimmanifattura wkoll bikarbonat tas-sodju (li huwa karbonat tas-sodju pproċessat) għandu jassenja parti mid-dħul mill-bejgħ tiegħu, CapEx jew OpEx lill-bikarbonat tas-sodju u jinkludih fil-KPIs irrapportati għat-Taqsima 3.12?

It-Taqsima 3.12. tkopri l-manifattura tal-karbonat tad-disodju (irmied tas-soda, karbonat tas-sodju, melħ tad-disodju tal-aċidu karboniku). Il-manifattura tal-bikarbonat tas-sodju mhijiex inkluża fid-deskrizzjoni tal-attività u għalhekk għandha tingħadd bħala mhux eliġibbli għat-Tassonomija. Madankollu, il-produzzjoni tal-karbonat tas-sodju tista’ tiġi rrapportata skont il-punt (b) tat-Taqsima 1.2.3.1. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet relatati mal-attivitajiet “li jwettqu l-impriżi mhux finanzjarji għall-konsum intern proprju”. L-FAQ 21 u 29 tal-avviż tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2023 huma rilevanti wkoll għad-divulgazzjoni tat-Tassonomija tal-impriżi li jiksbu fatturat minn prodotti li mhumiex eliġibbli għat-Tassonomija filwaqt li jużaw l-output tal-proċessi ta’ produzzjoni upstream tagħhom li jirriżulta minn attivitajiet ekonomiċi li huma eliġibbli għat-Tassonomija.

14.   Għat-Taqsima 3.12. “Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju”, f’każijiet fejn il-karbonat tas-sodju u prodotti oħra (eż. bikarbonat tas-sodju u klorur tal-kalċju) jiġu manifatturati fl-istess impjant, l-operatur kif għandu jassenja l-CapEx u l-OpEx għal kull wieħed minn dawn il-prodotti?

L-impriżi li jirrapportaw għandhom jimplimentaw sistema biex jassenjaw b’mod oġġettiv in-nefqiet allokati għall-produzzjoni ta’ kull komodità individwali. L-impriżi li jirrapportaw għandhom jużaw metrika mhux finanzjarja li tipprevedi allokazzjoni preċiża tal-CapEx għal attività allinjata mat-Tassonomija (ara t-tweġiba għall-FAQ 30 tal-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/305). Jekk magna/assi waħda tintuża biex tipproduċi żewġ prodotti jew aktar eliġibbli għat-Tassonomija, allura l-kumpanija ma tistax tgħodd in-nefqa fuq dik il-magna/assi aktar minn darba.

15.   In-nefqa kapitali fuq proġetti li jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-proċess tal-produzzjoni tas-sodju għandha tiġi allokata għat-Taqsima 3.12. “Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju” jew għandha tiġi sseparata u allokata għat-Taqsima 7.3. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika”?

Il-CapEx li għandha l-għan li żżid l-effiċjenza enerġetika tal-proċess ta’ manifattura nnifsu (jiġifieri fejn ikun maħsub li l-proċess ta’ manifattura bħall-proċess għall-karbonat tas-sodju, jikkonforma mat-TSC), għandha tiġi rrapportata taħt l-attività ta’ manifattura korrispondenti: Taqsima 3.12. “Il-manifattura tal-karbonat tas-sodju”. Madankollu, il-CapEx li għandha l-għan li żżid l-effiċjenza enerġetika tal-bini għandha tiġi rrapportata fit-Taqsima 7.3. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika”. Ma huwa permess l-ebda għadd doppju.

Taqsima 3.17.    “Il-manifattura tal-plastik f’forma primarja” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

16.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.17. “Il-manifattura tal-plastik f’forma primarja” jirreferu fil-punt (a) għal “il-plastik f’forma primarja jkun manifatturat għal kollox mir-riċiklaġġ mekkaniku tal-iskart tal-plastik”. X’ifisser hawnhekk il-plastik “manifatturat għal kollox”?

It-terminu “manifatturat għal kollox” hawnhekk ifisser li l-plastik huwa mmanifatturat 100 % minn skart tal-plastik riċiklat mekkanikament.

Taqsima 3.18.    “Il-manifattura ta’ komponenti tal-karozzi u tal-mobbiltà” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima

17.   Sabiex ikun eliġibbli għat-Tassonomija skont it-Taqsima 3.18. “Il-manifattura ta’ komponenti awtomobilistiċi u tal-mobbiltà”, komponent awtomobilistiku għandu jkun parti essenzjali fit-twettiq u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vettura b’emissjonijiet żero – jew għandu biss ikun parti minn vettura b’emissjonijiet żero mingħajr ma jkollu rwol essenzjali fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali?

Mhux il-komponenti kollha ta’ vettura b’emissjonijiet żero huma inklużi awtomatikament fit-Taqsima 3.18. iżda dawk biss li huma partijiet essenzjali meħtieġa għall-prestazzjoni ambjentali tal-vettura b’emissjonijiet żero.

Il-premessa 9 tal-Emendi għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima tipprovdi aktar gwida fir-rigward ta’ din il-kwistjoni. Hija telenka għal skopijiet indikattivi, komponenti li jistgħu jitqiesu bħala abilitanti.

Il-premessa 9 tiddikjara li “Jenħtieġ li jiġu inklużi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal komponenti li huma deċiżivi għall-prestazzjoni ambjentali. Għall-vetturi, dan jinkludi, b’mod partikolari, kontrolluri, transformers, muturi elettriċi, portijiet tal-iċċarġjar u ċarġers, konvertituri DC/DC, invertituri tal-enerġija, alternaturi, unitajiet ta’ kontrolluri, sistemi ta’ brejkijiet riġenerattivi, brejkijiet b’teknoloġiji li jnaqqsu t-tkaxkir, sistemi ta’ ġestjoni termali, sistema ta’ trażmissjoni, ħażna tal-idroġenu u sistemi ta’ għoti ta’ fjuwil, elettronika meta meħtieġ għall-operat tal-powertrains, drivetrains, sistemi ta’ sospensjoni “l-aqwa fil-klassi” li jwasslu għal titjib fl-effiċjenza enerġetika, kwalunkwe awżiljarju meta dan ikun meħtieġ għal vetturi b’livell baxx ta’ karbonju u meta dan ikun sostanzjalment aktar effiċjenti fl-enerġija milli alternattivi, karatteristiċi ajru attivi fuq vetturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju li jnaqqsu r-reżistenza tal-arja, u karrijiet li jinkorporaw teknoloġiji tal-iffrankar tal-enerġija bħal taħlita ta’ bbrejkjar riġenerattiv jew titjib ajrudinamiku. Għall-ferroviji, dan jinkludi, b’mod partikolari, kostitwenti tal-ferroviji kif stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).”

Taqsima 3.20.    “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

18.   Kif l-operaturi jistgħu juru konformità mal-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2 (a) tat-Taqsima 3.20. “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah”, li tirreferi għall-“infrastruttura ddedikata għall-ħolqien ta’ konnessjoni diretta jew għall-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li huwa aktar intensiv f’termini ta’ gassijiet serra minn 100 g CO2e/kWh imkejla fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja.”?

Dan il-kriterju jirrifletti l-kriterju fit-Taqsima 4.9. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima ta’ “Trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku”. L-output (prodotti u servizzi) ta’ attività fit-Taqsima 3.20. jinxtara minn impriżi involuti fil-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ grilji tal-elettriku (jiġifieri attività fit-Taqsima 4.9.) u inkluż fil-valutazzjoni tat-Tassonomija tan-nefqiet (CapEx jew OpEx) ta’ dawk l-impriżi. L-attività fit-Taqsima 3.20. tippermetti l-attività fit-Taqsima 4.9. “It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku” u għalhekk ma tistax tkopri attività li hija espliċitament eskluża mit-TSC taħt attività fit-Taqsima 4.9.

Impriża li tirrapporta involuta fl-attività skont it-Taqsima 3.20. għandha twettaq il-valutazzjoni tad-diliġenza dovuta tagħha ma’ dawk tal-klijenti tagħha li jinvolvu ruħhom fl-attività skont it-Taqsima 4.9. sabiex taċċerta jekk il-klijenti tagħha humiex qed jużaw l-output tal-attività skont it-Taqsima 3.20 biex joħolqu konnessjoni diretta jew jespandu konnessjoni diretta eżistenti bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li huwa aktar intensiv fil-gassijiet serra minn 100 gCO2e/kWh (imkejjel fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja).

19.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt (b) tat-Taqsima 3.20. “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah” jirreferi għal “apparati tal-wajers li jġorru kurrent u trażmissjoni u apparati tal-wajers li ma jġorrux kurrent għall-wajers ta’ ċirkwiti elettriċi”. Dan jinkludi apparati tal-wajers ta’ vultaġġ baxx, żbarri ta’ distribuzzjoni, swiċċijiet u sokits?

Prodotti elettriċi ta’ vultaġġ baxx (inklużi żbarri ta’ distribuzzjoni, swiċċijiet u sokits) huma koperti taħt il-punt (c) tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali u mhux taħt il-punt (b).

20.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali tat-Taqsima 3.20. “Il-manifattura, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni elettrika li jirriżultaw fi jew jippermettu kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” jirreferu għal apparati “konnettabbli”. Dan ikopri apparati li jistgħu jiġu konnessi għal informazzjoni mgħoddija lejn sistema ogħla ta’ kontroll/monitoraġġ/ġestjoni?

It-terminu “li jistgħu jiġu konnessi” għandu jinftiehem li jkopri apparati li jistgħu jkunu kontrollabbli mill-bogħod u/jew jittrasferixxu informazzjoni lil sistema ta’ kontroll.

21.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 1(c)(i) tat-Taqsima 3.20. “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah” isemmi s-salvaviti iżda ma jsemmix b’mod espliċitu apparati oħra ta’ protezzjoni ta’ vultaġġ baxx (eż. fjusis, li għandhom funzjoni simili għal dik tas-salvaviti). Dawn il-prodotti huma kkunsidrati wkoll fit-Taqsima 3.20.?

Il-fjusis mhumiex elenkati u għalhekk mhumiex eliġibbli taħt din l-attività.

22.   Xi jfisser “ċentri ta’ kontroll”, kif imsemmi fil-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 1 (c) (i) tat-Taqsima 3.20. “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah”? Dawn huma ristretti għal ċentri ta’ kontroll awtomatizzati għall-ġestjoni tat-tagħbija elettrika u l-komponenti ewlenin tagħhom?

Dan jikkonċerna “ċentri ta’ kontroll” li jżidu l-kontrollabbiltà tas-sistema tal-elettriku u jikkontribwixxu biex jiżdied il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli jew tittejjeb l-effiċjenza enerġetika.

L-enerġija

Taqsima 4.1.    “Il-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġija fotovoltajka solari” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

23.   Attivitajiet ekonomiċi li jinvolvu biss stadji bikrija ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli qabel il-“kostruzzjoni” reali huma eliġibbli skont it-Taqsima 4.1. “Il-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta’ teknoloġija fotovoltajka solari”?

It-Taqsima 4.1. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima tkopri “Il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku bl-użu tat-teknoloġija fotovoltajka (PV) solari”. Għalhekk, huma biss l-attivitajiet tal-kostruzzjoni jew tat-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-użu tat-teknoloġija PV għandhom jitqiesu eliġibbli għat-Tassonomija. L-impriżi li jġorru sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji ekonomiċi kollha mill-kostruzzjoni, is-sjieda jew l-operat ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jużaw it-teknoloġija PV għandhom jitqiesu bħala involuti fl-attività 4.1. Din l-attività ma tkoprix servizzi ta’ riċerka tas-suq jew ta’ konsulenza (eż. il-post tas-sit u l-analiżi qabel il-fażi attwali tal-kostruzzjoni) jew servizzi ta’ ġestjoni tal-proġetti bi ħlas. Madankollu, ċerti attivitajiet fl-istadji bikrija tal-proġett jistgħu jkunu eliġibbli taħt attivitajiet oħra (pereżempju taħt it-Taqsima 9.1. “Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni qrib is-suq”).

Taqsima 4.5.    “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-irgward tal-Klima

24.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali tat-Taqsima 4.5. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika” jiddikjaraw li “L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin (...) (b) id-densità tal-enerġija tal-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku hija ogħla minn 5 W/m2.” X’jitqies bħala riżerva artifiċjali għall-kalkolu? Fil-kalkolu għandha tintuża biss l-erja tal-ilma maġenb id-diga tal-ġibjun artifiċjali tal-ilma fejn jinsab l-impjant tal-enerġija idroelettrika u l-kapaċità installata tal-impjant tal-enerġija appoġġat? Jew għandhom jiżdiedu l-erjas kollha tal-ilma ta’ ġibjuni artifiċjali fuq impjant tal-enerġija speċifiku tul ir-rotta kollha tax-xmara u l-kapaċitajiet installati tal-impjanti idroelettriċi kollha taħt l-erjas tal-ilma ta’ ġibjuni artifiċjali tul il-kors kollu tax-xmara?

Id-densità tal-enerġija tiġi kkalkulata bħala l-proporzjon tal-potenza installata (li huwa parametru tad-disinn) għall-erja tal-ġibjun li tipprovdi ilma lill-impjant idroelettriku. L-erja tal-ġibjun hija varjabbli (tiddependi mil-livell tal-ilma), għalhekk l-erja li trid tintuża biex tiġi kkalkulata d-densità tal-potenza hija l-erja li tikkorrispondi għall-enerġija installata (in-numeratur tal-proporzjon). Din hija ġeneralment l-erja meta l-kontenitur jimtela fil-punt operattiv tad-disinn tiegħu (il-valur li bih jiġġenera enerġija ugwali għall-enerġija installata).

Il-ġibjuni (jiġifieri l-erja ta’ tali ġibjuni) użati għall-kalkolu jridu jkunu biss dawk il-ġibjuni li verament jikkontribwixxu (jiġifieri jipprovdu l-ilma) għall-impjant idroelettriku li miegħu hija relatata l-enerġija installata. Dan ifisser li mhux il-ġibjuni upstream kollha għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu, sakemm ma jikkontribwixxux kollha għal dak l-impjant idroelettriku. Pereżempju, jekk impjant idroelettriku juża aktar ġibjuni, għandhom jintużaw il-ġibjuni kontribwenti kollha, anke jekk ikunu ’l bogħod mid-dar tal-enerġija (mhux l-impjanti idroelettriċi kollha jinbnew direttament eżatt ’l isfel mid-diga). Kull proġett irid jiddefinixxi liema ġibjuni qed jikkontribwixxu għall-impjant idroelettriku. B’mod ġenerali, ġibjun wieħed biss jipprovdi l-ilma lil impjant idroelettriku, iżda xi proġetti aktar kumplessi jiġu alimentati minn aktar minn ġibjun wieħed.

Każ kumpless ieħor huwa dak ta’ ġibjuni/impjanti idroelettriċi kaskata. F’dan il-każ, jekk kull ġibjun ikollu l-impjant idroelettriku tiegħu eżatt downstream minnu, kull impjant idroelettriku għandu jqis biss il-ġibjun li jkun immedjatament upstream, u mhux il-ġibjuni kollha. Jekk l-aktar ġibjun downstream biss ikollu impjant idroelettriku, iżda dawk kollha upstream jintużaw biex jinġabar l-ilma għall-alimentazzjoni ta’ dak l-impjant idroelettriku, allura l-ġibjuni kollha jgħoddu. Dan huwa speċifiku għas-sit.

Każ ieħor huwa dak ta’ ġibjun li jservi aktar minn impjant idroelettriku wieħed. F’dan il-każ, meta tiġi kkalkulata d-densità tal-enerġija għal impjant idroelettriku speċifiku, għandha tintuża biss l-erja tal-ġibjun li hija allokata għal dak l-impjant idroelettriku. Alternattivament, tista’ tiġi kkalkulata ċifra globali tad-densità tal-enerġija li tqis l-erja kollha tal-ġibjun u l-impjanti idroelettriċi kollha moqdija, skont it-tqassim speċifiku.

Taqsima 4.9.    “It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

25.   Il-bastimenti li jqiegħdu l-kejbils jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 4.9. “It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku”, li jfisser li l-kriterji għall-kwalifika tagħhom bħala ekoloġiċi ma jiddependux fuq kemm huma ekoloġiċi, iżda fuq jekk is-sistema tal-elettriku li qed jibnu hijiex?

Tali bastimenti tipikament jintużaw biex jitqiegħdu kejbils taħt l-ilma. Jekk ikunu trasportaturi ta’ tagħbija bl-ingrossa u jipprovdu servizzi lil partijiet terzi (jiġifieri ma jkunux bastimenti tal-kumpanija), dawn jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 6.10. “It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji”.

Taqsima 4.13.    “Il-manifattura ta’ bijogass u ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

26.   Investimenti fil-katina tal-provvista għal materja prima sostenibbli huma eliġibbli għat-Tassonomija skont it-Taqsima 4.13. “Il-manifattura ta’ bijogass u ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi”?

L-attività fit-Taqsima 4.13. fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima tkopri l-“manifattura ta’ bijogass u ta’ bijofjuwils għall-użu fit-trasport u ta’ bijolikwidi”. Il-produzzjoni ta’ materja prima (eż. bijomassa agrikola jew forestali) użata fil-manifattura tal-bijogass jew tal-bijofjuwils għall-użu fit-trasport tal-bijolikwidi mhijiex koperta minn din l-attività ekonomika.

Taqsima 4.14.    “In-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

27.    “Infrastruttura lesta għall-idroġenu” hija koperta fit-Taqsima 4.14. “In-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għal gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju” anke jekk it-trasport reali ta’ taħlita ta’ idroġenu u gass fossili għadu ’l bogħod xi snin (jiġifieri bħalissa ma hemm l-ebda limitu għas-sehem tal-idroġenu (bħala perċentwal) fit-taħlita tal-idroġenu u l-gass naturali)?

It-terminu infrastruttura “lesta għall-idroġenu” mhuwiex terminu użat la fil-qafas leġiżlattiv tat-Tassonomija tal-UE u lanqas fil-politika tan-network trans-Ewropew tal-enerġija.

It-TSC imsemmi fil-paragrafu 1 tas-subtaqsima dwar “Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” fit-Taqsima 4.14. fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima stabbilixxa tliet kategoriji ta’ attivitajiet:

“(a)

il-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ networks ġodda ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni dedikati għall-idroġenu jew għal gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju;

(b)

il-konverżjoni/l-adattament mill-ġdid tan-networks tal-gass naturali eżistenti għal 100 % idroġenu;

(c)

il-modifika retroattiva tan-networks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni tal-gass li jippermetti l-integrazzjoni tal-idroġenu u ta’ gassijiet oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fin-netwerk, inkluża kwalunkwe attività ta’ network ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni tal-gass, li tippermetti ż-żieda tat-taħlita ta’ idroġenu jew ta’ gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-sistema tal-gass.” It-taħlit tal-idroġenu u ta’ gass fossili mhuwiex kopert taħt il-punti (a) jew (b). Il-punt (c) biss ikopri l-attività tal-modifika retroattiva tal-infrastruttura tal-gass fossili biex tippermetti “l-integrazzjoni tal-idroġenu u ta’ gassijiet oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju” jew “iż-żieda tat-taħlita ta’ idroġenu jew ta’ gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-sistema tal-gass”. Il-punt (c) ma jkoprix l-operazzjoni tan-network tat-trażmissjoni u/jew tad-distribuzzjoni għat-taħlita tal-idroġenu u tal-gass fossili. Għalhekk, l-impriżi involuti fit-trażmissjoni u/jew fid-distribuzzjoni, inkluż il-ħżin, tal-gass fossili jistgħu jirrapportaw biss l-investimenti tagħhom (imsemmija fil-punt (c)) biex jimmodifikaw l-infrastruttura eżistenti tagħhom biex jippermettu t-trażmissjoni u/jew id-distribuzzjoni ta’ taħlita ta’ idroġenu u gass fossili bħala CapEx. L-impriżi għandhom ikollhom evidenza dokumentarja adegwata li l-investimenti tagħhom fil-modifika retroattiva huma strumentali fl-integrazzjoni tal-idroġenu u ta’ gassijiet oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jew fiż-żieda tat-taħlita tal-idroġenu jew ta’ gassijiet oħra b’livell baxx tal-karbonju fis-sistema tal-gass.

Taqsima 4.28.    “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari f’installazzjonijiet eżistenti” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

28.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 4.28. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari f’installazzjonijiet eżistenti” jirreferu għat-terminu “proġett”. Kif jiġi definit dan it-terminu? Ir-rekwiżiti tas-sikurezza nukleari joperaw biss bit-terminu “disinn”, li ġie definit u użat fid-dokumenti tal-IAEA (eż. ir-Rekwiżit Speċifiku tas-Sikurezza tal-IAEA Nru SSR-2/1).

Taqsima 4.28. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija nukleari f’installazzjonijiet eżistenti” tinvolvi “Il-modifika ta’ installazzjonijiet nukleari eżistenti bil-għan li jiġi estiż il-perjodu ta’ tħaddim sikur tal-installazzjonijiet nukleari li jipproduċu l-elettriku jew is-sħana mill-enerġija nukleari (“impjanti tal-enerġija nukleari”), awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sal-2040, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli”, jiġifieri t-tħaddim fit-tul (LTO, long-term operation) ta’ impjant tal-enerġija nukleari eżistenti.

SSR-2/2 (Rev. 1) Safety of Nuclear Power Plants:Commissioning and Operation ” (Safety of Nuclear Power Plants: Commissioning and Operation), u b’mod partikolari r-Rekwiżit 16: “Programm għat-tħaddim fit-tul”, li fih jiġi indirizzat dan is-suġġett. Ir-Rapporti dwar is-Sikurezza Nru 106 “ Il-Ġestjoni tat-Tixjiħ u t-Tħaddim fit-Tul tal-Impjanti tal-Enerġija Nukleari: Ġestjoni tad-Data, Stabbiliment tal-Kamp ta’ Applikazzjoni, Programmi u Dokumentazzjoni tal-Impjanti (2022) ” (Ageing Management and Long Term Operation of Nuclear Power Plants: Data Management, Scope Setting, Plant Programmes and Documentation) u Nru 82 (Rev. 2) “ Ġestjoni tat-Tixjiħ għall-Impjanti tal-Enerġija Nukleari: Tagħlimiet Ġeneriċi Internazzjonali dwar it-Tixjiħ ” (Ageing Management for Nuclear Power Plants: International Generic Ageing Lessons Learned) (IGALL) (2024), jistgħu jkunu rilevanti wkoll fil-kuntest tal-LTO tal-impjanti tal-enerġija nukleari.. Is-sorsi kkwotati jużaw diversi termini minbarra “disinn” b’mod partikolari “impjant” u “programm”.

F’dan l-isfond, it-terminu “proġett” fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jista’ jinftiehem bħala l-eżekuzzjoni ta’ programm LTO ta’ installazzjoni nukleari eżistenti partikolari.

Trasport

Kriterji ġenerali relatati mat-tbaħħir fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

29.   L-attivitajiet tat-trasport marittimu mhumiex inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent. L-attivitajiet tat-trasport marittimu xorta jistgħu jkunu allinjati mat-Tassonomija jekk l-operaturi jikkonformaw mat-TSC tal-attivitajiet tat-trasport marittimu stabbiliti fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima?

L-attivitajiet marittimi konformi mal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali u l-kriterji tad-DNSH fit-Taqsimiet 6.7. sa 6.12. fl-Anness I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima, jistgħu juru allinjament mat-Tassonomija

30.   Kemm huwa 20 punti perċentwali taħt l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) Fażi 3, kif indikat fil-Kriterji Tekniċi tal-Iskrinjar tal-EEDI (TSC) fit-Taqsima 6.10. “It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji” u 6.11. “It-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali”? Dan kif għandu jiġi kkalkulat għal vapur li għalih tapplika l-Fażi 3 tal-EEDI?

Jenħtieġ li l-20 punti perċentwali jiżdiedu mal-fatturi ta’ tnaqqis perċentwali tal-EEDI li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2022, kif maqbul mill-Kumitat tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-ħamsa u sebgħin sessjoni tiegħu (64). Il-fattur ta’ tnaqqis tal-perċentwal tal-EEDI applikabbli għandu jintgħażel abbażi tat-tip ta’ vapur, id-daqs u d-data tal-kuntratt tal-bini tal-bastiment (jew fin-nuqqas ta’ kuntratt ta’ bini, id-data tat-tqegħid tal-kilja (65)).

Għal bastiment li għalih tapplika l-fażi 3 tal-EEDI, għandhom jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-bastiment irid jikseb valur tal-EEDI miksub ta’ mill-inqas 10 punti perċentwali taħt il-fattur applikabbli ta’ tnaqqis gradwali 3 tal-EEDI.

Pereżempju, bastiment ta’ tagħbija bl-ingrossa ta’ tunnellaġġ ta’ 25.000 deadweight (DWT) ikollu jikseb valur tal-EEDI miksub ta’ mill-inqas 40 punti perċentwali taħt il-linja ta’ referenza tal-EEDI, filwaqt li bastiment tal-kontejners ta’ 40.000 u aktar iżda inqas minn 80.000 DWT ikollu jikseb valur tal-EEDI miksub ta’ mill-inqas 45 punti perċentwali taħt il-linja ta’ referenza tal-EEDI.

mill-1 ta’ Jannar 2026, il-vapur irid jikseb valur tal-EEDI miksub ta’ mill-inqas 20 punti perċentwali taħt il-fattur ta’ tnaqqis ta’ fażi 3 tal-EEDI applikabbli.

Pereżempju, trasportatur bl-ingrossa ta’ 25.000 DWT ikollu jikseb valur tal-EEDI miksub ta’ mill-inqas 50 punti perċentwali taħt il-linja ta’ referenza tal-EEDI, filwaqt li bastiment tal-kontejners ta’ 40.000 u aktar iżda inqas minn 80.000 DWT ikollu jikseb valur tal-EEDI miksub ta’ mill-inqas 55 punti perċentwali taħt il-linja ta’ referenza tal-EEDI.

31.   Fil-kuntest tad-dimostrazzjoni tal-allinjament tat-Tassonomija mat-TSC fit-Taqsimiet 6.10. “It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji” u 6.11. “It-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali” għall-attivitajiet tat-trasport marittimu, għal liema avveniment tirreferi d-data tal-1 ta’ Jannar 2026? Jirreferi għal (a) l-iffirmar tal-kuntratt tal-bini; (b) it-tqegħid tal-kilja tal-bastiment; (c) il-kunsinna tal-bastiment; jew (d) id-data tad-deċiżjoni finanzjarja?

Meta jiġu applikati t-TSC stabbiliti fit-Taqsima 6.10, il-punt (f) u fit-Taqsima 6.11, il-punt (e) li jirreferu għall-prestazzjoni tal-GHG tal-bastimenti li jkunu qed joperaw applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2026, l-operatur tal-bastiment għandu jivvaluta jekk il-bastiment jissodisfax il-limitu (li huwa applikabbli matul il-perjodu ta’ rapportar inkwistjoni) li jappartjeni għall-intensità medja annwali tal-GHG tal-enerġija użata abbord mill-bastiment matul dak il-perjodu ta’ rapportar. Pereżempju, meta jivvaluta l-allinjament mat-Tassonomija matul il-perjodu ta’ rapportar mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026, l-operatur għandu jivvaluta jekk l-intensità medja annwali tal-GHG tal-enerġija użata abbord mill-bastiment matul dak il-perjodu ta’ rapportar ma taqbiżx is-76,4 g CO2e/MJ u jitlob li din il-prestazzjoni tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti. Bl-istess mod, meta jivvaluta l-allinjament mat-Tassonomija matul il-perjodu ta’ rapportar mill-1 ta’ Jannar 2030 sal-31 ta’ Diċembru 2030, l-operatur għandu jivvaluta jekk l-intensità medja annwali vverifikata tal-GHG tal-enerġija użata abbord mill-bastiment matul dak il-perjodu ta’ rapportar ma taqbiżx l-61,1 g CO2e/MJ.

Meta jiġi applikat it-TSC stabbilit fil-punt (e) tat-Taqsima 6.10 u fil-punt (d) tat-Taqsima 6.11 li jirreferu għall-prestazzjoni tal-GHG tad-disinn tal-bastimenti, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-allinjament tat-Tassonomija tas-self/tal-bonds maħruġa biex jinġabru l-flus biex jitħallas/jitnaqqas il-ħlas ta’ bastiment ġdid jew tas-self meħud mit-tarzna biex jiġu ffinanzjati l-kostruzzjoni u l-modifika retroattiva tal-bastimenti, l-applikabbiltà tal-kriterji għandha tiġi stabbilita fil-mument tal-iffirmar tal-kuntratt tal-bini. Kif stabbilit fl-Artikolu 7(5) tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet, dawn il-kriterji jibqgħu validi għall-perjodu ta’ 5 snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati li jemendaw dawk il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, bil-kundizzjoni li l-prestazzjoni pproġettata inizjalment tinkiseb fil-mument meta l-bastiment jitqiegħed fis-servizz.

32.   Fir-rigward tat-Taqsima 6.10. “It-trasport ta’ merkanzija bl-ilma baħar u kostali, bastimenti għal operazzjonijiet portwarji u għal attivitajiet awżiljarji” u t-Taqsima 6.11. “It-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma baħar u kostali”, il-kombinazzjoni ta’ kriterji ta’ effiċjenza aktar stretti tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI)/tal-Indiċi ta’ Bastiment Eżistenti għall-Effiċjenza Enerġetika (EEXI) u l-kriterji tal-fjuwil teskludi varjetà kbira ta’ tipi ta’ bastimenti (iżgħar), li għalihom l-EEDI jew l-EEXI mhumiex applikabbli. Kif jistgħu dawn il-bastimenti jkunu konformi mat-Tassonomija jekk bħalissa ma hemm ebda soluzzjoni ta’ tailpipes b’emissjonijiet żero li hija teknoloġikament jew ekonomikament fattibbli (eż. bastimenti ta’ servizz lil hinn mill-kosta li jbaħħru fuq distanzi twal)?

Din il-mistoqsija u t-tweġiba iħassru u jissostitwixxu l-FAQ 97 tal-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/267.

It-TSC jipprovdu diversi għażliet biex il-bastimenti ikunu allinjati mat-Tassonomija. Għalkemm l-indiċijiet tal-EEDI (għal bastimenti ġodda) u EEXI (għal bastimenti eżistenti) fil-prinċipju ma kinux maħsuba biex jiġu applikati għall-kategoriji kollha ta’ bastimenti (tip u daqs), iż-żewġ metodoloġiji ta’ ċertifikazzjoni tal-effiċjenza enerġetika huma l-uniċi indiċijiet maqbula internazzjonalment adottati għall-bastimenti.

Bastiment jista’ jitqies barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EEDI jekk:

mhuwiex parti mid-dispożizzjonijiet dwar it-tip u d-daqs tal-bastiment tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) l-Anness VI, il-Kapitolu 4, ir-Regolamenti 19 u 22;

ma jkunx fi ħdan il-limiti tad-daqs rilevanti (DWT jew GT) tal-Anness VI tal-MARPOL, il-Kapitolu 4, ir-Regolament 24.

Bastiment jista’ jitqies barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EEXI jekk:

mhuwiex parti mid-dispożizzjonijiet dwar it-tip u d-daqs tal-bastiment tal-Anness VI tal-MARPOL, il-Kapitolu 4, ir-Regolamenti 19 u 23;

mhuwiex fil-limiti rilevanti tad-daqs (DWT jew GT) tal-Anness VI tal-MARPOL, il-Kapitolu 4, ir-Regolament 25.

Il-bastimenti li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet regolatorji ta’ hawn fuq, jiġifieri barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EEDI jew tal-EEXI, xorta jistgħu jiddeterminaw il-valuri tal-EEDI jew tal-EEXI miksuba tagħhom (kif applikabbli għal bastimenti ġodda u eżistenti, rispettivament) fuq bażi volontarja, billi japplikaw l-istess metodoloġija u jkollhom ir-riżultat ivverifikat minn organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ parti terza f’konformità mal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tal-MARPOL u l-gwida rispettiva. Madankollu, ta’ min jinnota li l-bastimenti, irrispettivament mid-daqs tagħhom, bi propulsjoni mhux konvenzjonali (kif definit fir-Regolament 2 tal-Anness VI tal-MARPOL) u li mhumiex bastimenti tal-kruċieri u trasportaturi tal-gass naturali likwifikat (LNG), ma jistgħux jiddeterminaw il-valuri tal-EEDI jew tal-EEXI miksuba tagħhom fin-nuqqas ta’ metodoloġija ta’ kalkolu miftiehma; għal każijiet bħal dawn, japplikaw biss il-kriterji applikabbli ta’ (1.a) u (1.b) tat-Taqsima 6.10 u 6.11 tal-Anness I.

Fl-aħħar nett, u, b’mod partikolari, għal bastimenti ta’ daqs iżgħar u piż mejjet, huwa aktar probabbli li jiġu adottati soluzzjonijiet elettriċi jew sistemi taċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu. Għalhekk, il-kriterji applikabbli għal tali bastimenti huma inklużi fil-punti (1.a) u (1.b) tat-Taqsima 6.10. u fit-Taqsima 6.11. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima.

Taqsima 6.15.    “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

33.   Il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni jew l-operat tal-awtostradi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività fit-Taqsima 6.15. “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju”?

Id-deskrizzjoni tal-attività tkopri tliet kategoriji differenti ta’ infrastruttura: (i) infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe tat-trasport bit-triq b’emissjonijiet żero, (ii) infrastruttura dedikata għat-trasbord, u (iii) l-infrastruttura meħtieġa għat-tħaddim tat-trasport urban.

Minħabba t-titolu tal-attività, id-deskrizzjoni tagħha u n-natura tat-TSC, il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni jew l-operat tal-awtostradi ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività fit-Taqsima 6.15. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima. Fir-rigward tal-ewwel kategorija ta’ infrastruttura, huma biss l-attivitajiet li huma strumentali u ddedikati għat-tħaddim ta’ vetturi b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe, jiġifieri punti tal-iċċarġjar elettriku, aġġornamenti tal-konnessjoni mal-grilja tal-elettriku, stazzjonijiet tal-fjuwil tal-idroġenu u sistemi ta’ toroq elettriċi (ERS), li għandhom jitqiesu eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (CCM, climate change mitigation). Għalhekk, il-fatturat minn (u/jew infiq li jappartjeni għal) awtostrada nnifisha ma għandux jitqies bħala eliġibbli għat-Tassonomija għall-attività fit-Taqsima 6.15 skont l-objettiv tas-CCM.

Dan jikkuntrasta mal-attività fit-Taqsima 6.15. “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima, li għandu titolu u deskrizzjoni differenti mill-attività fit-Taqsima 6.15. fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju”. B’mod partikolari, id-deskrizzjoni tal-attività fit-Taqsima 6.15. fl-Anness II tkopri, fost punti oħra, il-“kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-awtostradi,...” biex l-awtostradi jiġu adattati għat-tibdil fil-klima għalhekk hija eliġibbli għat-Tassonomija skont l-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima.

34.   Il-kriterju tad-DNSH għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fit-Taqsima 6.15. “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju” tiddikjara li “tal-anqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (…) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor...”. Kumpanija li tipprovdi parts tat-tagħmir użat fl-infrastruttura kif għandha tikkonforma ma’ din id-dispożizzjoni jekk ma tikkontrollax is-sit tal-kostruzzjoni?

Id-deskrizzjoni tal-attività fit-Taqsima 6.15. tiddikjara li l-attività tinkludi l- “il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura li hija meħtieġa għat-tħaddim b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe tat-trasport bit-triq b’emissjonijiet żero, kif ukoll tal-infrastruttura dedikata għat-trasbord, u tal-infrastruttura meħtieġa għat-tħaddim tat-trasport urban.”

Għalhekk, “kumpanija li tipprovdi parts tat-tagħmir użat fl-infrastruttura” tista’ ma tkunx koperta minn din it-taqsima sakemm l-attivitajiet tagħha ma jikkorrispondux għall-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u l-operat tal-infrastruttura li tkun konformi mal-kriterji stabbiliti taħt din l-attività.

Il-manifattura tat-tagħmir użat fl-infrastruttura għandha tiġi vvalutata skont il-kriterji applikabbli għal dik l-attività ta’ manifattura. Pereżempju, il-manifattura ta’ punti tal-iċċarġjar elettriku jew ta’ tagħmir għat-titjib tal-konnessjoni mal-grilja tal-elettriku hija koperta mill-attività fit-Taqsima 3.20. “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah”.

Il-konformità mad-DNSH imsemmija hawn fuq trid tintwera mill-kumpanija li tkun is-sid u/jew topera l-infrastruttura (meta tivvaluta l-CapEx tagħha) u/jew twettaq ix-xogħol ta’ installazzjoni (meta tivvaluta l-fatturat tagħha).

35.   L-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi huwa referenzjat minn diversi attivitajiet ekonomiċi fit-Tassonomija, inkluż fit-Taqsimiet 3.20. “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah”, 6.15. “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju”; 7.4. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ stazzjonijiet għall-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini (u fl-ispazji ta’ parkeġġ biswit il-bini)”; u 4.9. “It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku”. Minħabba li hemm mudelli ta’ negozju differenti għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi (l-iċċarġjar fid-djar, fit-triq, fid-destinazzjoni, is-soluzzjonijiet tal-flotta u l-punti għall-iċċarġjar veloċi), skont liema taqsimiet l-impriżi għandhom jivvalutaw il-konformità tagħhom mat-Tassonomija?

L-attività fit-Taqsima 3.20. tkopri l-manifattura, l-installazzjoni, jew il-manutenzjoni, jew it-tiswija ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u l-appoġġ għall-infrastruttura elettrika għall-elettrifikazzjoni tat-trasport li hija installata primarjament biex tippermetti l-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. Kwalunkwe attività inkluża fit-Taqsima 7.4. hija eskluża minn din l-attività.

L-installazzjoni ta’ punti tal-iċċarġjar elettriku f’bini u f’żoni ta’ parkeġġ, li se jinkludu l-biċċa l-kbira tal-punti privati tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, hija koperta fit-Taqsima 7.4. Il-kriterji stabbiliti f’dik it-taqsima huma xierqa għal dak it-tip ta’ installazzjoni.

L-installazzjoni ta’ punti oħra tal-irriċarġjar (eż. dawk aċċessibbli għall-pubbliku tul triq) hija koperta fit-Taqsima 6.15. Il-kriterji f’dik it-taqsima huma maħsuba biex ikopru kemm installazzjonijiet iżgħar kif ukoll akbar, u diversi jinkludu l-indikazzjoni “fejn rilevanti”. Se jkun hemm każijiet – speċjalment għal installazzjoni iżgħar, eż. punt tal-iċċarġjar wieħed f’żona diġà mibnija – fejn dawk il-kriterji mhumiex rilevanti.

Il-punti tal-iċċarġjar jistgħu jkunu wkoll parti mill-attivitajiet tal-enerġija skont it-Taqsima 4.9. Dik it-taqsima teħtieġ b’mod espliċitu l-konformità mat-TSC skont it-Taqsima 6.15. (“soġġett għall-konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar skont it-Taqsima dwar it-trasport ta’ dan l-Anness”), sabiex jiġi żgurat li dan it-tip ta’ investiment jiġi ttrattat b’mod konsistenti bħala parti minn proġett tat-trasport jew tal-enerġija.

Mistoqsijiet ġenerali dwar il-kriterji tal-avjazzjoni fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

36.   X’inhuma s-sors tad-data u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-proporzjon globali ta’ sostituzzjoni (GRR) li għandhom jiġu applikati fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fit-Taqsima 3.21. “Manifattura ta’ inġenji tal-ajru”, il-punti (b) u (c), it-Taqsima 6.18. “Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru”, il-punti (b) u (c), u t-Taqsima 6.19. “Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija”, il-punti (b), (c) u (d)?

Il-proporzjon globali ta’ sostituzzjoni jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon ta’ inġenji tal-ajru rtirati b’mod permanenti mill-użu għal inġenji tal-ajru kkonsenjati fil-livell globali fuq medja tal-10 snin preċedenti kif muri minn data vverifikata disponibbli minn fornituri indipendenti tad-data. Il-proporzjon jiġi kkalkulat mill-ġdid għal kull sena ta’ rapportar, peress li l-GRR huwa dinamiku u d-data sottostanti se tinbidel kull sena.

Il-GRR jistabbilixxi l-limitu fuq l-għadd ta’ inġenji tal-ajru li jistgħu jiġu sostitwiti f’sena partikolari. Il-medja ta’ 10 snin tiġi kkalkulata billi l-għadd totali ta’ inġenji rtirati jiġi diviż bl-għadd totali ta’ konsenji, fil-livell globali, matul il-perjodu ta’ 10 snin. Il-GRR irid ikun ibbażat fuq inġenju tal-ajru kkonsenjat minn Fabbrikant tat-Tagħmir Oriġinali (OEM) lill-operatur inizjali tiegħu, u inġenju tal-ajru rtirat b’mod permanenti mill-użu (imsejjaħ “irtirat”).

Il-kalkolu tal-GRR huwa bbażat fuq inġenji tal-ajru konvenzjonali kklassifikati għall-użu kummerċjali. Dan għandu jirrifletti t-tipi ta’ inġenji tal-ajru identifikati fit-Taqsimiet 3.21., 6.18. u 6.19. fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima.

L-inġenji tal-ajru inizjalment ikkonsenjati lill-operaturi kummerċjali u li sussegwentement jitilqu mill-flotta kummerċjali permezz ta’ tranżazzjonijiet lil operaturi mhux kummerċjali jiġu ttrattati bħala rtirati biss meta tali inġenji tal-ajru jiġu rtirati b’mod permanenti mill-użu, u mhux meta jiġu sempliċiment trasferiti għal operazzjonijiet mhux kummerċjali. Dan għaliex il-GRR irid jirrifletti s-sehem ta’ inġenji tal-ajru li verament waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom.

Bl-għan li tippromwovi l-konsistenza u l-komparabbiltà, il-Kummissjoni għandha l-għan li tippubblika l-proporzjon globali ta’ sostituzzjoni (GRR) bl-appoġġ tal-EASA, f’konformità mal-premessa 11 tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima.

Il-GRR għas-sena ta’ rapportar li tintemm fl-2024 huwa ta’ 48 % (66). Dan ġie kkalkulat abbażi tal-inġenji tal-ajru kkonsenjati u rtirati fil-perjodu ta’ 10 snin mill-1 ta’ Jannar 2014 sa Diċembru 2023.

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-GTR ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni u l-EASA qagħdu fuq il-bażi tad-data Cirium, li hija speċjalista indipendenti tal-avjazzjoni, parti mir-RELX, kumpanija FTSE100. Il-prodott tal-Analiżi tal-Flotta tiegħu huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ u jintuża mill-industrija biex tinkiseb data preċiża u indipendenti dwar il-flotta tal-inġenji tal-ajru u dwar l-avvenimenti tal-inġenji tal-ajru.

37.   Kif għandu jiġi applikat il-Proporzjon Globali ta’ Sostituzzjoni (GRR) fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima3.21. “Manifattura ta’ inġenji tal-ajru”, il-punti (b) u (c), it-Taqsima 6.18. “Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru”, il-punti (b) u (c), u t-Taqsima 6.19. “Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija”, il-punti (b), (c) u (d)?

L-applikazzjoni tal-GRR ibbażata fuq attività eliġibbli

L-allinjament tat-Tassonomija tal-UE jirrikjedi li manifattur, lokatur, u operatur ta’ inġenju tal-ajru jissodisfaw il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali rispettivi tagħhom u l-kriterji tad-DNSH tal-attivitajiet rispettivi tagħhom li huma eliġibbli għat-Tassonomija. Konsegwentement, inġenju tal-ajru ddikjarat minn lokatur li huwa konformi mat-Tassonomija tal-UE skont it-Taqsima 6.18. “Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru”, li mbagħad jinkera lil linja tal-ajru, ma jistax jiġi ddikjarat awtomatikament minn dik il-linja tal-ajru li huwa konformi mat-Tassonomija tal-UE. Il-linja tal-ajru se jkollha turi l-konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tat-Taqsima 6.19. “Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija”.

L-applikazzjoni tal-GRR ibbażata fuq inġenji tal-ajru eliġibbli

Il-GRR ikkalkulat kull sena se jiġi applikat, fejn rilevanti, għall-inġenji tal-ajru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rispettivi kollha stabbiliti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, inklużi l-marġnijiet elenkati fit-Taqsima 3.21. il-punt (b) tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali, u l-kriterji tad-DNSH.

L-Applikazzjoni tal-GRR għall-konsenji tal-inġenji tal-ajru fil-punt (c) tat-Taqsima 6.18 u fil-punti (c) u (d) tat-Taqsima 6.19  (67)

Waħda mill-kundizzjonijiet biex inġenju tal-ajru jkun konformi mat-Tassonomija tal-UE skont it-Taqsima 6.18. il-punt (c), u t-Taqsima 6.19 il-punti (c) u (d), hija li inġenju tal-ajru mhux konformi jiġi rtirat b’mod permanenti mill-użu (irtirat) jew irtirat mill-flotta. L-azzjoni tal-irtirar ta’ inġenju tal-ajru minn flotta tinkludi l-bejgħ ta’ inġenju tal-ajru jew l-għoti lura ta’ inġenju tal-ajru fuq lokazzjoni operatorja mil-linja tal-ajru lil lokatur.

Il-bejgħ ta’ inġenju tal-ajru minn operatur lil kumpanija tal-kiri jista’ jitqies bħala rtirar permanenti mill-flotta sakemm l-inġenju tal-ajru ma jkunx operat mill-bejjiegħ wara l-bejgħ. Jekk l-inġenju tal-ajru jerġa’ jinkiseb mill-bejjiegħ inizjali, l-operatur se jkollu juri l-issodisfar tal-kriterji tat-Tassonomija mal-konsenja biex jiddikjara l-allinjament mat-Tassonomija.

L-irtirar permanenti mill-użu (irtirar) jew mill-flotta jrid iseħħ fi żmien 6 xhur mill-konsenja tal-inġenju tal-ajru konformi.

Impenn li inġenju tal-ajru wieħed jiġi rtirat b’mod permanenti mill-użu jippermetti li inġenju tal-ajru ieħor ikun konformi mat-Tassonomija tal-UE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra kollha. Impenn li jiġi rtirat b’mod permanenti mill-flotta inġenju tal-ajru wieħed jippermetti biss sehem ta’ inġenju tal-ajru ieħor ekwivalenti għall-GRR li jkun konformi mat-Tassonomija tal-UE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra kollha.

L-applikazzjoni tal-GRR għall-konsenji tal-inġenji tal-ajru qabel l-applikazzjoni tar-Regolament Delegat fit-Taqsima 6.18. il-punt (b) u t-Taqsima 6.19. il-punti (b) u (d)

Sabiex jiġi ddikjarat allinjament mat-Tassonomija għat-Taqsimiet 6.18. il-punt (b) u t-Taqsima 6.19. il-punt (b), il-lokaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li rċevew inġenji tal-ajru eliġibbli qabel il-11 ta’ Diċembru 2023 (jiġifieri d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat) se jkunu obbligati japplikaw il-GRR għal dak l-inġenju tal-ajru eliġibbli rispettiv fil-flotta tagħhom (filwaqt li inġenju tal-ajru mhux eliġibbli huwa eskluż mill-applikazzjoni tal-GRR).

L-applikazzjoni tal-GRR għall-parts u t-tagħmir tal-inġenji tal-ajru u l-forniment ta’ servizzi relatati.

Is-sehem tal-konformità mat-Tassonomija ta’ parts u tagħmir eliġibbli tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi relatati għandhom ikunu limitati mill-proporzjon ta’ sostituzzjoni.

38.   Xi tfisser “irtirar mill-użu tal-inġenji tal-ajru” fil-kuntest tat-Taqsima 6.18. “Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru”, il-punt (c) u t-Taqsima 6.19. “Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija”, il-punt (c)?

Inġenju tal-ajru jista’ jitqies bħala “irtirat mill-użu” meta jkun tneħħa mis-servizz attiv bl-impenn ta’ skrappjar finali sussegwentement għat-tneħħija, mingħajr ma jitwettqu aktar operazzjonijiet mill-operatur oriġinali jew minn kwalunkwe operatur ieħor.

It-tneħħija għandha tiġi ċċertifikata biċ-ċertifikat ta’ aċċettazzjoni jew kuntratt mal-faċilità speċjalizzata rilevanti ta’ żmuntar, li jikkonferma l-impenn tal-operatur tal-inġenji tal-ajru fir-rigward tal-irtirar tal-inġenju tal-ajru. Id-data tal-irtirar mill-użu għandha tkun id-data taċ-ċertifikat tal-aċċettazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tal-kuntratt mal-faċilità taż-żmuntar.

L-inġenji tal-ajru meqjusa bħala mneħħija mill-użu (irtirati) għandhom jitneħħew mir-reġistru rilevanti tal-inġenji tal-ajru tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili (CAA) u sussegwentement ma għandhom jiżdiedu mal-ebda reġistru ieħor. Matul it-tneħħija tar-reġistrazzjoni, is-sid tal-inġenju tal-ajru jispeċifika r-raġuni għat-tneħħija tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru, li tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru tas-CAA, u tista’ sservi bħala prova għall-finijiet ta’ verifika. Hija r-responsabbiltà tal-operatur tal-inġenji tal-ajru jew tal-lokatur tal-inġenji tal-ajru li jiżgura li l-inġenju tal-ajru jitneħħa mir-reġistru sabiex tintwera l-konformità mat-TSCs. Din il-prova tista’ tintuża flimkien maċ-ċertifikat ta’ aċċettazzjoni mill-faċilità ta’ żmuntar.

Xi inġenji tal-ajru jiġu trasferiti għal operazzjonijiet mhux kummerċjali qabel ma eventwalment jiġu rtirati. Dan spiss iseħħ meta l-inġenji tal-ajru jitilqu minn servizz kummerċjali u jgħaddu minn rinnovazzjoni biex jaqdu skopijiet mhux kummerċjali, bħat-tifi tan-nar mill-ajru jew missjonijiet umanitarji. F’dan il-każ, l-inġenji tal-ajru ma għandhomx jiġu ttrattati bħala rtirati mill-użu meta jitilqu mill-flotta kummerċjali.

39.   Xi tfisser “irtirar ta’ inġenji tal-ajru mill-flotta” fil-kuntest tat-Taqsima 6.18. “Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru”, il-punt (c) u t-Taqsima 6.19. “Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija”, il-punt (c)?

“L-irtirar tal-inġenji tal-ajru mill-flotta” iseħħ meta l-inġenju tal-ajru jkun tneħħa b’mod permanenti mill-flotta ta’ fis-servizz tal-operatur jew tal-lokatur mingħajr ma jerġa’ lura għas-servizz attiv f’dik il-flotta eżistenti. Dan ma jfissirx li l-inġenju tal-ajru ma jistax jiġi rritornat għal servizz attiv fi rwol kummerċjali simili jew differenti dment li ma jibqax proprjetà u operat mill-istess operatur tal-inġenji tal-ajru jew lokatur li jiddikjara l-allinjament mat-Tassonomija tal-UE billi jneħħi dan l-inġenju tal-ajru partikolari mill-flotta.

Jekk inġenju tal-ajru jiġi kkonvertit għal rwol mhux kummerċjali fi ħdan l-istess operatur, xorta jitqies li jibqa’ fil-flotta tiegħu. Dan jitqies li ġie rtirata mill-flotta biss ladarba jibdel b’mod permanenti l-operatur u s-sid.

Jekk operatur ineħħi inġenju tal-ajru mill-flotta tiegħu billi jissullokah lil operatur ieħor iżda l-inġenju tal-ajru jibqa’ fuq ir-rapporti finanzjarji tiegħu (karti tal-bilanċ), tali inġenju tal-ajru ma għandux jitqies bħala rtirat mill-flotta.

Jekk inġenju tal-ajru kellu jinbiegħ lil linja tal-ajru oħra iżda fl-istess grupp ta’ linji tal-ajru (68), tali inġenji tal-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala rtirati mill-flotta.

40.   Xi tfisser “ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru” fil-kuntest tat-Taqsima 6.18. “Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru”, il-punt (c) u t-Taqsima 6.19. “Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija”, il-punt (c)?

It-Taqsima 6.18. il-punt (c) u t-Taqsima 6.19. il-punt (c) jirrikjedu li inġenju tal-ajru mhux konformi li jiġi rtirat mill-flotta jew mill-użu jkollu prova tal-ajrunavigabbiltà li tmur lura inqas minn 6 xhur qabel il-konsenja tal-inġenju tal-ajru konformi. Biex tintwera l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru rtirat, il-lokatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà (CofA) validu, maħruġ mill-EASA jew minn korp regolatorju ekwivalenti, flimkien ma’ Ċertifikat tar-Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà (ARC) validu jew ekwivalenti. Sabiex jinżamm CofA validu, l-inġenju tal-ajru jrid ikollu ARC validu, li jrid jiġi rieżaminat jew estiż fuq bażi ta’ kull 12-il xahar. Jekk ikun hemm xi skadenza f’ARC validu, is-CofA ma jibqax validu.

Il-validità tal-CofA għandha tmur lura inqas minn 6 xhur qabel il-konsenja tal-inġenju tal-ajru konformi. Dan ir-rekwiżit huwa introdott sabiex jiġu esklużi inġenji tal-ajru li diġà ġew irtirati mis-servizz attiv iżda li l-irtirar tagħhom ma ġiex ikkawżat mill-konformità mat-Tassonomija tal-UE.

Pereżempju, jekk inġenju tal-ajru konformi jkun ġie kkonsenjat fil-31 ta’ Mejju 2024 u inġenju tal-ajru mhux konformi jkun ġie rtirat mis-servizz fit-30 ta’ Ġunju 2024, l-ARC ta’ inġenju tal-ajru mhux konformi jrid ikun validu mill-inqas sal-1 ta’ Diċembru 2023 (jiġifieri inqas minn 6 xhur qabel il-31 ta’ Mejju 2024). Fil-prattika dan ifisser li kwalunkwe inġenju tal-ajru mhux konformi bil-validità tal-ARC li tiskadi qabel dik id-data tal-1 ta’ Diċembru 2023 ma jikkwalifikax.

L-aderenza mal-proċess deskritt hawn fuq tikkonferma li l-inġenju tal-ajru mhux konformi jissodisfa r-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà kif speċifikati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni u jagħti prova li l-inġenju tal-ajru għadda minn rieżami bir-reqqa tal-ajrunavigabbiltà u jissodisfa l-istandards u r-regolamenti tas-sikurezza applikabbli kollha fl-aħħar 12-il xahar.

41.   X’inhuma l-kundizzjonijiet għall-ħruġ mill-manifatturi ta’ awtodikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru mal-marġnijiet għal-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-ICAO tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmi fit-Taqsima 3.21. “Manifattura ta’ inġenji tal-ajru” il-punt (b)?

Il-manifatturi tal-inġenji tal-ajru għandhom juru li l-valuri metriċi tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ inġenji tal-ajru konformi jikkonformaw mal-marġnijiet meħtieġa għal-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-ICAO msemmi fit-Taqsima 3.21. il-punt (b), abbażi tar-riżultati taċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-inġenju tal-ajru. F’perjodu ta’ tranżizzjoni sal-11 ta’ Diċembru 2026, fin-nuqqas ta’ ċertifikat dwar il-valuri metriċi tal-emissjonijiet tas-CO2 li jikkonferma l-marġni meħtieġ għal-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-ICAO, il-manifatturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jiddependu fuq il-ħruġ ta’ awtodikjarazzjoni meta juru l-konformità. Tali awtodikjarazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aspettattivi raġonevoli tal-manifatturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward tal-prestazzjoni tas-CO2 tal-inġenju tal-ajru li tista’ tkun ibbażata fuq it-testijiet u l-proċeduri tagħhom imwettqa matul id-disinn u l-iżvilupp tal-inġenju tal-ajru. Il-validità tal-awtodikjarazzjoni minn Fabbrikant tat-Tagħmir Oriġinali (OEM) hija bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jiġi ċċertifikat sal-11 ta’ Diċembru 2026.

Għal dakl-għan, bħala parti mill-awtodikjarazzjoni, huwa rrakkomandat li l-OEMs jibdew il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tas-CO2 jew – għat-tipi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom l-EASA mhijiex l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni responsabbli – il-proċess ta’ validazzjoni tal-EASA, mingħajr dewmien żejjed. Huwa rrakkomandat li jiġi ppjanat għat-tlestija tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni tas-CO2 fil-perjodu ta’ żmien previst fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima. Il-manifatturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jitolbu l-assistenza tal-EASA meta jibdew il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tas-CO2.

42.   X’inhi r-rabta bejn ir-rapportar tat-Tassonomija dwar il-Fjuwils tal-Avjazzjoni Sostenibbli (SAF) meħtieġ għat-Taqsimiet 6.18. “Lokazzjoni ta’ inġenji tal-ajru” u t-Taqsima 6.19. “Trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija” u l-mekkaniżmi eżistenti ta’ rapportar u verifika, b’mod partikolari CORSIA, l-EU ETS u r-Regolament ReFuelEU Aviation?

It-Taqsima 6.18. il-punti (b) u (c), u t-Taqsima 6.19. il-punti (d) u (e) jirrikjedu li l-inġenji tal-ajru jitħaddmu b’użu minimu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), minn ċerta data, sabiex ikunu konformi mat-Tassonomija.

SAF hija definita fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) 2024/2405 dwar ReFuelEU Aviation.

It-Taqsima 6.18. il-punti (b) u (c), u t-Taqsima 6.19. il-punti (d) u (e) jistabbilixxu l-formula tal-kalkolu għar-rekwiżit tal-użu tas-SAF, li tiġi kkalkolata bħala proporzjon tal-kwantità (espressa f’tunnellati) ta’ SAF mixtrija fil-livell tal-flotta diviża bil-fjuwil tal-avjazzjoni totali użat mill-inġenju tal-ajru konformi, immultiplikat b’100.

Il-formula tal-kalkolu tirreferi għax-xiri bħala indikatur għall-użu, biex tiġi ffaċilitata l-konformità u biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru l-konformità mal-fatturi ta’ sostenn. Għandhom jingħaddu biss SAF mixtrija għall-użu fil-flotta proprja tal-operatur. Is-SAF li jkun reġa’ nbiegħ lil operatur ieħor ma għandux jiġi inkluż fil-kalkoli, peress li ma jintużax fl-operazzjonijiet tal-flotta tal-operatur li jiddikjara l-konformità. Barra minn hekk, fil-każ ta’ grupp ta’ linji tal-ajru, il-kalkolu tal-kwantità ta’ SAF għandu jkun limitat għall-flotta li tkun proprjetà tal-operatur uniku (eż. fil-livell sussidjarju, u mhux fil-livell tal-grupp).

Fir-rigward tar-rapportar dwar il-KPIs tal-fatturat allinjati mat-Tassonomija, l-operaturi ma għandhomx jgħoddu darbtejn l-użu tas-SAF fil-livell tal-flotta. Meta subsett ta’ inġenji tal-ajru konformi jissodisfa l-kriterji dwar l-użu tas-SAF, huwa biss il-fatturat derivat mill-operazzjoni ta’ dak is-subsett ta’ inġenji tal-ajru konformi li għandu jitqies allinjat mat-Tassonomija.

Meta juru l-konformità mas-sehem minimu ta’ SAF attribwit għall-inġenju tal-ajru konformi, il-lokaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu iserrħu fuq l-ammont ta’ SAF eliġibbli għat-Tassonomija mixtrija u użati kif irrapportat fis-sistemi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV) stabbiliti skont l-EU ETS u ReFuelEU Aviation.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta wkoll il-fattibbiltà tal-estensjoni tal-Bażi tad-Data tal-Unjoni għall-Bijofjuwils (69) biex tkopri l-konsum tal-SAF mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li tista’ tiffaċilita t-traċċabbiltà, ix-xiri, il-provvista u l-konsum tal-SAF.

43.   Kif se jevolvu l-marġnijiet tal-limitu tat-Tip il-Ġdid tal-istandard tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-ICAO li għalihom hemm referenza fil-kriterji ta’ kontribut sostanzjali tat-Taqsima 3.21. “Manifattura ta’ inġenji tal-ajru” maż-żmien jekk l-istandard tal-ICAO jevolvi?

Il-marġnijiet applikati fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jirreferu għal-limitu tat-Tip il-Ġdid definit fil-Volum 3 (emissjonijiet ta’ CO2) tal-istandard tal-protezzjoni ambjentali tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) li jinsab fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-ewwel edizzjoni. Dan ifisser li r-referenza hija statika u kwalunkwe bidla futura fl-istandards tal-ICAO trid tiġi riflessa fl-emendi għall-Att Delegat.

F’konformità man-natura tranżizzjonali tal-attivitajiet u sabiex titqies l-evoluzzjoni tas-suq tat-teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru, it-TSC għall-manifattura tal-inġenji tal-ajru għandhom ikunu applikabbli sal-2032, u ferm qabel dik id-data dawk it-TSC għandhom jiġu rieżaminati biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar it-Tassonomija f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-evoluzzjoni tar-regolamentazzjoni internazzjonali (eż. dawk stabbiliti mill-ICAO relatati mal-istandards ambjentali tal-inġenji tal-ajru).

44.   Il-kriterji tal-kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.21. “Manifattura ta’ inġenji tal-ajru” il-punti (b) u (c), għajr il-kriterju dwar l-emissjonijiet diretti żero ta’ CO2, jirreferu għal tmiem l-2032. Mhuwiex ċar liema kriterji se japplikaw wara dik id-data. Tista’ tiċċara l-iskeda ta’ żmien wara l-2032? Se jkun hemm xi rieżami jew il-kriterju tat-tailpipe b’emissjonijiet żero se japplika awtomatikament?

F’konformità man-natura tranżitorja tal-attivitajiet u sabiex titqies l-evoluzzjoni tas-suq tat-teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru, it-TSC għat-Taqsima 3.21. “Manifattura ta’ inġenji tal-ajru” għandhom ikunu applikabbli sal-2032. Sa dik id-data, dawk it-TSC għandhom jiġu rieżaminati biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar it-Tassonomija f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi. Barra minn hekk, il-livell tal-użu jew tat-taħlit tas-SAF stabbilit fit-TSC għandu jiġi rieżaminat regolarment biex jitqiesu t-teknoloġiji tas-SAF emerġenti u d-disponibbiltà attwali u futura mistennija tas-SAF fis-suq.

45.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali tat-Taqsima 3.21. “Manifattura ta’ inġenji tal-ajru” tirrikjedi li, mill-2028 sa tmiem l-2032, l-inġenji tal-ajru jridu jiġu ċċertifikati bħala li joperaw fuq taħlita ta’ 100 % ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF). Dan il-kriterju kif se japplika f’każ li ma jkun għad hemm ebda ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ 100 % ta’ SAF (bħalissa għat-taħlitiet sa 50 % biss)?

Mill-2024 ma hemm l-ebda standard tal-kwalità tal-fjuwil tal-ġettijiet li jippermetti 100 % ta’ SAF. Għalhekk, l-użu ta’ 100 % ta’ SAF fuq titjira kummerċjali bħalissa mhuwiex permess għal raġunijiet ta’ sikurezza. Il-komponent tal-fjuwil sostenibbli jista’ jitħallat ma’ fjuwil konvenzjonali tal-avjazzjoni sa massimu ta’ 50 % għall-biċċa l-kbira tal-mogħdijiet skont l-istandards tal-kwalità tal-fjuwil tal-avjazzjoni (ASTM D7566) (70).

Minħabba l-importanza akbar tas-SAF u l-ħtieġa li s-SAF jintuża fil-futur bi proporzjonijiet ta’ taħlit ogħla minn 50 %, l-industrija internazzjonali bdiet taħdem f’April 2021 fuq speċifikazzjoni standardizzata għal 100 % ta’ SAF f’ASTM International. Id-definizzjoni tal-istandard tal-fjuwil teħtieġ li l-manifatturi tat-tagħmir oriġinali (OEMs) tal-qafas tal-inġenju tal-ajru u tal-magni jiżguraw li l-fjuwil ikun jista’ jintuża u jitħaddem b’mod sikur madwar id-dinja.

Ma hemm l-ebda ftehim la dwar l-iskeda ta’ żmien għall-finalizzazzjoni ta’ din il-ħidma u lanqas dwar liema perkors ta’ żvilupp tas-SAF se jintgħażel. Diversi OEMs wiegħdu li jagħmlu l-inġenji tal-ajru tagħhom kompatibbli 100% mas-SAF sal-2030. Sabiex jitħeġġeġ il-progress f’dan il-qasam, it-TSC tal-avjazzjoni inkluża fit-Tassonomija tal-UE ressqet il-mira tal-linja bażi tal-industrija mill-2030 għall-2028. L-OEMs bħalissa qed iwettqu r-riċerka u l-ittestjar meħtieġa biex jevalwaw l-effetti ta’ 100% ta’ SAF fuq l-operazzjonijiet u l-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru. L-iżgurar tas-sikurezza fi kwalunkwe avvanz teknoloġiku huwa ta’ importanza kbira fis-settur tal-avjazzjoni. Għalhekk, l-OEMs jeħtiġilhom jiżguraw li l-oqfsa tal-inġenji tal-ajru u l-magni tal-ġettijiet ikunu kompletament kompatibbli mal-ispeċifikazzjonijiet futuri tekniċi tal-fjuwil 100 % ta’ SAF sabiex 100 % tat-titjiriet tas-SAF ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur madwar id-dinja. Din il-ħidma tiddependi fuq il-progress li jsir fil-ħidma li għaddejja fuq l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ 100 % ta’ SAF skont ASTM International. Għal dan il-għan, huma attivi żewġ task forces tal-ASTM: l-ewwel qed taħdem biex testendi l-istandard eżistenti tal-kwalità tal-fjuwil tal-ġettijiet ASTM D7566 “Speċifikazzjoni Standard għall-Fjuwil tat-Turbini tal-Avjazzjoni li Fih Idrokarburi Sintetizzati” biex jippermetti 100 % Drop-In SAF; u t-tieni qed teżamina l-possibbiltà ta’ standard ta’ fjuwil tal-ġettijiet kompletament ġdid għal Non-Drop-In SAF 100 % żero aromatiku jew aromatiku baxx. L-industrija għad trid tiddeċiedi liema triq se tagħżel.

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-livell tal-użu jew tat-taħlit tas-SAF irrappreżentat fit-TSC għandu jiġi rieżaminat regolarment sabiex jitqiesu t-teknoloġiji emerġenti tas-SAF u d-disponibbiltà attwali u futura mistennija tas-SAF fis-suq.

Kostruzzjoni u proprjetà immobbli

Taqsima 7.1.    “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

46.   L-applikazzjoni ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar (TSC) għall-attivitajiet fit-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” u t-Taqsima 7.2. “Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti” tqajjem mistoqsija dwar kif l-aġġornamenti tat-TSC għandhom jiġu ġestiti għal attivitajiet li jkopru diversi snin. It-tweġiba għall-FAQ 106 fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/267 (71) tiċċara li l-applikazzjoni tal-bini hija l-fattur determinanti għat-TSC applikabbli f’mument partikolari. Dan il-prinċipju japplika wkoll meta jiġi rrapportat il-fatturat?

L-applikazzjoni għall-bini hija l-punt tat-tluq tal-applikazzjoni fiż-żmien tat-TSC stabbiliti fit-Taqsimiet 7.1. u 7.2. Madankollu, jekk it-TSC jiġu emendati matul il-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni, it-TSC emendati għandhom japplikaw għal tali bini u rinnovazzjoni fil-mument meta t-TSC emendati jsiru applikabbli. Meta jirrapportaw il-KPI tal-fatturat, l-impriżi li jirrapportaw għandhom jivvalutaw l-attività abbażi tat-TSC li kienu applikabbli għall-attivitajiet fiż-żmien meta jiġi ġġenerat il-fatturat (ara t-tweġibiet għall-FAQs 106 u 152 fl-avviż tal-Kummissjoni C/2023/267).

47.   Għat-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”, kif għandu jiġi interpretat il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali rigward id-domanda għall-enerġija primarja (PED)? Il-PED għandha tkun mill-inqas 10 % inqas mill-parametru referenzjarju stabbilit? Pereżempju, jekk il-limitu tal-Bini b’Użu ta’ Kważi Żero Enerġija (NZEB) jiġi stabbilit għal 100 kWh/m2, il-konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar tfisser li l-użu tal-enerġija primarja tal-bini għandu jvarja minn 0 sa 90 kWh/m2?

Jekk il-limitu tal-NZEB jiġi stabbilit għal 100 kWh/m2, il-konformità mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar tfisser li d-domanda għall-enerġija primarja tal-bini għandha tkun inqas minn 90 kWh/m2.

48.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2 tat-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” tgħid: “Għal bini akbar minn 5 000 m2, malli jitlesta, li bini li jirriżulta mill-kostruzzjoni jiġi ttestjat għall-impermeabbiltà tal-arja u għall-integrità termali, u kwalunkwe devjazzjoni fil-livelli ta’ rendiment stabbiliti fl-istadju tat-tfassil jew difett fl-involukru tal-bini jiġu żvelati lill-investituri u lill-klijenti.” X’tip ta’ erja tas-superfiċje għandu jirreferi għaliha l-operatur f’dan il-kriterju (erja li tista’ tintuża, erja msaħħna/imkessħa (erja tas-superfiċje b’temperatura kkontrollata) jew oħrajn)?

Il-limitu ta’ 5 000 m2 stabbilit fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid jirreferi għaż-żona utli kif definita fl-EPBD. L-EPBD hija direttiva, u għalhekk it-traspożizzjoni tagħha titħalla f’idejn l-Istati Membri, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tista’ tvarja.

Id-definizzjoni taż-żona utli fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-EPBD hija rilevanti għall-operatur speċifiku. L-EPC, li hija obbligatorja għall-bini l-ġdid kollu, tindika wkoll id-definizzjoni nazzjonali ta’ erja utli.

49.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” teħtieġ il-bini li jirriżulta mill-kostruzzjoni jiġi ttestjat għall-impermeabbiltà tal-arja u l-integrità termali. X’inhu l-ambitu tal-verifika tal-impermeabbiltà tal-arja u tal-integrità termali? Jeħtieġ li tiġi vverifikata l-impermeabbiltà tal-arja tal-binja kollha? Jeħtieġ li jsir test tal-bieb tal-blower għall-bini kollu, jew huwa biżżejjed li jiġu ttestjati biss żoni kritiċi tal-involukru tal-bini?

L-għan ta’ dan il-kriterju huwa li tiġi żgurata l-kwalità tal-binja kollha. Test tal-impermeabbiltà tal-arja jiċċertifika li l-binja kollha kemm hi tikkonforma mal-kriterji wara t-tlestija tax-xogħlijiet. Dan it-test jista’ jitwettaq f’sezzjonijiet jekk ikun meħtieġ, iżda dawn is-sezzjonijiet ikollhom ikopru l-binja kollha.

Alternattivament, il-kriterju jippermetti wkoll l-użu ta’ proċessi ta’ kontroll tal-kwalità matul il-kostruzzjoni. It-testijiet tal-impermeabbiltà tal-arja għal żoni speċifiċi jistgħu jkunu parti mis-sett ta’ għodod użat biex tiġi żgurata l-binja inġenerali. Madankollu, il-kontroll tal-kwalità għandu jkopri l-binja kollha. Pereżempju, jista’ jintuża test tal-impermeabbiltà tal-arja biex jiġu ċċertifikati ċerti żoni jew partijiet tal-binja (eż. is-sistema ta’ ventilazzjoni), filwaqt li aspetti oħra (eż. twieqi u bibien) jistgħu jiġu vverifikati permezz ta’ proċessi ta’ kontroll tal-kwalità. Il-binja kollha kemm hi tkun teħtieġ ċertifikat ta’ kwalità ġenerali.

50.   Għall-kriterji tad-DNSH għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar fit-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”, permess tal-bini huwa biżżejjed biex jiddokumenta l-konformità mal-Appendiċi B jekk il-pajjiż rilevanti implimenta d-Direttiva 2000/60/KE?

Il-kriterji fl-Appendiċi B għandhom l-għan li jiżguraw li d-distrett tal-baċin tax-xmara li fih isseħħ l-attività ta’ kostruzzjoni, ikun kopert minn pjan ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara li identifika pressjonijiet u impatti fuq il-korpi tal-ilma u li jistabbilixxi l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi evitat id-deterjorament tal-istat tal-ilma u biex jiġi żgurat li jinkiseb stat jew potenzjal tajjeb tal-ilma f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.

F’termini konkreti, id-dikjarazzjoni li sit tal-kostruzzjoni huwa konformi mad-DNSH għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, timplika li kien hemm valutazzjoni xierqa tal-korpi tal-ilma kollha possibbilment affettwati u li ġie żgurat li ma jikkawża l-ebda deterjorament sinifikanti ta’ dawn il-korpi tal-ilma u lanqas jipprevjeni lil dawn il-korpi tal-ilma milli jiksbu status/potenzjal tajjeb. Jekk il-permess tal-bini juri li r-riskji ta’ deterjorament sinifikanti ġew ivvalutati u indirizzati, allura dan għandu jkun biżżejjed biex tintwera l-konformità mad-DNSH għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar.

51.   Il-kriterji tad-DNSH għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fit-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” jiddikjaraw li “Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.” Kif inhuma definiti l-“komponenti u l-materjali tal-bini”? Il-makkinarju użat biex jiġu installati l-komponenti u l-materjali tal-bini (eż. feltru tal-bjut)huwa kopert? Għandhom jitqiesu t-tapizzerija, l-għamara jew l-apparati elettrodomestiċi kbar? Dan japplika biss għall-qafas u l-qalba tal-bini?

It-terminu “komponenti u materjali tal-bini” għandu jiġi interpretat bħala “prodotti għall-bini”, kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) “prodott għall-bini” tfisser kwalunkwe oġġett fiżiku fformat jew mingħajr forma, inklużi prodotti stampati 3D, jew kitt li jitqiegħed fis-suq, inkluż permezz ta’ forniment lis-sit tal-kostruzzjoni, għall-inkorporazzjoni b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew f’partijiet minnhom, bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti li l-ewwel jeħtieġ li jiġu integrati f’kitt jew fi prodott għall-bini ieħor qabel ma jiġu inkorporati b’mod permanenti f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni;”

L-element ewlieni f’din id-definizzjoni huwa “b’mod permanenti”, li jfisser li huwa “(…) intiż biex jibqa’ fix-xogħol ta’ kostruzzjoni, jew f’partijiet minnu, wara t-tlestija tal-proċess tal-kostruzzjoni jew tar-rinnovazzjoni”. L-għamara, it-tapizzerija u l-“apparati elettrodomestiċi kbar” (jiġifieri apparat bħal friġġijiet u magni tal-ħasil) mhumiex inklużi. Ma hemm l-ebda distinzjoni bejn il-qafas u l-qalba ta’ binja, minħabba li l-prodotti għall-bini jistgħu jiġu installati (b’mod permanenti) matul ix-xogħlijiet tal-qafas jew tal-qalba. Kwalunkwe makkinarju użat għall-installazzjoni ta’ prodotti għall-bini huwa eskluż.

52.   Għall-kriterji tad-DNSH għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fit-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”, xi tfisser “jiġu f’kuntatt mal-okkupanti”? Liema komponenti u elementi tal-bini għandhom jiġu kkunsidrati?

In-nota ta’ qiegħ il-paġna tirreferi għaż-żebgħa u l-verniċ, għall-madum tas-saqaf, għall-kisi tal-art (inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati) għall-iżolament intern u għat-trattamenti tal-wiċċ ta’ ġewwa, bħal dawk għat-trattament tal-umdu u tal-moffa. Fil-prattika tfisser kwalunkwe materjal li jkun f’kuntatt mal-arja ta’ ġewwa u li jista’ jarmi kwalunkwe waħda mis-sustanzi msemmija.

53.   Il-kriterji tad-DNSH għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis għat-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” tinkludi rekwiżit li “[l]-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ arja tal-kompartiment tal-ittestjar wara ttestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006”.

Ir-Regolament (UE) 2023/1464 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament REACH u li jintroduċi differiment ta’ rekwiżiti relatati mal-formaldeid jaffettwa r-rekwiżit tat-Tassonomija fuq materjali li jarmu inqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m3 ta’ materjal jew komponent? Dan ir-rekwiżit għadu meħtieġ sabiex jintwera l-allinjament jew japplika d-differiment fir-Regolament (UE) 2023/1464 ?

Ir-rekwiżit tat-Tassonomija li jistabbilixxi l-livelli ta’ emissjonijiet tal-formaldeid għall-komponenti u l-materjal tal-bini huwa stabbilit bħala kriterju indipendenti li mhuwiex kundizzjonali fuq id-data tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi li jirrilaxxaw il-formaldeid fir-Regolament REACH. L-uniku rekwiżit huwa li l-ittestjar għandu jitwettaq f’konformità mal-metodoloġija speċifikata fl-Anness XVII tar-Regolament REACH.

Id-differiment introdott fir-Regolament (UE) 2023/1464 jikkonċerna biss l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet speċifikati fir-Regolament REACH. Dan id-differiment ma jaffettwax ir-rekwiżiti speċifiċi indipendenti tat-Tassonomija u ma jipprevjenix l-applikazzjoni tal-kejl tal-arja tal-kompartiment tal-ittestjar deskritt fl-Appendiċi 14 fl-Anness XVII tar-Regolament REACH.

54.   Il-kriterji tad-DNSH għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi skont it-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” tapplika wkoll għall-bini jew it-trejler temporanju li l-kumpaniji tal-kostruzzjoni jarmaw għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid jew jitqiesu bħala insinifikanti jew negliġibbli minħabba li normalment jammontaw għal madwar 5 % tal-art totali?

Il-kriterji a, b, u c fil-kriterji tad-DNSH għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi huma relatati biss mal-kostruzzjoni l-ġdida. Ma japplikawx għal bini jew trejlers temporanji. Madankollu, il-konformità mal-Appendiċi D fil-kriterji tad-DNSH tinkludi kemm is-siti kif ukoll l-operazzjonijiet, (jiġifieri wkoll bini temporanju, u kostruzzjoni). Dan ifisser li operatur li jixtieq iqiegħed bini/trejler temporanju qrib jew f’żona sensittiva għall-bijodiversità jeħtieġlu jagħmel ukoll valutazzjoni f’konformità mal-Appendiċi D ta’ x’impatti ambjentali jista’ jkollu dan u jrid jieħu l-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

55.   Il-kriterji tad-DNSH għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi fil-punt (b) tat-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” jiddikjaraw li “il-kostruzzjoni l-ġdida ma hijiex mibnija fuq wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin: art f’maħdar ta’ valur ta’ bijodiversità għoli rikonoxxut u art li sservi bħala ħabitat għal speċijiet f’periklu (flora u fawna) elenkati fil-Lista Ħamra Ewropea jew fil-Lista Ħamra tal-IUCN.” Kif għandu jinftiehem it-terminu “f’maħdar”?

“Art f’maħdar ta’ valur ta’ bijodiversità għoli rikonoxxut” għandha tinftiehem li tfisser l-art f’maħdar kollha (art li fuqha ma jkun seħħ l-ebda żvilupp urban qabel) b’valur għoli f’termini ta’ ekosistemi, ħabitats u speċijiet. Dan jinkludi mhux biss art li ġiet iddeżinjata għall-protezzjoni ta’ speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu, iżda wkoll, pereżempju, żoni protetti fil-livell nazzjonali u internazzjonali u żoni oħra b’bijodiversità għolja (eż. siti ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO u Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità). Għalhekk, il-kriterji tad-DNSH għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi elenkati fit-Taqsima 7.1. jirreferu seperatament għal “art f’maħdar ta’ valur ta’ bijodiversità għoli rikonoxxut”, minn naħa waħda, u għal-Lista Ħamra Ewropea jew għal-Lista l-Ħamra tal-IUCN min-naħa l-oħra.

Taqsima 7.2.    “Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

56.   Ir-rinnovazzjoni ta’ bini għall-użu proprju tista’ tgħodd għat-Taqsima 7.2. “Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti”?

It-Tassonomija tal-UE ma tagħmilx distinzjoni bejn l-użi differenti (użu proprju jew mod ieħor) ta’ binja li għandha tiġi rinnovata. L-attività ta’ rinnovazzjoni ta’ binja għall-użu proprju għandha għalhekk tingħadd taħt it-Taqsima 7.2. “Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti” (ara wkoll it-tweġiba għall-FAQ 147 fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/267).

57.   L-espansjoni ta’ bini eżistenti taqa’ taħt it-Taqsima 7.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” jew 7.2. “Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti”? Hemm ċerti kundizzjonijiet li jinfluwenzaw il-kamp ta’ applikazzjoni/id-definizzjoni tal-attività (kostruzzjoni ġdida vs rinnovazzjoni)?

Il-klassifikazzjoni ta’ espansjoni ta’ binja eżistenti se tkun influwenzata mid-daqs (eż. f’m2 ta’ erja utli) tal-espansjoni. Għall-espansjonijiet li jeħtieġu permess tal-bini, għandhom jintużaw rekwiżiti nazzjonali tal-bini biex l-espansjoni tiġi kklassifikata bħala attività skont it-Taqsima 7.1. jew 7.2.

58.   In-nota f’qiegħ il-paġna għall-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 7.2. “Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti” tiddikjara li “(…) It-titjib ta’ 30 % jirriżulta minn tnaqqis attwali fid-domanda għal enerġija primarja (fejn it-tnaqqis fid-domanda għal enerġija primarja netta permezz ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli ma jiġix ikkunsidrat), u jista’ jinkiseb permezz ta’ suċċessjoni ta’ miżuri fi żmien massimu ta’ tliet snin.” X’għandu jitqies bħala l-punt tat-tluq ta’ dan il-perjodu – l-ewwel azzjoni ta’ rinnovazzjoni, id-data tal-bidu tal-finanzjament għall-azzjoni ta’ rinnovazzjoni jew data oħra?

Il-kriterju jippermetti adattament għal sitwazzjonijiet differenti, iżda l-applikazzjoni għandha tkun konsistenti. Pereżempju, it-tqabbil għandu jsir bejn (i) it-tmiem tal-ewwel pass u (ii) it-tieni (jew l-aħħar) pass fir-rinnovazzjoni li jwassal għal iffrankar tal-enerġija ta’ 30 %. Dan ma għandux isir bejn (i) it-tmiem tal-ewwel stadju u (ii) il-fażijiet inizjali tat-tieni pass.

59.   Għat-Taqsima 7.2. “Ir-rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti”, jekk il-kategorija tal-binja tinbidel matul ir-rinnovazzjoni (eż. jekk lukanda tiġi ttrasformata f’uffiċċju), kif jista’ proġett jiġi evalwat f’termini ta’ tnaqqis tal-enerġija permezz tal-metodu speċifikat ta’ tqabbil tal-valur tad-domanda għall-enerġija primarja taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija qabel u wara r-rinnovazzjoni?

F’dan il-każ, EPC fittizja “qabel” tista’ tintuża għal skopijiet ta’ tqabbil. Din l-EPC fittizja “qabel” tirrappreżenta l-binja daqslikieku kienet uffiċċju qabel ir-rinnovazzjoni.

Fl-eżempju pprovdut, lukanda tinbidel f’uffiċċju. Wara r-rinnovazzjoni hemm EPC “ta’ wara”. Għall-istatus ta’ “qabel”, espert jista’ joħloq “EPC ta’ qabel” fittizja abbażi tal-elementi tekniċi tal-binja meta kienet lukanda, iżda jadatta l-użu tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jeħtieġ l-adattament ta’ ċerti parametri (eż. l-okkupazzjoni, l-użu ta’ ilma sħun domestiku u l-ħinijiet tal-ftuħ).

Taqsima 7.6.    “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

60.   L-FAQ 139 tal-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/267 tiddikjara li t-Taqsima 7.6. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” tkopri attivitajiet ta’ installazzjoni, manutenzjoni u tiswija mwettqa fuq turbini eoliċi installati fuq il-post bħala sistemi tekniċi użati fil-bini, iżda tiddikjara wkoll li t-Taqsima 4.3. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-potenza eolika” tkopri l-kostruzzjoni jew it-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li jipproduċu l-elettriku mill-potenza eolika fis-sitwazzjonijiet l-oħra kollha. Il-“kostruzzjoni” hija l-ekwivalenti ta’ “l-installazzjoni” u t-“tħaddim” huwa l-ekwivalenti tal-“manutenzjoni” u t-“tiswija”?

Id-differenza fit-terminoloġija użata fit-Taqsima 7.6. u fit-Taqsima 4.3. tirriżulta mill-iskala differenti ta’ proġetti koperti minn dawn iż-żewġ taqsimiet. It-terminu “installazzjoni” huwa terminu rilevanti għal sorsi iżgħar ta’ enerġija rinnovabbli marbuta ma’ binja li huma maħsuba biex jipprovdu elettriku li jintuża primarjament minn dik il-binja (kif inhu l-każ fit-Taqsima 7.6. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli”). L-attività fit-Taqsima 7.6. ma tkoprix il-manifattura jew it-tħaddim tas-sors tal-enerġija rinnovabbli.

It-terminu “kostruzzjoni” jkopri impjanti fuq skala kbira, tat-tip kummerċjali, tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES) awtonomi kif inhu l-każ fit-Taqsima 4.3. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-potenza eolika”, fejn l-elettriku huwa intenzjonat għal użu jew bejgħ kummerċjali.

Bl-istess mod, it-terminu “tħaddim” jintuża għal impjant akbar tal-RES fejn il-ġestjoni tista’ tkun aktar tipikament attività kummerċjali milli f’kuntest ta’ binja individwali. It-terminu “tħaddim” jinkludi “manutenzjoni u tiswija” iżda jista’ jinkludi wkoll attivitajiet ulterjuri relatati mal-ġestjoni tat-turbina/i eoliċi.

61.   L-akkwist tal-“miżura” speċifika msemmija fit-Taqsimiet 7.3. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika” sa 7.6. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet?

L-operaturi għandhom isegwu r-regoli kontabilistiċi biex jiddeterminaw jekk jirrapportawx in-nefqiet fuq is-servizzi tal-installazzjoni, tal-manutenzjoni u tat-tiswija msemmija fit-Taqsimiet 7.3. sa 7.6. bħala CapEx jew OpEx.

In-nefqa fuq l-akkwist ta’ prodotti u tagħmir rispettivi, li għalihom jirreferu l-attivitajiet ta’ installazzjoni, manutenzjoni u tiswija fit-Taqsimiet 7.3. sa 7.6. għandha tiġi vvalutata skont il-kriterji rispettivi għall-manifattura ta’ dawk il-prodotti u t-tagħmir:

in-nefqiet fuq l-akkwist ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini jew għall-istrumenti u għall-apparati għall-kejl, għar-regolamentazzjoni u għall-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, jenħtieġ li jiġu vvalutati skont il-kriterji rispettivi fit-Taqsima 3.5. “Il-manifattura ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika għall-bini”;

l-infiq fuq it-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli għandu jiġi vvalutat skont il-kriterji rispettivi fit-Taqsima 3.1. “Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli”;

l-infiq fuq l-akkwist ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi fil-bini (u fl-ispazji tal-parkeġġ li huma parti mal-bini) għandu jiġi vvalutat skont il-kriterji rispettivi fit-Taqsima 3.20. “Il-manifattura, installazzjoni, u manutenzjoni ta’ tagħmir elettriku b’vultaġġ għoli, medju u baxx għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku li jirriżulta f’kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew jabilitah”.

Taqsima 7.7.    “L-akkwist u s-sjieda tal-bini” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

62.   Kif wieħed għandu jiddefinixxi “domanda operazzjonali għall-enerġija primarja”, li ssir referenza għaliha fil-kriterji ta’ kontribut sostanzjali tat-Taqsima 7.7. “L-akkwist u s-sjieda tal-bini? Id-definizzjoni pprovduta fit-tweġiba għall-FAQ 153 fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/267 toħloq konfużjoni minħabba li tikkwota d-definizzjoni legali tad-domanda għall-enerġija primarja mingħajr ma tispjega xi tfisser “operazzjonali” f’dak il-kuntest.

“Operazzjonali” tfisser li tirreferi għall-fażi “fl-użu” tal-bini (jiġifieri l-fażi tal-kostruzzjoni tal-bini u l-enerġija inkorporata li tirriżulta ma jiġux ikkunsidrati).

Id-Direttiva tal-2018 dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) kienet teħtieġ indikatur għall-użu tal-enerġija primarja, iżda dan jista’ jiġi interpretat bħala enerġija minn sorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli. Għalhekk, għalissa, jista’ jkun kwalunkwe indikatur li juża l-Istat Membru fil-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tiegħu għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) u għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-EPBD tal-2024 tagħmilha ċara li hija l-użu totali tal-enerġija primarja (residenzjali u mhux residenzjali). Dan se jkun obbligatorju mid-data tat-traspożizzjoni tal-EPBD tal-2024 (għall-EPCs u għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija).

63.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 3 tat-Taqsima 7.7. “L-akkwist u s-sjieda tal-bini” jiddikjara li “Meta l-bini jkun bini mhux residenzjali kbir (b’output nominali effettiv għas-sistemi ta’ tisħin, għas-sistemi għal tisħin u ventilazzjoni kombinati tal-ispazju, għal sistemi tal-arja kundizzjonata jew għal sistemi għall-arja kundizzjonata u għall-ventilazzjoni kombinati ta’ aktar minn 290 kW), huwa mħaddem b’mod effiċjenti permezz ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija”.

X’tip ta’ enerġija hija mfissra hawn: enerġija għat-tisħin/tkessiħ jew l-enerġija elettrika tal-apparati elettrodomestiċi?

Fir-rigward tal-kapaċità tat-tisħin/tkessiħ, ċertu tagħmir tal-HVAC (eż. pompi tas-sħana) għandu kemm kapaċità ta’ tisħin kif ukoll ta’ tkessiħ skont il-mod ta’ tħaddim tiegħu. Meta jiġi vverifikat jekk il-kapaċità taqbiżx 290 kW, wieħed għandu jinkludi: (i) il-kapaċità tat-tisħin biss; (ii) il-kapaċità tat-tkessiħ biss; jew (iii) il-kapaċitajiet tat-tisħin u tat-tkessiħ meħuda flimkien?

L-output nominali effettiv jirreferi għall-output tal-ġeneratur tas-sħana (eż. bojler jew pompa tas-sħana) f’sistema tat-tisħin. Jekk is-sistema ta’ ventilazzjoni jkollha l-ġeneratur tas-sħana separat tagħha stess, l-output tagħha jiżdied ma’ dak tas-sistema tat-tisħin. Jekk is-somma totali tkun ogħla minn 290 kW, allura japplika l-kriterju.

L-istess japplika għas-sistemi tat-tkessiħ, fejn minflok jitqies l-output tal-ġeneratur tat-tkessiħ (eż. ċiller jew pompa tas-sħana). Jekk ikun hemm ġeneratur tat-tkessiħ separat konness mas-sistema ta’ ventilazzjoni, dan għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Jekk is-somma totali tkun ogħla minn 290 kW, allura japplikaw il-kriterji.

It-tisħin u t-tkessiħ jitqiesu separatament. Fil-każ ta’ pompa tas-sħana, il-produzzjoni tat-tisħin tagħha tgħodd mal-limitu tat-tisħin, filwaqt li l-output tat-tkessiħ tagħha jgħodd għal-limitu ta’ 290 kW tat-tkessiħ.

Fil-każijiet kollha, dejjem tiġi kkunsidrata l-output tat-tisħin jew tat-tkessiħ. Pereżempju, fil-każ ta’ pompa tas-sħana jew ta’ ċiller, ikun meħtieġ li jitqies l-output kalorifiku (jiġifieri mhux l-input elettriku).

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Taqsima 8.1.    “L-ipproċessar ta’ data, il-hosting u l-attivitajiet relatati” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

64.   Taħt it-Taqsima 8.1. “L-ipproċessar ta’ data, il-hosting u l-attivitajiet relatati”, huma koperti biss iċ-ċentri tad-data interni jew huma koperti wkoll attivitajiet ta’ kopożizzjoni ospitati ma’ partijiet terzi (inklużi iperskalaturi)?

It-tipi kollha ta’ ċentri tad-data huma koperti, inklużi ċ-ċentri tad-data tal-kopożizzjoni.

65.   Liema prattiki rilevanti jew prattiki mistennija fil-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika fiċ-Ċentri tad-Data, jew fid-dokument tas-CEN-CENELEC CLC TR50600-99-1 għandhom jiġu implimentati sabiex ikun hemm allinjament mal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali tat-Taqsima 8.1. “L-ipproċessar ta’ data, il-hosting u l-attivitajiet relatati”?

Il-prattiki rilevanti li għandhom jiġu implimentati fil-kuntest tat-Taqsima 8.1. fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima jistgħu jinstabu fil-qafas ta’ valutazzjoni għaċ-ċentri tad-data: Qafas ta’ Valutazzjoni għaċ-Ċentri tad-Data fil-Kuntest tal-Attività 8.1 fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima | E3P (europa.eu).

Taqsima 8.2.    “Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq id-data għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

66.   Soluzzjonijiet diġitali li jużaw data spazjali u/jew servizzi spazjali huma koperti fit-Taqsima 8.2. “Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq id-data għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG”?

Is-soluzzjonijiet diġitali u tal-ICT li jużaw data u servizzi bbażati fl-ispazju huma koperti taħt din l-attività.

67.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 8.2. “Soluzzjonijiet xprunati mid-data għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra” jiddikjaraw li “fejn soluzzjoni/teknoloġija alternattiva tkun diġà disponibbli fis-suq, is-soluzzjoni tal-ICT turi ffrankar sostanzjali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja meta mqabbla mas-soluzzjoni/teknoloġija alternattiva bl-aħjar prestazzjoni.” Wieħed kif għandu jikkwantifika sostanzjali u kif tista’ tqabbilha mal-alternattiva bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq?

Kif indikat fl-FAQ 42 tal-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/267 għal mistoqsija simili rigward it-Taqsima 3.6., l-applikazzjoni tar-rekwiżit tħalli ċerta flessibbiltà. Ma hemm l-ebda livell ta’ prestazzjoni komuni implikat mill-kriterju ta’ “ffrankar sostanzjali ta’ emissjonijiet ta’ GHG tul iċ-ċiklu tal-ħajja meta mqabblin mat-teknoloġija, mal-prodott jew mas-soluzzjoni alternattiva bl-aħjar prestazzjoni”.

L-operaturi tal-attività għandhom jiġġustifikaw jekk u kif it-teknoloġija tagħhom tippermetti l-kisba ta’ tnaqqis sostanzjali tal-gassijiet serra meta mqabbla ma’ teknoloġiji kompetituri oħra. Meta jagħmlu dan, għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tagħhom tkun konsistenti ma’ kwalunkwe sors estern kredibbli u disponibbli ta’ informazzjoni dwar il-potenzjal tat-teknoloġija li tgħin biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni. L-impriżi għandhom juru wkoll dan l-element għall-fini tal-verifika minn parti terza meħtieġa mit-TSC u (b’mod partikolari l-impriżi soġġetti għall-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija), għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni rilevanti kollha bħala parti mid-dikjarazzjoni mhux finanzjarja tagħhom. L-operaturi jistgħu jivvalutaw il-livell ta’ prestazzjoni ta’ soluzzjoni diġitali bl-użu tal-Metodoloġija tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Karbonju Nett.

68.   Liema kumpaniji jridu jirrapportaw skont it-Taqsima 8.2. “Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq id-data għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG”?

Kwalunkwe impriża finanzjarja jew mhux finanzjarja li tinvesti fid-diġitalizzazzjoni għandha tirrapporta skont it-Taqsima 8.2. meta s-soluzzjonijiet tal-ICT li jkunu investew fihom u li jkunu implimentaw jippermettu t-tnaqqis tal-GHG.

It-Taqsima 8.2. timmira lejn soluzzjonijiet diġitali speċifiċi li jiġu żviluppati jew implimentati sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-GHG. Soluzzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu taħlita innovattiva ta’ networks u teknoloġiji u applikazzjonijiet diġitali bħall-5G, l-Internet tal-Oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali (IA), u l-blockchain.

Ir-rapportar taħt din l-attività jitwettaq prinċipalment mill-iżviluppaturi ta’ dawn is-soluzzjonijiet parzjali jew totali (eż. operaturi u fornituri ta’ soluzzjonijiet tal-ICT), iżda r-rapportar għandu jiġi rifless ukoll min-naħa tal-utenti bħala investimenti ekoloġiċi. Pereżempju, kif semmiet l-industrija tal-enerġija, id-diġitalizzazzjoni hija ċ-ċavetta għall-integrazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-enerġija. Dan ifisser li kwalunkwe soluzzjoni ta’ diġitalizzazzjoni li tiġi implimentata biex tippromwovi l-effiċjenza enerġetika u li tkun ibbażata fuq teknoloġija waħda jew taħlita ta’ teknoloġiji msemmija fit-Taqsima 8.2. u teknoloġiji oħra li mhumiex elenkati speċifikament, jenħtieġ li tiġi rrapportata fit-Taqsima 8.2. L-istess japplika għal kwalunkwe settur, fejn id-diġitalizzazzjoni qed tgħin biex tippromwovi prestazzjoni ambjentali aħjar.

TAQSIMA III   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-OBJETTIV TAL-ADATTAMENT GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA (L-ANNESS II TAL-ATT DELEGAT DWAR IT-TASSONOMIJA FIR-RIGWARD TAL-KLIMA)

L-enerġija

Taqsima 4.9.    “It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

69.   Il-kriterji tad-DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fit-Taqsima 4.9. “It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima jiddikjaraw li “L-infrastruttura mhijiex dedikata għall-ħolqien ta’ konnessjoni diretta, jew għall-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti ma’ impjant tal-produzzjoni tal-enerġija fejn l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra jaqbżu l-270 g CO2e/kWh”. Madankollu, il-kriterji ta’ kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-istess attività fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima jinkludu “L-infrastruttura ddedikata għall-ħolqien ta’ konnessjoni diretta jew għall-espansjoni ta’ konnessjoni diretta eżistenti bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija li huwa aktar intensiv f’termini ta’ gassijiet serra minn 100 g CO2e/kWh imkejla fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, mhijiex eliġibbli.” Għaliex ir-referenza għall-“konnessjoni diretta bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija” ma kinitx inkluża fil-kriterji tad-DNSH?

Ir-referenza għal “konnessjoni diretta bejn substazzjon jew network u impjant tal-produzzjoni tal-enerġija” ġiet inkluża fil-kriterji ta’ kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima. Min-naħa l-oħra, il-kriterji tad-DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-istess attività fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima ma jsemmux il-konnessjoni ma’ substazzjon.

Meta ddefiniet il-kriterji tad-DNSH, il-Kummissjoni qieset it-tranżizzjoni li għaddejja tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni li għandhom konnessjonijiet indiretti mal-impjanti tal-produzzjoni tal-enerġija fejn l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra jaqbżu l-limitu. Huwa possibbli li jkun hemm konformità mal-kriterji tad-DNSH mingħajr ma jiġu esklużi l-konnessjonijiet ma’ ċerti impjanti tal-enerġija, minħabba li l-enfasi għandha tkun fuq il-livell ġenerali tal-emissjonijiet tas-sistema. Il-livell ta’ ambizzjoni għal kontribut sostanzjali huwa ogħla minn dak stabbilit fil-kriterji tad-DNSH.

Il-kriterji tad-DNSH għall-operat ta’ infrastruttura tal-enerġija eżistenti mhumiex stretti daqs dawk għal installazzjonijiet ġodda, minħabba li l-operaturi tas-sistema jiddependu fuq l-infrastruttura eżistenti u ma jistgħux ikunu mistennija jiskonnettjaw l-assi eżistenti. Meta tiġi vvalutata l-konformità tan-network ta’ distribuzzjoni u trażmissjoni, wieħed għandu jħares lejn it-taħlita ġenerali tal-enerġija.

Il-provvista tal-ilma, is-sistema ta’ drenaġġi, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rimedju

Taqsima 5.13.    “Desalinizzazzjoni” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

70.   Kif għandu jiġi kkalkolat il-valur tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-impjant tad-desalinizzazzjoni għal kull m3 ta’ ilma ħelu prodott għall-fini ta’ konformità mal-kriterji għad-DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fit-Taqsima 5.13. “Desalinizzazzjoni”? Għandhom jitqiesu l-intensità enerġetika tal-proċess kollu tad-desalinazzjoni u l-emissjonijiet diretti tal-GHG tal-komponent tal-enerġija ta’ alimentazzjoni? L-intensità tal-gassijiet serra (GHG) tal-elettriku ġġenerat tkopri l-enerġija prodotta jew l-enerġija fornuta?

Il-proporzjon tal-emissjonijiet tal-GHG mill-impjant tad-desalinizzazzjoni għal kull m3 ta’ ilma ħelu prodott jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon ta’:

fin-numeratur: l-emissjonijiet diretti totali ta’ gassijiet serra tal-enerġija użata, irrispettivament minn jekk tiġix prodotta jew fornuta, matul il-perjodu ta’ rapportar, fil-proċess kollu ta’ desalinizzazzjoni (kif imsemmi fid-deskrizzjoni tal-attività); u

fid-denominatur: il-volum totali ta’ m3 ta’ ilma ħelu prodott matul il-perjodu ta’ rapportar.

In-numeratur għandu jiġi kkalkolat billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ enerġija użata fil-proċess kollu ta’ desalinazzjoni bl-emissjonijiet diretti korrispondenti ta’ GHG tal-enerġija użata. Jekk l-enerġija użata fil-proċessi ta’ desalinazzjoni tiġi minn sorsi/oriġini b’emissjonijiet diretti differenti ta’ GHG, il-kalkolu għandu jsir għal kull sors/oriġini tal-enerġija (jiġifieri l-ammonti rispettivi ta’ enerġija użati minn kull sors/oriġini tal-enerġija għandhom jiġu mmultiplikati bl-emissjonijiet diretti korrispondenti ta’ GHG tal-enerġija minn dak is-sors/oriġini).

71.   Fit-Taqsima 5.13. “Desalinizzazzjoni”, l-intensità tal-GHG tal-elettriku tinkludi biss l-elettriku użat fil-grilja tal-enerġija, jew tinkludi wkoll l-elettriku użat mill-unitajiet domestiċi?

Il-valur tal-intensità tal-emissjonijiet tal-GHG fil-livell tal-impjant jiġi kkalkulat billi jkopri l-użu tal-enerġija tal-proċess kollu tad-desalinazzjoni, inklużi t-trattamenti sekondarji, l-ippumpjar u l-iskariku tas-salmura. Madankollu, la jkopri l-enerġija użata għad-distribuzzjoni tal-ilma ħelu prodott, u lanqas l-enerġija użata mill-utenti finali (inklużi l-unitajiet domestiċi).

Trasport

Taqsima 6.15.    “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

72.   Il-kriterju tad-DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fit-Taqsima 6.15. “L-infrastruttura li tippermetti t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku” huwa li “l-infrastruttura mhijiex dedikata għat-trasport jew għall-ħżin ta’ fjuwils fossili.” Il-fornituri tat-tagħmir kif jistgħu jissodisfaw dan il-kriterju peress li ma jikkontrollawx liema tip ta’ trasport u/jew ħżin se jkun qed juża l-infrastruttura?

L-attività stabbilita fit-Taqsima 6.15. tkopri l-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ tipi differenti ta’ infrastruttura li jippermettu t-trasport bit-triq u t-trasport pubbliku. Dan ifisser li l-manifatturi tat-tagħmir użat għal din l-attività mhumiex koperti taħt din l-attività.

Ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru

Taqsima 14.1.    “Servizzi ta’ Emerġenza” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

73.   It-tħejjija u r-rispons għat-tixrid taż-żejt huma eliġibbli skont it-Taqsima 14.1. “Servizzi ta’ Emerġenza” (il-punt (e) fid-deskrizzjoni tal-attività). Il-bejgħ tat-tagħmir użat għat-tixrid ta’ emerġenza u l-prevenzjoni huwa eliġibbli skont it-Taqsima 14.1?

Kif deskritt fil-punt 2 (d) tad-deskrizzjoni, l-attività ekonomika fit-Taqsima 14.1. “Servizzi ta’ Emerġenza” tinkludi “l-akkwiżizzjoni, il-ħżin, l-aġġornament u l-manutenzjoni tal-mezzi materjali (...) meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi immedjati ta’ diżastru”.

Dan ifisser li filwaqt li l-fatturat, il-CapEx jew l-OpEx ta’ impriża li tuża t-tagħmir biex tindirizza t-tixrid ta’ emerġenza u/jew tipprevjenih huma koperti fit-Taqsima 14.1., l-impriża li timmanifattura u tbigħ it-tagħmir u tiġġenera dħul minnu mhijiex koperta taħt din l-attività.

TAQSIMA IV   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-OBJETTIV TAR-RIŻORSI TAL-ILMA U TAL-BAĦAR (L-ANNESS I TAL-ATT DELEGAT DWAR IT-TASSONOMIJA TAL-UE FIR-RIGWARD TAL-AMBJENT)

Ġenerali

74.   Sa liema punt l-attivitajiet dwar l-immaniġġjar tal-iskart jikkonċernaw ukoll l-attivitajiet interni (eż. is-separazzjoni ta’ skart perikoluż u mhux perikoluż fis-sit għat-trasferiment)?

L-attivitajiet dwar l-immaniġġjar tal-iskart ikopru attivitajiet interni inkluża s-separazzjoni ta’ skart perikoluż u mhux perikoluż fuq il-post. Dawn ma jkoprux ir-rimi tal-iskart.

L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġi, ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ rimedju

Taqsima 2.1.    “Provvista tal-ilma” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

75.   X’inhi d-differenza bejn it-Taqsima 2.1. “Provvista tal-ilma” fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent u t-Taqsimiet 5.1. “Il-kostruzzjoni, l-estensjoni u t-tħaddim tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma” u 5.2. “It-tiġdid tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ trattament u ta’ provvista tal-ilma” fl-Anness I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima?

Filwaqt li hemm trikkib fid-deskrizzjoni tal-attività, it-Taqsima 2.1. fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent tirreferi għal attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-Taqsimiet 5.1 u 5.2. fl-Annessi I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima jirreferu għal attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Konsegwentement, b’mod partikolari t-TSC għal kontribuzzjoni sostanzjali huma differenti.

It-Taqsima 2.1. fl-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent tikkonċerna l-“kostruzzjoni, l-estensjoni, it-tħaddim u t-tiġdid tas-sistemi tal-ġbir, tat-trattament u tal-provvista tal-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem fuq il-bażi tal-astrazzjoni ta’ riżorsi naturali tal-ilma minn sorsi tal-ilma tal-wiċċ jew tal-art.” Dan jikkorrispondi għal żewġ attivitajiet separati rigward is-sistemi tal-provvista tal-ilma tax-xorb fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir’rigward tal-Klima, it-Taqsima 5.1. hija relatata mal-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-estensjoni tas-sistemi u t-Taqsima 5.2. hija relatata mat-tiġdid tas-sistemi eżistenti tal-provvista tal-ilma tax-xorb.

76.   F’każijiet meta t-tagħmir tal-provvista tal-ilma biss jiġi kkonsenjat u l-kumpanija ma tkunx involuta fl-operat tal-unitajiet, il-bejgħ tat-tagħmir biss mingħajr l-operat tiegħu jista’ jitqies eliġibbli skont it-Taqsima 2.1. “Provvista tal-ilma”?

L-attività taħt it-Taqsima 2.1. “Provvista tal-ilma” tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent tkopri l-kostruzzjoni, l-estensjoni, it-tħaddim, u t-tiġdid tas-sistemi tal-ġbir, tat-trattament u tal-provvista tal-ilma, inklużi l-astrazzjoni, it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma. Ma tkoprix il-manifattura ta’ tagħmir għall-provvista tal-ilma. Ċerti tipi ta’ tagħmir huma koperti taħt it-Taqsima 1.1. “Manifattura, installazzjoni u servizzi assoċjati għat-teknoloġiji ta’ kontroll ta’ tnixxijiet li jippermettu t-tnaqqis u l-prevenzjoni ta’ tnixxijiet fis-sistemi tal-provvista tal-ilma”.

TAQSIMA V   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-OBJETTIV TA’ TRANŻIZZJONI LEJN EKONOMIJA ĊIRKOLARI (L-ANNESS II TAL-ATT DELEGAT DWAR IT-TASSONOMIJA FIR-RIGWARD TAL-AMBJENT)

Manifattura

Taqsima 1.1.    “Manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

77.   Oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik magħmula minn materjal imħallat (eż. plastik u kartun, bħal Tetra Pak) huma eliġibbli skont it-Taqsima 1.1. “Manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik”?

Ir-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima jkopru l-attivitajiet C22.22 tal-NACE u għalhekk l-oġġetti tal-plastik. Taħt din l-attività huma koperti l-formati illustrattivi ta’ oġġetti ta’ imballaġġ tal-plastik li ġejjin: basktijiet, boroż, kontenituri, kaxxi, kaxxetti, damiġġani u fliexken tal-plastik. Fir-rigward tal-oġġetti tal-imballaġġ b’materjali multipli, japplika l-approċċ predominanti tal-materjali, li jfisser li l-oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik ta’ materjali mħallta, li l-maġġoranza tagħhom (skont il-piż) hija plastik, huma koperti fit-Taqsima 1.1, iżda dawk li mhumiex magħmula mill-maġġoranza tal-plastik (eż. inklużi kartun jew tazzi tax-xorb tal-karti), mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni.

78.   Huma koperti biss prodotti finali taħt it-Taqsima 1.1. “Manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik”, jew ukoll il-komponenti tal-plastik tal-oġġetti tal-imballaġġ?

Ir-rekwiżiti deskritti fit-Taqsima 1.1. tal-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent jirreferu għall-attività tal-manifattura bil-kodiċi C22.22. tan-NACE. Dan il-kodiċi jkopri prodotti finali jew semi-finali, skont l-operazzjonijiet applikati mill-kumpaniji. Pereżempju, is-subkategorija C22.22.9 tan-NACE tirreferi għal operazzjonijiet sottokuntrattati bħala parti mill-manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik. F’dan il-każ, ir-rekwiżiti tat-Taqsima 1.1. jirreferu għal prodotti semifinali.

Il-komponenti tal-plastik jistgħu jikkwalifikaw taħt it-Taqsima 3.17. “Il-manifattura tal-plastik f’forma primarja” fl-Annessi I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima.

Taqsima 1.2.    “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku”” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

79.   Liema tipi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) jitqies eliġibbli skont it-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku”? It-tipi kollha ta’ tagħmir elettriku huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni? Il-komponenti għat-tagħmir (eż. kejbils) jistgħu jitqiesu bħala tagħmir?

L-EEE kollu jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent. Dan jinkludi wkoll komponenti bħal kejbils jew spare parts. Id-Direttiva 2011/65/UE (id-Direttiva WEEE) tistabbilixxi biss rekwiżiti għat-trattament ta’ tmiem il-ħajja ta’ “tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE”, jiġifieri tagħmir li jiddependi fuq kurrenti elettriċi jew kampijiet elettromanjetiċi sabiex jaħdem kif suppost u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet bħal dawn u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ nominali li ma jaqbiżx l-1 000 volt għal kurrent alternanti u l-1 500 volt għal kurrent dirett. Id-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (id-Direttiva WEEE) tkopri wkoll komponenti li, meta jiġu mmuntati, jippermettu li biċċa EEE taħdem kif suppost. Kif speċifikat fid-deskrizzjoni tal-attività, dan ma jinkludix il-manifattura ta’ kategoriji ta’ batteriji għajr batteriji portabbli rikarikabbli u mhux rikarikabbli.

80.   Kif għandhom jirrapportaw l-operaturi dwar il-fatturat allinjat mat-Tassonomija skont it-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jekk it-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) ma jiġix ivvalutat individwalment jew mibjugħ individwalment, iżda jinbiegħ bħala parti minn servizz ġenerali (inkluż software, installazzjoni u servizzi oħra)? Id-dħul tal-proġett ġenerali jista’ jiġi rrapportat bħala allinjat mat-Tassonomija?

Meta l-EEE jinbiegħ bħala parti minn proġett usa’, l-operatur għandu jivvaluta liema elementi/komponenti tal-proġett jikkonformaw mat-TSC. Huwa biss id-dħul derivat minn elementi li jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji li jista’ jiġi rrapportat bħala allinjat mat-Tassonomija.

81.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2.4.1. tat-Taqsima 1.2. “Manifattura ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” tiddikjara li “L-informazzjoni dwar il-prodotti” għall-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja hija disponibbli għall-pubbliku għat-tul tal-ħajja tal-prodott”. Din l-informazzjoni x’tinvolvi b’mod speċifiku? Dan japplika wkoll għal prodotti li mhumiex prodotti għall-konsumatur?

Dan ikopri l-informazzjoni meħtieġa mid-Direttiva 2012/19/UE, li tinkludi informazzjoni dwar kif għandu jintrema l-prodott, kif il-prodott għandu jitħejja għall-użu mill-ġdid u kif għandu jiġi ttrattat il-prodott (inkluż ir-riċiklaġġ). Ir-rekwiżit ta’ informazzjoni japplika għall-prodotti kollha (inklużi prodotti mhux għall-konsumatur).

82.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2.6. tat-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jinkludi rekwiżiti dwar is-sostituzzjoni proattiva ta’ sustanzi perikolużi. X’evidenza trid tiġi pprovduta sabiex tiġi ppruvata s-sostituzzjoni proattiva ta’ sustanzi perikolużi?

Evidenza konkreta li turi sostituzzjoni proattiva ta’ sustanzi perikolużi tiddependi fuq l-applikazzjoni individwali. Dan ifisser li ma tistax tiġi preskritta lista eżawrjenti. B’mod ġenerali, l-evidenza tista’ tinġabar f’dokumentazzjoni teknika skont l-istandards rilevanti. Fost l-oħrajn, ir-rapporti tat-testijiet jaġixxu bħala evidenza sinifikanti ta’ sostituzzjoni b’suċċess ta’ sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku. L-evidenza għandu jkun fiha:

Informazzjoni dwar is-sustanzi, li ġew sostitwiti, u l-użi speċifiċi tagħhom. Jekk is-sustanza tkun ristretta iżda permessa temporanjament skont id-Direttiva 2011/65/UE (“id-Direttiva RoHS”), l-informazzjoni għandha tirreferi għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u tiddeskrivi għaliex sostituzzjoni hija ġġustifikata.

Pjan ta’ sostituzzjoni li tħejja u jinkludi azzjonijiet proposti għall-iżvilupp, it-talba għall-iżvilupp u/jew l-applikazzjoni ta’ alternattivi possibbli kif ukoll skeda ta’ żmien għal azzjonijiet bħal dawn.

Analiżi tas-sustanza, tal-materjal jew tal-komponent alternattiv ibbażata fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, li tinkludi informazzjoni dwar it-tħejjija possibbli għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta’ materjali minn skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, u dwar dispożizzjonijiet rilevanti relatati mat-trattament xieraq tal-iskart. Barra minn hekk, il-valutazzjoni għandha tqis is-sikurezza, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà tal-alternattivi u, fejn xieraq, kwalunkwe impatt soċjoekonomiku sinifikanti tas-sostituzzjoni.

83.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2.6.6. tat-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jirreferi għat-terminu “gass tal-fluworidu”. Dan jikkorrispondi għall-element kimiku F jew għall-molekula F2?

Il-fluworidu bħala gass huwa stabbli biss bħala l-molekula F2. Għalhekk, meta l-Att Delegat jirreferi għall-gass tal-fluworidu, dan jirreferi għall-molekuli F2 u mhux għall-element uniku F.

84.   F’konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament dwar il-Batteriji, il-produtturi jistgħu jaħtru organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi (PRO) biex tissodisfa l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isimhom. Dan il-proċess huwa konformi mal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2.7.2. tat-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku”?

Għall-batteriji portabbli, il-produttur jistabbilixxi sistemi ta’ teħid lura u ġbir ta’ skart ta’ batteriji portabbli, li jinkludu punti ta’ ġbir, fl-Istati Membri kollha li fihom il-prodott jiġi introdott fis-suq. F’konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament dwar il-Batteriji, dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat ukoll billi tinħatar PRO.

85.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2.2.1. tat-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” jirreferi għall-“ogħla klassi popolata ta’ tiswija”. Għal xiex jikkorrispondu dawn il-klassijiet: il-livell A biss, il-livell A-B-C jew 8-10 minn 10?

L-għan ta’ dan ir-rekwiżit huwa li jinċentiva lill-operaturi biex jimmiraw lejn l-ogħla żewġ klassijiet tal-enerġija ħlief meta dawn ma jkunux popolati b’mod sinifikanti.

Dan ir-rekwiżit japplika biss jekk tiġi stabbilita sistema ta’ punteġġ tat-tiswijiet speċifika għall-prodott f’konformità mad-dritt tal-UE, bħal dik għall-ismartphones u l-islate tablets skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1669 (72)..

86.   F’konformità mad-Direttiva dwar l-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (id-Direttiva WEEE), id-disponibbiltà pubblika tal-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja hija meħtieġa biss għall-prodotti tal-konsumatur, u mhux għall-prodotti minn negozju għal negozju (B2B). Ir-rekwiżit ta’ “disponibbiltà pubblika” msemmi fil-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2.4.1. tat-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku” japplika wkoll għall-prodotti B2B?

Id-Direttiva WEEE tirrikjedi li l-iskart li jiġi minn tagħmir elettriku u elettroniku (EEE, electrical and electronic equipment) minn faċilitajiet ta’ ġbir ta’ unitajiet domestiċi privati (prodotti għall-konsumatur) irid ikun disponibbli pubblikament sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirritornaw dan l-iskart tal-anqas mingħajr ħlas. L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet ta’ ġbir meħtieġa, filwaqt li jqisu, b’mod partikolari, id-densità tal-popolazzjoni.

L-iskart mill-EEE li x’aktarx jintuża kemm mill-unitajiet domestiċi privati kif ukoll minn utenti għajr unitajiet domestiċi privati għandu fi kwalunkwe każ jitqies bħala WEEE minn unitajiet domestiċi privati. Għalhekk japplika r-rekwiżit li jkun hemm faċilitajiet ta’ ġbir disponibbli għall-pubbliku.

Madankollu, fil-każ tal-WEEE għajr il-WEEE minn unitajiet domestiċi privati (prodotti B2B), ma hemm l-ebda rekwiżit għal faċilitajiet ta’ ġbir disponibbli għall-pubbliku. Għal skart minn prodotti B2B, il-produtturi tagħhom jew partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom jeħtiġilhom jipprevedu l-ġbir ta’ tali skart.

87.   F’konformità mar-Regolament REACH, il-kumpaniji jistgħu jkomplu jużaw is-sustanzi tal-Anness XIV wara deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni. Is-sustanzi awtorizzati mhumiex permessi wkoll fil-prodotti fit-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku”?

Id-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament REACH (it-Titolu VIII) jikkonċernaw l-introduzzjoni fis-suq ta’ sustanza jew l-użu ta’ dik is-sustanza, minn manifattur, importatur jew utent downstream. L-inkorporazzjoni ta’ sustanzi f’oġġetti (prodotti) hija koperta minn dawk id-dispożizzjonijiet, il-preżenza ta’ sustanza f’oġġetti ma taqax taħt dak il-kamp ta’ applikazzjoni. L-introduzzjoni fis-suq jew l-użu ta’ oġġett li fih sustanza tal-Anness XIV għalhekk mhuwiex soġġett għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni. Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-allinjament mat-Tassonomija ta’ attività ekonomika skont it-Taqsima 1.2. “Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku”, l-introduzzjoni fis-suq jew l-użu ta’ oġġett li fih sustanza tal-Anness XIV mhuwiex permess għal attivitajiet ekonomiċi li jirreferu għall-Appendiċi C, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra ma hija disponibbli fis-suq, u li dawn jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati.

L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġi, ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ rimedju

Taqsima 2.3.    “Ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

88.   Għat-Taqsima 2.3. “Ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż”, il-plastik, il-metall u l-iskart mill-imballaġġ mhumiex fost il-materjali li għandhom jinġabru separatament?

L-ewwel inċiż tal-punt 2 tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali jispeċifika l-materjali ta’ skart li għandhom jinġabru separatament.

Il-plastik, il-metalli u l-iskart mill-imballaġġ huma fost frazzjonijiet oħra ta’ skart imsemmija fit-tieni inċiż tal-punt 2. F’konformità mal-punt 2, it-tieni inċiż, it-tipi ta’ skart li ma jissemmewx speċifikament fl-ewwel inċiż jistgħu jiġu kkumbinati, fejn tali taħlit huwa permess mid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart.

Skont id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligu li jiġbru seperatament ċerti materjali. F’konformità ma’ din id-deroga possibbli, il-plastik u l-metalli jinġabru flimkien f’xi Stati Membri. Tali ġbir ta’ plastik u metalli fi frazzjoni mħallta huwa kopert taħt l-attività fit-Taqsima 2.3. “Ġbir u trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż”.

89.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 2.3. “Ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż” huma kumulattivi jew alternattivi?

Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali huma kumulattivi, minħabba li mhumiex stabbiliti b’mod espliċitu bħala alternattivi. Kull punt jiddeskrivi aspett speċifiku tas-sistema tal-ġbir tal-iskart. Għall-flussi tal-iskart muniċipali, hija meħtieġa wkoll il-konformità mal-punt (3) fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali.

90.   Il-kriterju tal-kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 2(i) tat-Taqsima 2.3. “Ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż” li jirrikjedi li l-karta/il-kartun jinġabru separatament u ma jitħalltux ma’ flussi oħra ta’ skart jippermetti l-kopertura ta’ sistemi ta’ ġbir li fihom il-karta tinġabar flimkien mal-metall jew mal-plastik?

It-Taqsima 2.3. fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent tistabbilixxi TSC li huma aktar stretti mill-Artikolu 10 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. L-ewwel inċiż tal-punt 2 tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali jispeċifika li l-karta u l-kartun għandhom jinġabru separatament. Għalhekk, is-sistemi ta’ ġbir tal-iskart, li fihom il-karta tiġi mħallta ma’ frazzjonijiet oħra, mhumiex koperti.

91.   Jekk l-iskart ma jinvolvix separazzjoni ta’ materjali fl-istadju tal-ġbir (il-ġbir isir b’mod konġunt), il-mudell tas-separazzjoni tal-iskart fil-punt tal-konsenja biss huwa biżżejjed biex jissodisfa l-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 2.3. “Ġbir u trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż”?

Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 2.3. jispeċifikaw li din l-attività tkopri:

“1.

L-iskart kollu miġbur b’mod separat u trasportat li jiġi segregat fis-sors huwa maħsub għat-tħejjija għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid jew ta’ riċiklaġġ.

2.

Sors ta’ skart segregat li jikkonsisti minn (i) karta u kartun; (ii) it-tessuti; (iii) il-bijoskart; (iv) injam; (v) ħġieġ; (vi) skart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE); jew (vii) kwalunkwe tip ta’ skart perikoluż jinġabar separatament (jiġifieri fi frazzjonijiet uniċi) u ma jitħalliex ma’ flussi oħra ta’ skart.”

Madankollu, skont it-tieni inċiż tal-punt 2, il-ġbir imħallat ta’ skart mhux perikoluż segregat mis-sors għajr il-frazzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-punt 2 hawn fuq xorta jista’ jissodisfa l-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 2.3. jekk tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-inċiżi li ġejjin tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Dawn il-kundizzjonijiet huma li ġejjin:

(a)

il-ġbir flimkien ta’ ċerti tipi ta’ skart ma jaffettwax il-potenzjal tagħhom li jgħaddu minn preparazzjoni għal użu mill-ġdid, riċiklaġġ jew operazzjonijiet oħra ta’ rkupru f’konformità mal-Artikolu 4 jirriżulta f’output minn dawk l-operazzjonijiet li huwa ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz ta’ ġbir separat;

(b)

il-ġbir separat ma jagħtix l-aħjar riżultat ambjentali meta wieħed jikkunsidra l-impatt ambjentali globali tal-immaniġġjar tal-flussi tal-iskart rilevanti;

(c)

il-ġbir separat ma jkunx teknikament fattibbli meta jitqiesu l-prattiki tajbin fil-ġbir tal-iskart;

Bħala konklużjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, huma possibbli derogi mill-ġbir separat obbligatorju fis-sors tad-diversi flussi ta’ skart (għajr skart perikoluż u għajr dawk imsemmija speċifikament fl-ewwel inċiż tal-punt 2) biex jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ kontribut sostanzjali fit-Taqsima 2.3. Il-konformità mal-punt 1 xorta tkun meħtieġa (jiġifieri l-iskart għandu jkun intenzjonat għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għall-faċilità tar-riċiklaġġ).

Taqsima 2.6.    “Tneħħija tat-tniġġis u ż-żmantellar ta’ prodotti li jkunu waslu fi tmiem ħajjithom” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

92.   Id-deskrizzjoni tat-Taqsima 2.6. “Tneħħija tat-tniġġis u ż-żmantellar ta’ prodotti li jkunu waslu fi tmiem ħajjithom” tinkludi “il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-aġġornament ta’ faċilitajiet li jiżmantellaw u jnaddfu mit-tniġġis prodotti kumplessi li ma għadhomx jintużaw, assi mobbli u l-komponenti tagħhom għall-irkupru tal-materjali jew għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid tal-komponenti.” Dan ifisser li l-kostrutturi jew is-sidien ta’ tarzna biss ikunu eliġibbli għal din l-attività? Jew attur ieħor involut fiż-żarmar ta’ bastiment jista’ jitqies eliġibbli wkoll taħt din l-attività? Inkella, jekk ikollhom tim li jaħdem fit-tarzna biex jippermetti ż-żarmar, dan ikun eliġibbli għall-attività jew irid ikun marbut mas-sjieda tal-faċilità?

Fir-rigward tal-faċilitajiet għaż-żarmar u għat-tneħħija tat-tniġġis ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività jkopri l-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-aġġornament tal-faċilitajiet li jżarmaw u jneħħu t-tniġġis minn bastimenti li ma għadhomx jintużaw.

Il-punt 3 tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali jistabbilixxi bħala rekwiżit li l-faċilità tkun inkluża fil-Lista Ewropea kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323, li tinkludi biss il-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013, “faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti” tfisser żona definita li hija tarzna jew faċilità mibnija li tinsab fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u użata għar-riċiklaġġ tal-bastimenti. Għalhekk, l-attività tkopri l-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-aġġornament tat-tarzni jew tal-faċilitajiet għaż-żarmar u għat-tneħħija tat-tniġġis ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw, iżda ma tkoprix l-attivitajiet tal-kuntratturi li jipprovdu servizzi, tagħmir jew xogħlijiet f’dak il-kuntest.

93.   Kif għandu jiġi rrappurtat id-dekummissjonar ta’ bastiment li jkun qed jiġi żarmat u riċiklat skont it-Taqsima 2.6. “Tneħħija tat-tniġġis u ż-żmantellar ta’ prodotti li jkunu waslu fi tmiem ħajjithom”?

Fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet, sid ta’ bastiment ma jġarrab l-ebda spiża għad-dekummissjonar tal-bastiment, iżda jagħmel profitt. Madankollu, fil-każ fejn iż-żarmar u t-tneħħija tat-tniġġis ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw jirrappreżentaw kost għas-sidien/għall-operaturi tal-bastimenti, għandhom iqisu l-infiq tagħhom fuq iż-żarmar u t-tneħħija tat-tniġġis ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw bħala CapEx jew OpEx, kif xieraq, meta jivvalutaw l-allinjament mat-Tassonomija tal-CapEx jew l-OpEx tagħhom. Is-sidien/l-operaturi tal-bastimenti għandhom isegwu r-regoli kontabilistiċi rilevanti biex jagħtu kont l-obbligi tagħhom li jżarmaw u jirriċiklaw il-bastimenti tagħhom.

Pereżempju, għall-entitajiet li japplikaw l-IFRS (Standards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju), fiż-żmien tal-bini tal-bastiment, il-kost stmat tad-dekummissjonar għandu jiġi inkluż fil-kost tal-assi, skont l-IAS16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir. Għalhekk, għandu jiġi inkluż fil-KPIs tal-CapEx tat-Tassonomija, skont it-Taqsima 1.1.2 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet, u għandha tiġi rikonoxxuta dispożizzjoni għad-dekummissjonar (jiġifieri obbligazzjoni) ta’ ammont ugwali skont id-Dispożizzjonijiet tal-IAS37, l-Obbligazzjonijiet Kontinġenti u l-Assi Kontinġenti. Ir-rikonoxximent/it-tneħħija tar-rikonoxximent ta’ (jew kwalunkwe bidla fi) id-dispożizzjoni tad-dekummissjonar (obbligazzjoni), jew id-deprezzament tal-kostijiet stmati tad-dekummissjonar, mhumiex inklużi fil-KPIs tat-Tassonomija. Fil-ħin tad-dekummissjonar tal-bastiment, l-ispejjeż attwali tad-dekummissjonar għandhom jiġu ddebitati kontra d-dispożizzjoni tad-dekummissjonar (obbligazzjoni). Jekk dawk l-ispejjeż jeċċedu l-ammont tal-provvediment għad-dekummissjonar għal dak il-bastiment, l-ispejjeż żejda jistgħu jitqiesu bħala OpEx. L-għadd doppju għandu jiġi evitat.

Taqsima 2.7.    “Separazzjoni u rkupru ta’ materjal ta’ skart mhux perikoluż” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

94.   Impjanti tal-immaniġġjar tal-iskart (eż. il-faċilità ta’ rkupru ta’ materjali multipli) li jagħmlu biss it-tħejjija għall-irkupru (l-element ta’ separazzjoni) u mhux l-irkupru nnifsu (li jsir f’faċilitajiet tal-iskart barra mill-pajjiż) huma eliġibbli skont it-Taqsima 2.7. “Separazzjoni u rkupru ta’ materjal ta’ skart mhux perikoluż”?

Il-faċilitajiet li jisseparaw biss l-iskart iżda li fil-fatt ma jirkuprawx huma eliġibbli wkoll skont it-Taqsima 2.7.

Attivitajiet ta’ kostruzzjoni u ta’ proprjetà immobbli

Taqsima 3.1.    “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

95.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 4 tat-Taqsima 3.1. “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” jistabbilixxi limiti għall-użu ta’ materja prima sekondarja. X’inhi t-tifsira ta’ “għat-total kombinat ta’ ġebel tal-konkrit, naturali jew agglomerat” kif imsemmi fil-limiti?

Il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali fil-punt 4 jipprovdi flessibbiltà lill-operaturi ekonomiċi billi jistabbilixxi l-użu ta’ limiti ta’ materja prima sekondarja għal kategorija ta’ materja prima bħala perċentwal massimu tal-użu tal-materja prima primarja għal kull kategorija ta’ materja prima. Dan jgħaqqad diversi materjali flimkien f’kategorija waħda ta’ materjali (bħal “ġebel tal-konkrit, naturali jew agglomerat”) – għall-kuntrarju tal-istabbiliment ta’ dawk il-limiti għal kull materjal separatament.

Il-frażi “għat-total kombinat ta’” tirreferi għall-materja prima sekondarja li tinkludi din il-kategorija ta’ materjal kif ukoll kwalunkwe prodott għall-bini użat mill-ġdid. Pereżempju, jekk proġett ta’ kostruzzjoni juża ċangaturi għall-pavimentar tal-ġebel naturali użati mill-ġdid, dan jgħodd għal dan il-limitu ta’ materjal flimkien ma’ kwalunkwe materja prima sekondarja użata fi prodotti ġodda tal-konkrit u tal-ġebel agglomerat.

Il-limiti huma kkalkulati billi titnaqqas il-materja prima sekondarja mill-ammont totali ta’ kull kategorija ta’ materjal użat fix-xogħlijiet imkejla skont il-massa f’kilogrammi. Pereżempju, għall-kategorija “ġebel tal-konkrit, naturali jew agglomerat” mill-inqas 30 % tal-massa kkombinata tal-konkrit, ġebel naturali jew ġebel agglomerat użat fix-xogħlijiet għandha tkun materja prima sekondarja (inklużi prodotti użati mill-ġdid) ta’ dik il-kategorija ta’ materjal.

96.   X’inhuma eżempji ta’ “użu mill-ġdid ta’ prodotti għall-bini” kif imsemmi fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”?

B’mod ġenerali, l-użu mill-ġdid tal-prodotti tal-kostruzzjoni (inklużi materjali mhux skart riproċessati fuq il-post) jista’ jinkludi, pereżempju, l-użu mill-ġdid ta’ elementi tas-soqfa, twieqi, bibien, briks, ġebel, jew elementi tal-konkrit sakemm dawn jikkorrispondu mad-definizzjonijiet rilevanti għall-prodotti tal-kostruzzjoni użati jew manifatturati mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (20) u (25) tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini.

97.   Għall-konformità mal-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 1 tat-Taqsima 3.1. “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”, huwa biżżejjed li l-iskart jiġi sseparat għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor fis-sit tal-kostruzzjoni? Jew irid jiġi ddokumentat li l-iskart inġabar u ntbagħat, eż. għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ (b’dikjarazzjoni eż. tar-riċevitur u l-forma ta’ trattament intenzjonat)?

Sabiex ikun hemm konformità mal-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 1 tat-Taqsima 3.1, mhuwiex biżżejjed li l-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni jiġi sseparat fis-sit tal-kostruzzjoni. Hija meħtieġa dokumentazzjoni li turi li mill-inqas is-sehem tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni indikat għall-attività speċifika tħejja għall-użu mill-ġdid jew ġie riċiklat f’konformità mad-definizzjoni fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Fi kliem ieħor, hemm bżonn li jiġi żgurat li l-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni ġġenerat fis-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid jew jiġi riċiklat.

Skont l-Artikolu 3(16) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart “tħejjija għall-użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li permezz tagħhom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jitħejjew sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw mingħajr ebda pproċessar minn qabel ieħor. Prerekwiżit għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-elementi tal-bini huwa normalment id-dekostruzzjoni selettiva tal-binjiet jew ta’ strutturi oħrajn.

Skont l-Artikolu 3(17) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, “riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, li permezz tagħha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħra. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid.

L-operatur tal-attività juri konformità mal-livell limitu ta’ 90 % inkluż fil-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 1 billi jirrapporta dwar l-indikatur tal-Livell(i) 2.2 (73) bl-użu tal-format tar-rapportar tal-Livell 2 għal flussi differenti ta’ skart. Id-dokumenti rilevanti biex tintwera l-konformità ma’ dan il-kriterju ta’ kontribut sostanzjali jinkludu n-nota dwar il-piż għall-iskart miġjub fil-faċilità tar-riċiklaġġ tal-iskart (f’kg), l-irċevuti tal-iskart totali miġjub f’faċilitajiet differenti tal-iskart (f’kg) (jiġifieri r-riċiklaġġ, ir-radam mill-ġdid, ir-rimi f’landfills eċċ.) jew l-istimi tal-ġenerazzjoni totali tal-iskart abbażi ta’ awditu ta’ qabel id-demolizzjoni jew awditu ta’ qabel ir-rinnovazzjoni.

98.   Se jkun possibbli li tiġi appoġġata d-disponibbiltà tad-data tal-prestazzjoni tal-prodott kif mitlub mill-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.1. “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” permezz ta’ atti delegati skont ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti għall-Bini (CPR)?

Id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u tal-konformità meħtieġa mis-CPR se tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-prodotti. Ma hemmx bżonn ta’ atti delegati.

99.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.1. “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” tirrikjedi li l-operaturi jużaw is-sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni pprovduti minn għodod nazzjonali, bħal katasti jew reġistri pubbliċi għall-preservazzjoni fit-tul tal-informazzjoni tal-binja. Xi Stati Membri ma għandhomx reġistri pubbliċi, iżda reġistri privati biss. Dawn xorta jgħoddu?

Il-kriterju rilevanti fit-Taqsima 3.1. għandu l-għan li jiżgura li d-data tkun disponibbli għall-pubbliku minflok ma jbiddel is-sjieda tad-data jew jimponi s-sjieda pubblika tad-data. Il-frażi “reġistru pubbliku” fil-punt 5 tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali tintuża biss bħala eżempju. Reġistri nazzjonali jew sistemi ekwivalenti ta’ ġestjoni tal-informazzjoni jistgħu jiġu b’xi restrizzjonijiet ta’ aċċess (eż. aċċess għall-username/password) jew jistgħu jimponu l-ħlas ta’ tariffa. Barra minn hekk, f’dawn il-każijiet, xorta waħda jistgħu jgħoddu mal-obbligu li tiġi żgurata l-preservazzjoni fit-tul tal-informazzjoni tal-bini.

100.   Hemm xi linji gwida dettaljati għaż-żarmar selettiv kif imsemmi fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali tat-Taqsima 3.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”?

Il-Protokoll u l-Linji Gwida tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni (74) jipprovdu gwida dwar l-awditi ta’ qabel id-demolizzjoni u ta’ qabel ir-rinnovazzjoni tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li jappoġġaw iż-żarmar selettiv u għandhom l-għan li jżidu l-użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart mid-demolizzjoni tal-kostruzzjoni.

101.   Xi tfisser it-terminu “radam mill-ġdid” kif imsemmi fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”?

It-terminu “radam mill-ġdid” huwa definit fl-Artikolu 3(17a) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u jfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux skart, ikun xieraq għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq u jkun limitat għall-ammont meħtieġ strettament sabiex jintlaħqu dawk l-iskopijiet.

Informazzjoni mhux vinkolanti dwar ir-radam mill-ġdid tista’ tinstab fl-istudju preparatorju biex tappoġġa t-tħejjija tal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ radam mill-ġdid. (75)

102.   It-tagħmir tekniku jrid jiġi inkluż fil-kalkoli tal-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) fl-Anness 1, meta wieħed jagħżel li jiżvela skont “għodda nazzjonali” kif imsemmi fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.1. “Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda”? Huwa possibbli li tiġi rrapportata d-data tal-LCA (impatti Potenzjali ta’ Tisħin Globali tul iċ-ċiklu tal-ħajja) bl-użu ta’ għodda nazzjonali anke jekk ma tkunx allinjata bis-sħiħ mal-qafas tal-Livell/i?

Sabiex ikun hemm konformità mal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.1. “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent, l-operaturi huma meħtieġa jikkalkulaw il-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini għal kull stadju fiċ-ċiklu tal-ħajja u jiddivulgawh lill-investituri u lill-klijenti fuq talba. Fin-nota f’qiegħ il-paġna għal dan il-kriterju, huma deskritti tliet modi differenti ta’ konformità mal-kriterju: kalkoli skont il-qafas komuni tal-UE tal-Livell(i); l-użu ta’ għodda nazzjonali għall-kalkolu; bl-użu ta’ għodod oħra ta’ kalkolu.

Huwa speċifikat li l-għodod tal-kalkolu għajr l-għodod nazzjonali jistgħu jintużaw biss jekk jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas komuni tal-UE tal-Livell(i) (ara l-Manwal tal-Utent Livell(i) għall-Indikatur 1.2 (76)). Madankollu, ma hemm l-ebda speċifikazzjoni dwar l-użu ta’ għodda nazzjonali. Għalhekk, tista’ tintuża għodda nazzjonali jew reġjonali uffiċjali anki jekk din tvarja mill-qafas komuni tal-UE tal-Livell/i. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-elementi inklużi fil-kalkolu għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta’ għodda nazzjonali jew reġjonali uffiċjali.

Fl-aħħar nett, id-Direttiva riveduta dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija tagħmel il-kalkolu tal-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja obbligatorju għal bini ġdid mill-2028. Għalkemm il-metodoloġija tal-kalkolu bħalissa hija deskritta fl-Anness III li jikkwota l-qafas komuni EN15978 u l-Livell/i tal-UE, id-Direttiva tat ukoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta att delegat li jemenda l-Anness III u li jistabbilixxi qafas tal-Unjoni għall-kalkolu nazzjonali.

Taqsima 3.2.    “Rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

103.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 4 tat-Taqsima 3.2. “Rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti” jiddikjara li “Jinżamm mill-anqas 50 % tal-bini oriġinali” Kif għandu jiġi definit 50 % tal-bini oriġinali?

Il-kalkolu huwa bbażat fuq l-erja grossa esterna tal-art miżmuma mill-bini oriġinali bl-użu tal-metodoloġija ta’ kejl nazzjonali jew reġjonali applikabbli, alternattivament bl-użu tad-definizzjoni ta’ “IPMS 1” li tinsab fl-Istandards Internazzjonali għall-Kejl tal-Proprjetà (IPMS) (77). Gwida speċifika tista’ tkun disponibbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Fil-każ li jintuża l-“IPMS 1”, dak id-dokument jipprovdi spjegazzjonijiet dettaljati. L-erja grossa tal-parti rinnovata tal-bini ma tridx taqbeż il-50 % tal-erja grossa tal-bini oriġinali.

104.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 3.2. “Rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti” jeħtieġ il-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja. Għal dan il-kalkolu, l-operaturi jridu jsegwu l-istandard EN15978. Liema partijiet tal-istandard għandhom jiġu segwiti?

B’mod ġenerali, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-elementi tal-bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif definit fil-qafas komuni tal-UE tal-Livell/i. Minbarra dan, il-kriterju ma jimponix rekwiżiti oħra fuq l-użu tal-istandard. F’xi Stati Membri jew pajjiżi terzi tista’ teżisti għodda nazzjonali ta’ kalkolu biex isiru divulgazzjonijiet jew biex jinkisbu permessi għall-bini, madankollu jistgħu jintużaw ukoll għodod oħra ta’ kalkolu jekk jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas komuni tal-UE tal-Livell/i. L-istandard EN15978 jippermetti interpretazzjoni flessibbli.

Taqsima 3.5.    “Użu ta’ konkrit fl-inġinerija ċivili” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

105.   Kif għandu jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 3.5. “Użu ta’ konkrit fl-inġinerija ċivili”? Għandhom jiġu indikati biss l-ispejjeż materjali għall-konkrit jew ukoll il-forniment u s-servizz tal-kumpanija tal-kostruzzjoni, eż. it-trasport?

L-attività fit-Taqsima 3.5. tkopri l-użu tal-konkrit għall-kostruzzjoni, ir-rikostruzzjoni jew il-manutenzjoni ġodda ta’ oġġetti tal-inġinerija ċivili. Għalhekk, l-attività tkopri x-xogħlijiet kollha tal-inġinerija ċivili dment li dawn ix-xogħlijiet jikkonformaw mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar.

L-operaturi li jipprovdu servizzi ta’ trasport tas-siment mhumiex koperti taħt din l-attività, iżda jistgħu jirrapportaw l-allinjament mat-Tassonomija skont l-attivitajiet tat-trasport tal-merkanzija inklużi fl-Anness I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima.

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Taqsima 4.1.    “Forniment ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

106.   Taqsima 4.1. “Il-provvista ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data” teħtieġ konformità mad-Direttiva dwar l-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) għall-IT filwaqt li r-rekwiżiti għall-WEEE jistgħu jkunu biss għal prodotti fiżiċi. Kif inhu rakkomandat li wieħed jipproċedi biex ikun hemm konformità ma’ dan ir-rekwiżit speċifiku?

Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 8(c) tat-Taqsima 4.1. “Il-forniment ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data” jirrikjedi li s-soluzzjonijiet kollha tal-IT/OT xprunati mid-data jissodisfaw il-kriterji għal: “c) tħejjija għall-użu mill-ġdid, l-irkupru jew ir-riċiklaġġ, jew għat-trattament adegwat, inkluża t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE”.

Id-Direttiva 2012/19/UE (id-Direttiva WEEE) tistabbilixxi biss rekwiżiti għat-trattament ta’ tmiem il-ħajja ta’ “tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE”, jiġifieri tagħmir li jiddependi fuq kurrenti elettriċi jew kampijiet elettromanjetiċi sabiex jaħdem kif suppost u tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ kurrenti u kampijiet bħal dawn u ddisinjat għall-użu ma’ vultaġġ nominali li ma jaqbiżx l-1 000 volt għal kurrent alternanti u l-1 500 volt għal kurrent dirett. Is-software ma jidħolx f’din id-definizzjoni ta’ EEE.

Dan il-kriterju ġie inkluż biex jitqies it-trattament ta’ tmiem il-ħajja tat-tagħmir tal-hardware li jintuża biex titħaddem is-soluzzjoni tal-IT/OT xprunata mid-data iżda mhux is-software.

107.   Is-software (eż. SAP) li huwa inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività fit-Taqsima 4.1. “Forniment ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data” bħala software jista’ jintuża għall-ġestjoni tal-fornituri?

Kif indikat fid-deskrizzjoni tal-attività, il-manifattura, l-iżvilupp, l-installazzjoni, il-varar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew il-forniment ta’ servizzi professjonali, inkluża l-konsulenza teknika għad-disinn jew il-monitoraġġ ta’ tipi differenti ta’ software u teknoloġija tal-informazzjoni jew sistemi tat-teknoloġija operazzjonali (OT) mibnija għall-fini ta’ monitoraġġ mill-bogħod u manutenzjoni predittiva huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività.

108.   Il-kriterji tad-DNSH għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fit-Taqsima 4.1. “Forniment ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data” jirrikjedu li “it-tagħmir użat biex jopera s-software jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/125/KE għas-servers u għall-prodotti għall-ħżin tad-data”. Kif jistgħu l-kumpaniji li huma biss fornituri tas-software jikkonformaw ma’ din id-dispożizzjoni peress li ma għandhomx aċċess għal dan it-tip ta’ informazzjoni dwar it-tagħmir tal-hardware?

L-ambitu tal-attività fit-Taqsima 4.1. ikopri kemm it-teknoloġija tal-informazzjoni kif ukoll is-soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-operat, jiġifieri kemm l-elementi tas-software kif ukoll tal-hardware. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jistabbilixxu r-rekwiżiti relatati mat-tagħmir tal-hardware użat biex jitħaddem is-software, inklużi s-servers u l-prodotti tal-ħżin tad-data, japplikaw biss fir-rigward tat-tagħmir tal-hardware u mhux fir-rigward tas-software. Dan ifisser li l-fornituri tas-software li ma jikkontrollawx it-tagħmir tal-hardware ma għandhomx għalfejn jikkonformaw ma’ dan il-kriterju.

Servizzi

Taqsima 5.1.    “Tiswija, rinnovazzjoni u rimanifattura” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

109.   X’forma għandu jieħu l-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart imsemmi fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 5.1. “Tiswija, rinnovazzjoni u rimanifattura” fil-prattika?

Il-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart bħal dawk imsemmija fit-Taqsima 5.1. “Tiswija, rinnovazzjoni u rimanifattura” għandhom isegwu l-prinċipji għall-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 28 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart emendata. Dan jinkludi l-istabbiliment ta’ analiżi tas-sitwazzjoni attwali tal-immaniġġjar tal-iskart fl-entità kkonċernata, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu biex tittejjeb it-tħejjija ambjentalment tajba għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi tal-iskart u evalwazzjoni ta’ kif il-pjan se jappoġġa l-implimentazzjoni tal-objettivi.

Il-pjan għandu jqis mill-inqas: (i) it-tip, il-kwantità u s-sors tal-iskart iġġenerat mill-kumpanija, u evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-flussi tal-iskart fil-futur; u (ii) installazzjonijiet eżistenti għar-rimi u l-irkupru, inkluż kwalunkwe arranġament speċjali għal żjut użati, skart perikoluż, skart li jkun fih ammonti sinifikanti ta’ materja prima kritika. Il-pjan għandu jinkludi politiki dwar l-immaniġġjar tal-iskart, inklużi miżuri biex jiġu miġġielda u evitati l-forom kollha ta’ rimi taż-żibel u biex jitnaddfu t-tipi kollha ta’ skart, kif ukoll indikaturi u miri kwalitattivi jew kwantitattivi xierqa.

Taqsima 5.2.    “Bejgħ ta’ spare parts” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

110.   Taħt it-Taqsima 5.2. “Bejgħ ta’ spare parts”, x’għandu jitqies bħala konsumabbli u x’ma għandux jitqies bħala spare part? X’inhuma l-funzjonijiet tal-prodott li l-ispare part tista’ tirrestawra? Huma koperti biss il-funzjonijiet primarji? Jew il-funzjonijiet kollha tal-prodotti mixtrija huma koperti, inklużi l-aċċessorji kollha preżenti meta jsir il-bejgħ (eż. basket ta’ quddiem ta’ rota għal użu urban)?

It-Taqsima 5.2. tiddefinixxi “Oġġetti tal-konsum” fin-nota 151 f’qiegħ il-paġna bħala “komoditajiet mhux durabbli li huma maħsuba biex jintużaw, jitnaqqsu jew jiġu sostitwiti. Dawn jistgħu jkunu meħtieġa għall-funzjonament ta’ prodott għall-konsumatur, jew jintużaw fil-manifattura, mingħajr ma jiġu inkorporati fil-prodott lest”. Huma jikkuntrastaw ma’ “Spare parts”, li huma definiti fin-nota 164 f’qiegħ il-paġna bħala “parti separata ta’ prodott li tista’ tissostitwixxi parti ta’ prodott bl-istess funzjoni jew b’funzjoni simili. Il-prodott ma jistax jiffunzjona kif intenzjonat mingħajr dik il-parti tal-prodott. Il-funzjonalità ta’ prodott tiġi restawrata jew aġġornata meta l-parti tiġi sostitwita bi spare part f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE. L-ispare parts jistgħu jkunu partijiet użati”.

Barra minn hekk, id-deskrizzjoni tal-attività għall-bejgħ tal-ispare parts tagħti eżempji ta’ oġġetti konsumabbli li mhumiex koperti mill-attività (eż. linka tal-istampatur, skrataċ tat-toner, lubrikanti għall-partijiet li jiċċaqilqu u batteriji).

Ma hemm l-ebda lista uffiċjali ta’ prodotti li jikkwalifikaw bħala spare parts. L-operaturi jridu jagħmlu l-valutazzjoni tal-prodott individwali abbażi tad-definizzjonijiet ta’ hawn fuq.

Taqsima 5.3.    “Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ prodotti li ma għadhomx jintużaw u ta’ komponenti tal-prodotti” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

111.   Kif tiddefinixxi t-termini “użu mill-ġdid” u “li ma għadhomx jintużaw” li huma msemmija fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 5.3. “Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ prodotti li ma għadhomx jintużaw u ta’ komponenti tal-prodotti”?

Skont id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, “użu mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni li biha prodotti jew komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsuba. “Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li bihom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jiġu preparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar minn qabel ieħor.

Ta’ min ifakkar li “skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew beħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi. L-intenzjoni li l-oġġett jintrema diġà tagħmlu skart. Dan huwa importanti meta ssir distinzjoni bejn l-użu mill-ġdid u t-tħejjija għall-użu mill-ġdid peress li l-użu mill-ġdid huwa relatat ma’ oġġett li ma sarx skart filwaqt li t-tħejjija għall-użu mill-ġdid hija relatata ma’ oġġett li sar skart.

Oġġett jista’ jkun is-suġġett ta’ użu mill-ġdid biss meta l-iskop tal-oġġett ma jinbidilx. Jekk l-iskop ma jinbidilx, dan ikun użu mill-ġdid.

Meta oġġett ikun fi tmiem il-ħajja tiegħu, dan ikun skart. Madankollu, hemm modi differenti kif l-oġġett jista’ jtemm l-istatus tal-iskart tiegħu, pereżempju billi jiġi mħejji għall-użu mill-ġdid, jekk ikun hemm kriterji għat-tmiem tal-istatus ta’ skart li japplikaw għall-oġġett u l-oġġett jissodisfa dawn il-kriterji.

Taqsima 5.5.    “Prodott bħala servizz u mudelli oħrajn ta’ servizzi orjentati lejn l-użu ċirkolari u lejn ir-riżultati” fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

112.   Kif għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti fit-Taqsima 5.5. “Prodott bħala servizz u mudelli oħrajn ta’ servizzi orjentati lejn l-użu ċirkolari u lejn ir-riżultati” f’każ fejn kumpanija tal-kiri tipprovdi ġeneraturi tal-enerġija għal sit ta’ kostruzzjoni. Kull assi tal-kiri jeħtieġ li jkun konformi mal-kriterji separatament jew jista’ jiġi kkunsidrat grupp ta’ assi fis-sit tal-kostruzzjoni f’każ li flimkien jissodisfaw il-kundizzjoni? Jew il-kriterji għall-attività huma relatati mas-servizz totali, pereżempju mal-konsum tal-enerġija fuq is-sit tal-kumpanija tal-kiri li tipprovdi s-servizz?

L-attività fit-Taqsima 5.5. “Prodott bħala servizz u mudelli oħrajn ta’ servizzi orjentati lejn l-użu ċirkolari u lejn ir-riżultati” tkopri mudelli ta’ servizz differenti (eż. kiri jew lokazzjoni) li permezz tagħhom l-operatur jippermetti lill-klijenti jużaw prodotti differenti. Il-ġeneraturi tal-enerġija huma fost il-prodotti koperti fl-ambitu ta’ din l-attività. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal din l-attività japplikaw għall-attività ġenerali tal-operatur u mhux għal prodotti speċifiċi pprovduti mill-operatur. Ir-rekwiżiti fid-DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima relatati mal-emissjonijiet diretti mill-attività japplikaw speċifikament għal sitwazzjonijiet fejn l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fuq il-post ta’ sħana/tkessiħ jew koġenerazzjoni inkluża l-enerġija.

113.   Il-kiri ta’ tagħmir ta’ rispons għal tixrid ta’ żejt jista’ jiġi kopert taħt it-Taqsima 5.5. “Prodott bħala servizz u mudelli oħrajn ta’ servizzi orjentati lejn l-użu ċirkolari u lejn ir-riżultati”?

Attivitajiet ekonomiċi eliġibbli skont it-Taqsima 5.5. “Prodott bħala servizz u mudelli oħrajn ta’ servizzi orjentati lejn l-użu ċirkolari u lejn ir-riżultati” jinkludu l-għoti ta’ aċċess lill-klijenti għal prodotti permezz ta’ mudelli ta’ servizz bħal-lokazzjoni. Għalhekk il-kiri ta’ tagħmir ta’ rispons għat-tixrid taż-żejt lill-klijenti huwa kopert minn din l-attività. Il-lokatur għandu jikkontabbilizza l-ispejjeż tal-lokazzjoni, skont it-trattament kontabilistiku tal-lokazzjoni, bħala CapEx jew OpEx. Madankollu, il-kumpanija li qed tikri t-tagħmir tar-rispons għat-tixrid taż-żejt mingħand fornitur ieħor, jiġifieri l-kerrej, ma taqax taħt din l-attività.

TAQSIMA VI   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-OBJETTIV TAL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS (L-ANNESS III TAL-ATT DELEGAT DWAR IT-TASSONOMIJA FIR-RIGWARD TAL-AMBJENT)

L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġi, ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ rimedju

Taqsima 2.4.    “Rimedju ta’ siti u ta’ żoni kontaminati” fl-Anness III tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

114.   Id-deskrizzjoni tal-attività fit-Taqsima 2.4. “Rimedju ta’ siti u ta’ żoni kontaminati” tinkludi fil-punt (d) (vii) it-terminu “ħamrija”. L-arja tal-ħamrija hija inkluża fit-terminu “ħamrija”?

Id-Direttiva 2010/75/UE (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali) tiddefinixxi t-terminu “ħamrija” fil-punt 21 tal-Artikolu 3 bħala “is-saff ta’ fuq nett tal-qoxra tad-Dinja li jinsab bejn il-qiegħ u l-wiċċ. Il-ħamrija hija magħmula minn partikoli minerali, materja organika, ilma, arja u organiżmi ħajjin”. Għalhekk, l-arja tal-ħamrija hija inkluża fit-terminu “ħamrija”.

115.   X’inhi d-definizzjoni ta’ “żona mniġġsa” u “sustanzi niġġiesa” kif imsemmija fid-deskrizzjoni tal-attività fit-Taqsima 2.4. “Rimedju ta’ siti u ta’ żoni kontaminati”?

Filwaqt li jibnu fuq id-definizzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali ta’ “tniġġis”, is-sustanzi niġġiesa huma sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew storbju introdotti direttament jew indirettament, bħala riżultat tal-attività tal-bniedem, fl-arja, fl-ilma jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, jirriżultaw fi ħsara lill-proprjetà materjali, jew idgħajfu jew jinterferixxu ma’ faċilitajiet u użi leġittimi oħra tal-ambjent. Iż-“żona mniġġsa” hija ż-żona affettwata mit-tniġġis.

116.   Il-punt (b) fid-deskrizzjoni tal-attività fit-Taqsima 2.4. “Rimedju ta’ siti u ta’ żoni kontaminati” tinkludi “id-dekontaminazzjoni jew ir-rimedju ta’ impjanti jew siti industrijali kontaminati”. Xi tfisser “impjanti jew siti industrijali”? Tinkludi żoni oħra bħal impjanti dekummissjonati, siti militari, landfills (sigurtà/kura ta’ wara)? Huwa inkluż “sit abbandunat”?

Sit jirreferi għal post ġeografiku speċifiku fejn ikunu seħħew l-attivitajiet industrijali (ara d-definizzjoni fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament dwar il-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (78)), u b’riżultat ta’ dan, setgħet seħħet kontaminazzjoni. Dan jista’ jinkludi art jew ħamrija kkontaminata b’sustanzi perikolużi, kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ, żoni madwar faċilitajiet industrijali fejn it-tniġġis emigra, jew faċilitajiet industrijali inattivi jew abbandunati. L-impjanti industrijali, min-naħa l-oħra, jirreferu għall-istrutturi fiżiċi u t-tagħmir użat għall-proċessi industrijali, bħall-faċilitajiet tal-manifattura, ir-raffineriji jew l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Sforzi ffukati fuq is-sitwazzjoni biex jirrimedjaw jew jiddekontaminaw jindirizzaw l-ambjent tal-madwar, filwaqt li l-isforzi ffukati fuq il-pjanti industrijali jindirizzaw l-istrutturi u t-tagħmir fiżiċi.

Id-dekontaminazzjoni jew ir-rimedju ta’ impjanti jew siti industrijali ma jkoprix ir-rimedju ta’ landfills legalment mhux konformi u miżbliet ta’ skart abbandunati jew illegali mhux relatati mas-sit taħt rimedju, peress li huma koperti minn attività speċifika stabbilita fit-Taqsima 2.3. Filwaqt li s-siti militari ma jikkwalifikawx bħala siti ta’ impjanti industrijali skont il-punt (b) tad-deskrizzjoni tal-attività, ir-rimedju tas-siti militari jista’ jiġi kopert taħt punti oħra.

117.   Il-punt (e) fid-deskrizzjoni tal-attività fit-Taqsima 2.4. “Rimedju ta’ siti u żoni kkontaminati” tirreferi għal “it-tnaqqis materjali ta’ sustanzi, taħlitiet jew prodotti perikolużi, bħall-asbestos jew iż-żebgħa bbażata fuq iċ-ċomb”. X’inhi d-definizzjoni ta’ “sustanzi perikolużi”?

F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, is-sustanzi perikolużi huma dawk is-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji relatati mal-perikli fiżiċi, mal-perikli għas-saħħa jew mal-perikli ambjentali, li huma stabbiliti fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

118.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 1 tat-Taqsima 2.4. “Rimedju ta’ siti u żoni kkontaminati” jiddikjara li “L-attivitajiet ta’ rimedju ma jitwettqux mill-operatur li jkun ikkawża t-tniġġis jew minn persuna li taġixxi f’isem dak l-operatur sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/35/KE jew, għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, bid-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà ambjentali bbażati fuq il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” skont il-liġi nazzjonali”. Kif għandu jiġi interpretat dan il-kriterju? It-terminu “operatur” jirreferi għall-impriża li twettaq l-attivitajiet ta’ rimedju?

Dan il-kriterju għandu l-għan li jiżgura li l-attivitajiet ta’ rimedju jitwettqu b’mod imparzjali u trasparenti, bl-għan primarju li jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa pubblika. Il-kriterju speċifikat fil-punt 1 jirreferi għall-operatur li kkawża t-tniġġis. It-terminu “operatur” huwa ddefinit f’konformità mal-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 2004/35/CE bħala kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, privata jew pubblika li topera jew tikkontrolla l-attività tax-xogħol jew, fejn dan ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li lilha tkun ġiet iddelegata setgħa ekonomika deċiżiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ tali attività, inkluż id-detentur ta’ permess jew awtorizzazzjoni għal tali attività jew il-persuna li tirreġistra jew tinnotifika tali attività.

F’konformità mal-kriterju speċifikat fil-punt 1, l-azzjonijiet ta’ rimedju mwettqa mill-operatur li kkawża t-tniġġis jew minn persuna li taġixxi f’isem dak l-operatur biex jikkonforma mal-obbligi skont id-Direttiva 2004/35/CE ma jistgħux jitqiesu bħala li jagħtu kontribut sostanzjali.

119.   Impriża indipendenti li tkun ġiet ikkuntrattata mill-operatur li kkawżat it-tniġġis biex twettaq l-attività ta’ rimedju hija meqjusa li taġixxi f’isem min iniġġes skont it-Taqsima 2.4. “Rimedju ta’ siti u ta’ żoni kontaminati”?

Impriża indipendenti li magħha l-operaturi li kkawżaw it-tniġġis iffirmaw ftehim biex iwettqu l-attività ta’ rimedju ma titqiesx bħala persuna li taġixxi f’isem dak l-operatur, sakemm dik l-impriża ma tirrappreżentax lill-operatur jew ma jkollhiex setgħat speċifiċi delegati minnu (dan jista’ pereżempju jkun jekk l-impriża tkun sussidjarja tal-operatur). Dan jimplika li d-dħul miksub mill-impriża indipendenti għat-twettiq tal-attività ta’ rimedju huwa eliġibbli għat-Tassonomija, filwaqt li l-OpEx jew il-CapEx minfuqa mill-operatur li kkawża t-tniġġis biex jirċievi dak is-servizz ma huwiex eliġibbli.

TAQSIMA VII   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-OBJETTIV TAL-BIJODIVERSITÀ U L-EKOSISTEMI (L-ANNESS IV TAL-ATT DELEGAT DWAR IT-TASSONOMIJA FIR-RIGWARD TAL-AMBJENT)

Attivitajiet ta’ ħarsien u ta’ restawr tal-ambjent

Taqsima 1.1.    “Konservazzjoni, inkluż ir-restawr, tal-ħabitats, tal-ekosistemi utal-ispeċijiet” fl-Anness IV tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

120.   L-attività fit-Taqsima 1.1. “Konservazzjoni, inkluż ir-restawr, tal-ħabitats, tal-ekosistemi u tal-ispeċijiet” titwettaq f’żoni urbani bi spazji naturali negliġibbli? Kif tista’ attività mwettqa f’żoni urbani tissodisfa r-rekwiżiti fil-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali?

L-attività ta’ konservazzjoni tista’ titwettaq fiż-żoni kollha, inklużi ż-żoni urbani. L-attività tista’ titwettaq ukoll minn kwalunkwe tip ta’ operatur irrispettivament mill-qasam ewlieni tal-attività tiegħu.

Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali kollha jridu jiġu ssodisfati. Dan jinkludi r-rekwiżit fil-punt 1.1 tal-kriterji għal kontribuzzjoni sostanzjali:

“1.1.

L-attività tikkontribwixxi għal mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

 

iż-żamma ta’ kundizzjoni tajba tal-ekosistemi, tal-ispeċijiet, tal-ħabitats jew tal-ħabitats tal-ispeċijiet;

 

l-istabbiliment mill-ġdid jew ir-restawr tal-ekosistemi, tal-ħabitats jew tal-ħabitats tal-ispeċijiet lejn jew għal kundizzjoni tajba, inkluż permezz taż-żieda taż-żona jew tal-medda tagħhom.”

Bl-istess mod, il-punt 3.1. tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali jirrikjedi li ż-żona tkun koperta minn pjan ta’ ġestjoni jew strument ekwivalenti.

F’dan il-kuntest, jista’ jkun utli li jiġu kkuntattjati l-awtoritajiet kompetenti tan-natura, li setgħu adottaw pjan ta’ infrastruttura ekoloġika, li, dment li jkun konformi mat-TSC rilevanti, jista’ jaqa’ taħt il-pjan ta’ ġestjoni meħtieġ għall-attività ta’ konservazzjoni.

Jista’ jkun utli wkoll li jiġu kkuntattjati l-awtoritajiet muniċipali rilevanti biex jiġi vverifikat jekk jeżistix Pjan ta’ Ekoloġizzazzjoni Urbana (79) jew jekk il-belt tkunx iffirmat il-“Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi”  (80). Sakemm ikunu konformi mar-rekwiżiti tat-TSC, dawn id-dokumenti jistgħu jaqgħu taħt il-pjan ta’ ġestjoni/strument ekwivalenti meħtieġ għall-attività ta’ konservazzjoni.

121.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 3.1 tat-Taqsima 1.1. “Konservazzjoni, inkluż ir-restawr, tal-ħabitats, tal-ekosistemi u tal-ispeċijiet” jirrikjedi li ż-żona tkun koperta minn pjan ta’ ġestjoni jew strument ekwivalenti. Dan ifisser li ż-żoni ħodor li huma proprjetà ta’ entitajiet privati u ġestiti minnhom ma jistgħux jissodisfaw dan il-kriterju peress li għal żoni privati bħal dawn, l-entitajiet pubbliċi (jiġifieri, l-awtoritajiet għall-konservazzjoni tan-natura) ma jistabbilixxux pjanijiet ta’ ġestjoni jew strumenti ekwivalenti?

Għandu jiġi stabbilit pjan ta’ ġestjoni jew strument ekwivalenti qabel ma l-operatur ikun jista’ jirrapporta l-attività bħala allinjata mat-Tassonomija. Madankollu, mhuwiex speċifikat li l-pjan ta’ ġestjoni jew strument ekwivalenti għandu jitfassal mill-awtoritajiet pubbliċi. Jekk l-ebda strument bħal dan ma jkun ġie stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti, l-operatur tal-attività ta’ konservazzjoni jista’ fil-prinċipju jfassal ukoll tali pjan. Madankollu, il-pjan għandu jkun fih l-informazzjoni speċifika kollha li hija meħtieġa li tiġi inkluża fil-pjan ta’ ġestjoni u fl-istrument ekwivalenti kif speċifikat fil-punt 3.1. tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali.

Ta’ min jinnota li f’konformità mal-punti 4.1 u 4.2 tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali, il-pjan ta’ ġestjoni jew strument ekwivalenti jrid jiġi vverifikat jew mill-awtoritajiet nazzjonali jew minn ċertifikatur terz indipendenti fil-bidu tal-attività ta’ konservazzjoni jew meta l-pjan ta’ ġestjoni jintemm jew mill-inqas kull għaxar snin.

122.   Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fit-Taqsima 1.1. “Konservazzjoni, inkluż ir-restawr, tal-ħabitats, tal-ekosistemi u tal-ispeċijiet” jeskludu b’mod espliċitu l-“kumpens” tal-impatti ta’ attività oħra u jkopru biss “il-kisbiet netti tal-bijodiversità”. X’inhi t-tifsira tal-kelma “netti” f’dan il-kuntest? Dan ifisser li seta’ kien hemm ukoll telf ta’ bijodiversità li jrid jiġi kkumpensat sabiex jitqies bħala kontribut sostanzjali?

“Kisba netta tal-bijodiversità” tfisser impatt pożittiv li jista’ jitkejjel (“kisba nett”) fuq il-bijodiversità, meta mqabbel ma’ dak li kien hemm fuq iż-żona koperta qabel l-attività ta’ konservazzjoni/restawr. Dan jista’ jinkiseb billi tittejjeb il-kundizzjoni ta’ ħabitat jew ta’ speċi mingħajr ebda telf preċedenti tal-bijodiversità minħabba attività oħra. Barra minn hekk, il-gwadann nett tal-bijodiversità jista’ jirriżulta minn miżuri addizzjonali ta’ konservazzjoni/restawr lil hinn mill-kumpens, kif spjegat fin-nota 11 f’qiegħ il-paġna għall-attività fit-Taqsima 1.1. F’dan il-każ, il-kisba netta hija l-ħolqien ta’ bijodiversità addizzjonali wara li t-telf tal-bijodiversità kkawżat mill-attività ekonomika l-oħra jkun ġie kkumpensat għal 100 % fuq bażi ugwali.

Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni

Taqsima 2.1.    “Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili” fl-Anness IV tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

123.   Il-kriterju ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 1.2. tat-Taqsima 2.1. “Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili” jirreferu għall-“organizzazzjoni responsabbli għall-konservazzjoni jew mir-restawr taż-żona”. Din l-organizzazzjoni jeħtiġilha tkun esklussivament korp tal-amministrazzjoni pubblika, jew ir-rwol jista’ jitwettaq ukoll minn, pereżempju, NGO?

L-organizzazzjoni tista’ tkun kwalunkwe “organizzazzjoni responsabbli għall-konservazzjoni jew mir-restawr taż-żona”, inklużi l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-NGOs, il-kumpaniji privati jew entitajiet oħra.

124.   Il-punt (c) tad-deskrizzjoni tal-attività tat-Taqsima 2.1. “Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili” jirreferi għal “appartamenti għall-viżitaturi, bungalows, cottages u kabini”. Xi tfisser “appartamenti għall-viżitaturi”? Dan ikopri faċilitajiet ta’ kiri għal żmien qasir? Kif ivarjaw minn “appartamenti għal użu aktar permanenti”?

“Appartamenti għall-viżitaturi” jkopru faċilitajiet ta’ kiri għal turiżmu għal żmien qasir, filwaqt li “appartamenti għal użu permanenti” ma jaqdu l-ebda skop turistiku għal żmien qasir u għalhekk huma esklużi.

125.   Għaliex il-kriterju tal-kontribuzzjoni sostanzjali fil-punt 3.2. tat-Taqsima 2.1. “Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili” japplika biss għal stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni b’aktar minn 50 impjegat filwaqt li r-rekwiżit li jiġu pprovduti divulgazzjonijiet tat-Tassonomija ġeneralment japplika għal kumpaniji b’aktar minn 250 impjegat?

Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti divulgazzjonijiet relatati mat-Tassonomija japplika għall-impriżi li huma soġġetti għal rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà, li tapplika b’mod partikolari għal kumpaniji kbar jew elenkati. Ir-referenza għal 50 impjegat fil-punt 3.2. ma taffettwax l-ambitu ta’ dawk id-divulgazzjonijiet. Il-kriterji taħt il-punt 3.2 japplikaw biss għal stabbilimenti b’aktar minn 50 impjegat, biex tiġi ffaċilitata l-konformità ta’ impriżi iżgħar mal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali

126.   Il-kriterji għat-Taqsima 2.1. “Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili” tkopri wkoll l-emissjonijiet tal-GHG tal-viżitaturi tal-lukanda (eż. meta jivvjaġġaw bl-ajruplan)?

Il-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali għat-Taqsima 2.1. “Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili” ma jkoprux l-emissjonijiet tal-GHG tal-viżitaturi fl-akkomodazzjonijiet inklużi f’dik l-attività.

TAQSIMA VIII   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-KRITERJI ĠENERIĊI TAD-DNSH

Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima

127.   Kif jiġu definiti “riskji klimatiċi”? Għal liema fażi ta’ proġett japplikaw?

Għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-aktar riskji klimatiċi rilevanti huma:

ir-riskji fiżiċi mit-tibdil fil-klima li jirriżultaw fi ħsara jew impatt materjali possibbli, eż. ħsara fiżika lill-proprjetà, it-tagħmir, jew l-inventarju, li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet tan-negozju jew jikkawżaw kost sinifikanti tat-tiswija;

tipi oħra ta’ impatt (bħall-impatt fuq il-forza tax-xogħol, l-elementi kritiċi tal-ktajjen tal-valur upstream u downstream u l-parametri tas-suq eċċ.) li jwasslu għal tfixkil fl-operazzjonijiet, u/jew telf finanzjarju materjali.

Dawn jistgħu jkunu mmexxija minn avvenimenti (akuti) jew jirriżultaw minn bidliet fit-tul (kroniċi) fix-xejriet klimatiċi. Ir-riskji kkawżati mill-avvenimenti huma relatati ma’ avvenimenti estremi tat-temp (eż. għargħar, mewġiet ta’ sħana, jew maltempati) filwaqt li r-riskji kroniċi huma permanenti (eż. żieda fil-livell tal-baħar jew erożjoni kostali). Id-dispożizzjonijiet rilevanti (81) jinkludu lista mhux eżawrjenti ta’ perikli relatati mal-klima li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi. Riskji oħra jistgħu potenzjalment isiru materjali fil-futur.

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi għandhom jiġu vvalutati għall-fażijiet kollha tal-proġett. Fis-settur tal-kostruzzjoni, pereżempju, għandhom jitqiesu r-riskji fiżiċi fil-fażijiet tal-ippjanar u tad-disinn, kif ukoll matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett, jiġifieri fir-rigward kemm tal-użu kif ukoll tad-demolizzjoni ta’ bini.

128.   Għandha titwettaq valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi għas-siti kollha (eż. il-proġetti kollha ta’ kostruzzjoni)? Jew analiżi ġenerika, li tista’ tiġi trasposta għal siti oħra, hija biżżejjed?

L-objettiv ta’ valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi huwa li jiġu identifikati r-riskji klimatiċi fiżiċi materjali li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika u tal-assi li fuqhom tiddependi l-attività ekonomika (għall-prestazzjoni u l-kontinwità tagħha). Il-valutazzjoni mbagħad tintuża biex jiġu identifikati soluzzjonijiet ta’ adattament xierqa li jiġu ppreżentati bħala parti minn pjan ta’ adattament.

Skont il-kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima (82), valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi jenħtieġ li ssegwi metodoloġija tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u tqis l-aktar data reċenti disponibbli dwar l-ogħla riżoluzzjoni. L-ambitu tal-valutazzjoni, il-metodi u d-data użati biex jintlaħaq dan l-objettiv jistgħu jvarjaw.

Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tirrifletti kif xieraq ir-riskji, għandha tingħata attenzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi lokali. Dan għaliex ir-riskji fiżiċi u l-adattament huma speċifiċi għas-sit u jiddependu ħafna fuq il-post u l-vulnerabbiltajiet eżistenti. Dan ifisser li għal proġetti ta’ kostruzzjoni fuq siti differenti, tista’ titwettaq valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi għas-siti kollha sakemm din tindirizza kull riskju u vulnerabbiltà speċifiċi għas-sit. Il-valutazzjonijiet tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi għandhom jikkunsidraw jekk l-assi kollha fis-sit humiex esposti għall-istess riskju sa grad simili. Imbagħad ikunu jistgħu jipproponu l-aħjar soluzzjonijiet ta’ adattament għal kull assi fuq is-sit individwalment.

129.   Il-kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku għandu jimplimenta soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) għal attivitajiet eżistenti u attivitajiet ġodda li jużaw assi fiżiċi eżistenti, fuq perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin. Il-perjodu ta’ 5 snin jibda meta titlesta l-valutazzjoni jew meta tiġi identifikata s-soluzzjoni ta’ adattament?

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament huma bidliet fil-proċessi, fil-prattiki u fl-istrutturi tal-attività ekonomika inkwistjoni biex jimmoderaw id-danni potenzjali assoċjati mat-tibdil fil-klima. Is-soluzzjonijiet ta’ adattament jistgħu jkunu fiżiċi (eż. il-bini ta’ difiżi kontra l-għargħar), jew mhux fiżiċi (eż. il-qlib għal għelejjel reżistenti għan-nixfa, jew it-tfassil mill-ġdid ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni). Il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament hija pass fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi. Il-perjodu ta’ 5 snin jibda mill-jum meta l-operatur ikun iffinalizza l-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi tal-attività u identifika s-soluzzjoni ta’ adattament għall-attività.

130.   Kif jiġi definit “it-tul tal-ħajja mistenni”? Għandu jinftiehem bħala l-ħajja mistennija tal-attività ekonomika sottostanti jew tal-finanzjament tal-attività?

Il-kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima jiddikjaraw li r-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività għandhom jiġu identifikati permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi. Din il-valutazzjoni tinvolvi l-identifikazzjoni ta’ liema riskji klimatiċi fiżiċi jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha. Ir-riskji fiżiċi huma relatati mal-post u t-tip tal-attività, għalhekk il-ħajja mistennija tinftiehem bħala l-perjodu kollu li matulu titwettaq l-attività ekonomika. Fis-settur tal-kostruzzjoni, pereżempju, it-tul tal-ħajja jkopri l-ippjanar, id-disinn, l-użu u d-demolizzjoni ta’ bini. Għal attivitajiet fit-tul jew indefiniti, jista’ jkun xieraq li jitqies tul ta’ ħajja ta’ mill-inqas 30 sena fil-futur.

131.   Il-kriterji tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima inklużi fl-Appendiċi A jirreferu għal “(...) soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”) (...) li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati bħala l-aktar importanti li jkunu rilevanti għal dik l-attività”. Kif għandu jinftiehem it-terminu “jnaqqsu”? Kwalunkwe ħaġa li tista’ tnaqqas ir-riskji klimatiċi fiżiċi hija aċċettabbli? Jew huwa possibbli biss li jitqiesu soluzzjonijiet li jnaqqsu l-effett sa tali punt li jwassal għal valutazzjoni tar-riskju differenti (medda ta’ riskju) tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi (CRVA)?

Il-kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima jsemmu “soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat” fil-lista ta’ passi involuti fil-prestazzjoni ta’ CRVA robusta. It-terminu “tnaqqis” hawnhekk ifisser li r-riskji klimatiċi fiżiċi materjali għall-attività ekonomika jitnaqqsu għal-livell li l-attività tista’ titkompla mingħajr tfixkil kbir evitabbli (83) relatat mal-klima fil-preżent u għat-tul tal-ħajja tal-attività.

132.   Il-kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima fl-Appendiċi A jiddikjaraw li “l-operatur ekonomiku jimplimenta soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi”. Iż-żewġ kundizzjonijiet għandhom dejjem jiġu ssodisfati qabel ma soluzzjoni ta’ adattament tkun eliġibbli (peress li tintuża l-kelma “u”)?

L-Appendiċi A jirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi jidentifikaw soluzzjonijiet ta’ adattament li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati l-aktar importanti li huma materjali għal dik l-attività. Dawn is-soluzzjonijiet ta’ adattament jistgħu jkunu soluzzjonijiet fiżiċi jew mhux fiżiċi skont ir-riskju klimatiku fiżiku li l-operatur ikun qed jiffaċċja.

Bħala eżempju ta’ soluzzjoni ta’ adattament fiżiku (84), operatur li jinsab f’reġjun suxxettibbli għal mewġ ta’ sħana jista’ jiddeċiedi li jinstalla soqfa ekoloġiċi jew faċċati ħodor fuq il-binjiet tiegħu sabiex it-temperaturi ta’ ġewwa jinżammu baxxi matul il-perjodi sħan u biex tittejjeb iż-żamma tal-ilma madwar il-bini billi jiġi minimizzat l-iskol tal-ilma tax-xita.

B’kuntrast ma’ dan, kumpanija li topera fil-qbid u fl-użu tal-gass mil-landfills li tinsab f’żona f’riskju li tiġi affettwata minn nirien fil-foresti tista’, bħala soluzzjoni mhux fiżika, timplimenta kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex tnaqqas l-imġiba li tiġġenera n-nirien selvaġġi (85).

Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

133.   L-Appendiċi C ġie emendat fis-27 ta’ Ġunju 2023. X’jinvolvu dawn l-emendi?

L-Appendiċi C jistabbilixxi l-kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-objettiv tal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis relatati mal-użu u l-preżenza ta’ sustanzi kimiċi. B’mod aktar preċiż, jindirizza l-manifattura, l-użu u l-preżenza ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs, substances of very high concern) u ta’ sustanzi perikolużi oħra msemmija fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

L-Appendiċi C ġie emendat fis-27 ta’ Ġunju 2023 biex jiġu ċċarati, fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet għad-derogi li ġew stabbiliti fil-punti (f) u (g) ta’ dak l-appendiċi.

Id-deroga preċedenti li tippermetti l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi, li kienet ibbażata fuq il-kunċett ta’ “użu essenzjali għas-soċjetà” ġiet riveduta. Skont id-deroga riveduta, l-operaturi jridu jivvalutaw u jiddokumentaw li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra fis-suq u, jekk ma jkunx hemm alternattivi bħal dawn, jivvalutaw u jiddokumentaw li s-sustanzi perikolużi jintużaw biss f’kundizzjonijiet ikkontrollati (86).

Dik id-deroga tikkonċerna kemm is-sustanzi li ġew identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-REACH (il-punt (f) rivedut tal-Appendiċi C) kif ukoll is-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-klassijiet ta’ periklu jew tal-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-REACH (paragrafu ġdid miżjud wara l-punt (f) tal-Appendiċi C). L-emenda introduċiet ukoll limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % (piż skont il-piż) fir-rigward tal-użu tas-sustanzi f’taħlitiet u oġġetti.

Il-kundizzjonijiet għad-derogi għandhom jiġu vvalutati u ddokumentati skont l-użu tas-sustanza/i kimika/kimiċi inkwistjoni.

Il-punt (g) tal-Appendiċi C tħassar u ġie sostitwit b’paragrafu ġdid miżjud wara l-punt (f). Huwa paragrafu separat, minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa differenti minn dak tal-punti (a) sa (f). B’differenza mill-paragrafu l-ġdid, il-punti (a) sa (f), jinkludu s-sitwazzjoni tal-“użu ta’ sustanzi”; ma humiex limitati għal sitwazzjonijiet tal-“manifattura” jew tal-“introduzzjoni fis-suq” tagħhom. Il-paragrafu l-ġdid jiċċara li l-attività ekonomika ma tridx twassal għall-manifattura, il-preżenza fil-prodott jew l-output finali, jew l-introduzzjoni fis-suq ta’ sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-klassijiet ta’ periklu jew il-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra ma hija disponibbli fis-suq, u li dawn jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati. Minħabba l-fatt li l-paragrafu l-ġdid ma jirreferix għall-“użu ta’ sustanzi”, dment li l-użu ta’ sustanza msemmija fil-paragrafu l-ġdid ma jirriżultax fil-preżenza tagħha fil-prodott finali jew fl-output, jew l-introduzzjoni fis-suq, il-projbizzjoni stabbilita f’dak il-paragrafu l-ġdid ma tapplikax għal tali użu.

134.   Liema sustanzi kimiċi huma koperti taħt il-punt (f) tal-Appendiċi C kif emendat fis-27 ta’ Ġunju 2023?

Il-punt (f) jikkonċerna sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs, substances of very high concern) skont l-Artikolu 57 tar-Regolament REACH f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi (2) sa (10) tal-Artikolu 59 tar-Regolament REACH. Dawn is-sustanzi jistgħu jinstabu fil-lista ta’ kandidati tal-SVHCs ġestita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

135.   Liema sustanzi kimiċi huma koperti taħt l-aħħar paragrafu tal-Appendiċi C, miżjud wara l-punt (f), kif emendat fis-27 ta’ Ġunju 2023?

Il-paragrafu l-ġdid addizzjonali miżjud wara l-punt (f) jikkonċerna sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ir-Regolament CLP) għal waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH. L-inventarju C&L (klassifikazzjoni u tikkettar) jipprovdi informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet tal-perikli tas-sustanzi f’konformità mar-Regolament CLP, bi klassifikazzjonijiet armonizzati (ivvalutati mill-awtoritajiet u konklużi mill-Kummissjoni) kif ukoll awtoklassifikazzjonijiet (ivvalutati u konklużi mill-impriżi). Il-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi koperti mill-paragrafu l-ġdid miżjud wara l-punt (f) hija għalhekk disponibbli għall-pubbliku. Il-manifatturi u l-importaturi ta’ sustanzi perikolużi huma obbligati mir-Regolament CLP li jevalwaw huma stess is-sustanzi tagħhom u jirrapportaw din il-klassifikazzjoni lill-ECHA li tagħmilha disponibbli fl-inventarju C&L. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li għal sustanzi mingħajr klassifikazzjoni armonizzata, jista’ jkun hemm differenzi fl-awtoklassifikazzjoni sottomessi minn impriżi differenti. Barra minn hekk, l-entrati bħalissa mhumiex soġġetti għal verifika jew kontroll tal-kwalità.

136.   Il-punt (f) u l-paragrafu l-ġdid taħt il-punt (f) fl-Appendiċi C jipprovdu eżenzjoni li skontha l-operaturi li jużaw is-sustanzi korrispondenti, iridu jivvalutaw u jiddokumentaw “in-nuqqas ta’ alternattivi xierqa” għal sustanzi jew teknoloġiji fis-suq u l-“użu tagħhom f’kundizzjonijiet ikkontrollati”. Kif għandhom jiġu interpretati u ssodisfati “nuqqas ta’ alternattivi xierqa” u “użu f’kundizzjonijiet ikkontrollati” mill-operaturi sabiex jikkonformaw ma’ dik l-eżenzjoni?

Nuqqas ta’ alternattivi xierqa

Fil-kuntest tal-Appendiċi C, alternattiva għal sustanza titqies bħala “xierqa” jekk jiġu ssodisfati l-erba’ kriterji li ġejjin:

hija aktar sikura (jiġifieri l-użu tagħha jinvolvi riskju aktar baxx għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent meta mqabbel mar-riskju li tintuża s-sustanza),

hija teknikament fattibbli (jiġifieri tipprovdi l-funzjonalità u l-livell ta’ prestazzjoni teknika meħtieġa għall-użu),

hija ekonomikament fattibbli għal operatur ekonomiku (jiġifieri l-użu ma jwassalx għal impatt ekonomiku negattiv ta’ daqs li jipperikola l-vijabbiltà ekonomika ta’ operazzjonijiet relatati mal-użu li għalih tintalab eżenzjoni), u

hija disponibbli, li jfisser li trid titwettaq analiżi tal-alternattivi mill-perspettiva tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni għas-sustanzi alternattivi u l-fattibbiltà ta’ teknoloġiji alternattivi, kif ukoll fid-dawl tar-rekwiżiti legali u fattwali għat-tqegħid tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni.

In-nuqqas ta’ alternattivi xierqa jista’ jintwera kif ġej:

Għas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament REACH (jiġifieri xi wħud mis-sustanzi fil-punt f tal-Appendiċi C)), jekk operatur ikun kiseb awtorizzazzjoni għall-użu tiegħu tas-sustanza, dik l-awtorizzazzjoni tkun prova ta’ nuqqas ta’ alternattivi xierqa. Dan ifisser li l-operatur kopert minn awtorizzazzjoni mogħtija ma għandux għalfejn iwettaq valutazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-konformità mal-kriterju dwar “in-nuqqas ta’ alternattivi xierqa”. Id-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għandha mill-inqas tinkludi n-numru tal-awtorizzazzjoni, id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni, u d-dokumentazzjoni kollha li tipprova l-konformità li hija meħtieġa fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni.

Jekk applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun ġiet sottomessa qabel l-aħħar data tal-applikazzjoni tas-sustanza, kif speċifikat fl-Anness XIV, l-operatur ma għandux għalfejn iwettaq valutazzjoni ulterjuri waqt li jkun qed jistenna d-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, l-operatur jista’ jipprovdi l-analiżi tal-alternattivi sottomessi fl-applikazzjoni. Jekk diġà tkun inħarġet opinjoni tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika (SEAC) li tikkonferma n-nuqqas ta’ alternattivi, din tista’ tiġi sottomessa wkoll.

Għall-użi (i) ta’ sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament REACH li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni, jew (ii) ta’ sustanza identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament REACH (Lista ta’ sustanzi kandidati ta’ tħassib serju ħafna), jew (iii) ta’ sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH (kif irreġistrata fl-inventarju C&L tal-ECHA), għandhom jiġu vvalutati l-alternattivi possibbli u l-valutazzjoni u l-eżitu tagħha għandhom jiġu ddokumentati. L-operatur:

għandu jipprovdi sommarju ta’ sustanzi u teknoloġiji alternattivi għall-użu ttiegħu tas-sustanza, inkluża ġustifikazzjoni għaliex dawk mhumiex adattati għal mill-inqas wieħed mill-erba’ kriterji kumulattivi (jiġifieri, mhux aktar sikuri, u/jew mhux teknikament fattibbli u/jew mhux ekonomikament fattibbli għall-operatur, u/jew mhux disponibbli fis-suq tal-UE).

jista’ jagħżel li jsegwi l-partijiet rilevanti tal-gwida tal-ECHA dwar l-analiżi ta’ alternattivi  (87) fil-kuntest tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni biex jgħin fl-evalwazzjoni tiegħu ta’ alternattivi. Din il-gwida f’xi każijiet hija speċifika ħafna għar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjonijiet tar-REACH, madankollu, it-taqsimiet rilevanti li għandhom jiġu kkonsultati huma b’mod partikolari:

3.6 “Kif tiġi ddeterminata l-fattibbiltà teknika tal-alternattivi”;

3.7.1 “Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-valutazzjoni u t-tqabbil tar-riskji”;

3.8 “Kif tiġi ddeterminata l-fattibbiltà ekonomika tal-alternattivi”;

3.10 “Konklużjoni dwar l-adegwatezza u d-disponibbiltà ta’ alternattivi”.

Użu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati

Sustanza tintuża taħt kundizzjonijiet ikkontrollati meta r-riskji li jirriżultaw mill-użu suġġettiv u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-operatur (xenarji ta’ esponiment) ikunu ġew ivvalutati u mmaniġġjati b’tali mod li jkunu fis-seħħ miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u kundizzjonijiet tal-użu li jimminimizzaw l-esponiment u l-emissjonijiet mill-operatur. Fuq din il-bażi, l-operatur jeħtieġlu, b’mod partikolari, iwettaq miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji b’mod li jimminimizzaw l-esponimenti u l-emissjonijiet tas-sustanza li jagħtu lok għal riskji serji kemm minn perspettiva tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll minn perspettiva ambjentali matul il-fażi tal-użu. Jekk ir-riskju tal-użu tas-sustanza mill-operatur ikun komuni għal ħafna operaturi u, b’riżultat ta’ dan, dak ir-riskju jkun diġà ġie vvalutat qabel minn korp ieħor (fornitur, awtorità, kompetitur,...) u l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u l-kundizzjonijiet operattivi jkunu ġew definiti kif xieraq, allura l-konformità ma’ dawn tista’ tkun biżżejjed għall-fini tat-Tassonomija. Jekk l-użu ma jkunx kopert minn valutazzjoni tar-riskju eżistenti, l-operatur għandu l-ewwel iwettaq u jiddokumenta l-valutazzjoni tar-riskju tiegħu stess.

B’mod ġenerali, ir-rekwiżiti legali eżistenti tal-UE u nazzjonali dwar is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart huma stabbiliti biex jillimitaw l-esponiment tal-bniedem għas-sustanza u l-emissjonijiet tagħha fl-ambjent, kif ukoll kwalunkwe riskju li jirriżulta minn dak l-esponiment u l-emissjonijiet. Jekk operatur ikun diġà wettaq tali valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju u konsegwentement imminimizza l-emissjonijiet u l-esponimenti li jirriżultaw minn użu partikolari f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema, tal-konsumaturi, tal-pubbliku ġenerali u tal-ambjent, dak l-operatur għandu jitqies li huwa konformi mar-rekwiżit tal-“kundizzjonijiet ikkontrollati” tal-Appendiċi C.

Sabiex juru l-konformità mal-eżenzjoni tal-“kundizzjonijiet ikkontrollati”, l-operaturi jridu jipprovdu dokumentazzjoni li turi li għandhom fis-seħħ proċessi ta’ valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju li jimminimizzaw l-emissjonijiet u l-esponimenti għas-sustanzi, kif ukoll ir-riskji li jirriżultaw minn dawn l-emissjonijiet u l-esponimenti, f’konformità mar-rekwiżiti legali eżistenti rilevanti. Jekk abbażi ta’ rekwiżiti legali speċifiċi (88) l-operatur ikun wettaq jew uża b’mod xieraq valutazzjoni tar-riskju u segwa l-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju li jirriżulta u ddokumentaha, jenħtieġ li dik id-dokumentazzjoni titqies bħala prova tal-konformità.

Skont l-użu speċifiku u l-proprjetajiet perikolużi tas-sustanza, l-operatur jista’ jistabbilixxi l-lista (mhux eżawrjenti) ta’ miżuri li ġejja biex tintwera l-konformità mal-“kundizzjonijiet ikkontrollati”:

it-tħejjija ta’ rapporti dwar is-sikurezza kimika u l-użu ta’ miżuri xierqa ta’ ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament REACH;

il-miżuri elenkati fl-Artikoli 5(5) u 10(1) tad-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol;

dispożizzjonijiet li jsegwu l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u l-parametri ekwivalenti u l-miżuri tekniċi li huma bbażati fuq l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT). L-operaturi jistgħu japplikaw miżuri bħal dawn jekk l-użu tas-sustanza jkun kopert minn konklużjoni tal-BAT jew Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF).

B’mod awtomatiku, l-eżenzjoni ta’ “kondizzjonijiet kontrollati” titqies li tkun issodisfatta jekk l-operatur jissodisfa l-miżuri elenkati fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament REACH dwar “kondizzjonijiet strettament kontrollati” u jiddokumentaha.

Għal sustanza elenkata fl-Anness XIV tar-Regolament REACH, li għaliha tkun ingħatat awtorizzazzjoni, l-aderenza mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni li jikkonċernaw il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji u l-issodisfar tar-rekwiżiti fl-Artikolu 60(10) tar-Regolament REACH jitqiesu suffiċjenti biex jissodisfaw il-kriterju dwar l-użu f’kundizzjonijiet ikkontrollati għal dawk l-użi awtorizzati.

Dan ifisser li operatur li lilu tkun ingħatat awtorizzazzjoni ta’ dan it-tip ma jkollux għalfejn iwettaq valutazzjoni ulterjuri tal-konformità mal-kriterju dwar l-użu f’kundizzjonijiet ikkontrollati. Id-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għandha mill-inqas tinkludi n-numru ta’ awtorizzazzjoni, id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni, ir-rapport ta’ sigurtà kimika għall-użu tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni u d-dokumentazzjoni li tagħti prova tal-konformità li hija meħtieġa fid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni u l-Artikolu 60(10) tar-Regolament REACH.

Jekk applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tkun ġiet sottomessa qabel l-aħħar data tal-applikazzjoni tas-sustanza, speċifikata fl-Anness XIV, l-operatur jista’, waqt li jkun qed jistenna d-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni, jirreferi għar-rapport dwar is-sikurezza kimika pprovdut mal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni inkluża ġustifikazzjoni tal-applikazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ ġestjoni tar-riskju jekk jiġġustifika dawk l-emissjonijiet u l-esponiment jiġi minimizzat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament REACH.

Tista’ tiġi pprovduta ġustifikazzjoni li l-emissjonijiet/l-esponimenti huma minimizzati. Pereżempju, f’każ li jkun hemm opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) li tikkonkludi li l-esponiment/l-emissjonijiet huma minimizzati, tista’ tiġi pprovduta wkoll referenza għal dik l-opinjoni.

137.   L-Atti Delegati dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima u tal-Ambjent jiddikjaraw li “il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.” Peress li l-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni dwar l-użi essenzjali tas-sustanzi kimiċi fit-22 ta’ April 2024  (89) , dan kif jaffettwa l-applikazzjoni tad-deroga skont il-punt (f) tal-Appendiċi C?

Il-kunċett ta’ użu essenzjali għas-soċjetà huwa deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C (2024) 1995. Madankollu, il-kunċett għadu ma ġie introdott fl-ebda waħda mill-biċċiet ta’ leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi li jirreferi għalihom l-Appendiċi C, u lanqas fir-Regolament dwar it-Tassonomija nnifsu. Il-kundizzjonijiet tad-deroga attwali li għandhom jiġu ssodisfati huma għalhekk in-“nuqqas ta’ alternattiva xierqa” u l-“użu taħt kundizzjoni kkontrollata”, kif deskritt fl-FAQ 136 ta’ dan l-Avviż tal-Kummissjoni.

138.   Bħala parti mill-emendi tas-27 ta’ Ġunju 2023, ġie introdott limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % piż skont il-piż (w/w) għas-sustanzi kimiċi koperti mill-punt (f) tal-Appendiċi C. Kif għandu jiġi applikat il-limitu ta’ 0,1 % w/w? Hemm differenza bejn l-oġġetti importati u dawk manifatturati fl-UE?

Il-limitu ta’ 0,1 % japplika għall-konċentrazzjoni tas-sustanzi f’taħlitiet u f’oġġetti. Ma hemm l-ebda differenza f’dan ir-rigward bejn oġġetti importati u oġġetti manifatturati fl-UE.

Meta prodott ikun magħmul minn (assemblaġġ ta’) diversi oġġetti jew minn taħlita ta’ oġġetti u taħlitiet, il-konċentrazzjoni ta’ 0,1 % għandha tiġi ddeterminata separatament għal kull oġġett u taħlita. Innota li l-oġġetti mmuntati fi prodott jistgħu jkunu magħmula minn materjali differenti.

Kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-Protezzjoni u r-Restawr tal-Bijodiversità u l-Ekosistemi

139.   Liema għodod ta’ mmappjar jew sors ta’ bażi tad-data għandhom jintużaw biex tiġi vverifikata l-prossimità tas-siti għal żoni sensittivi għall-bijodiversità, bħan-network Natura 2000 ta’ żoni protetti?

Il-viżwalizzatur tan-Natura 2000 juri l-konfini tas-siti kollha ta’ Natura 2000. Meta tikklikkja fuq sit partikolari jkun hemm il-“formola standard tad-data”, li tiddeskrivi l-ħabitats u l-ispeċijiet protetti fis-sit.

Ara:

Il-viżwalizzatur tan-Natura 2000

Dwar il-viżwalizzatur tan-Natura 2000

Lista ta’ siti tan-Natura 2000, li telenka s-siti tan-Natura 2000 fl-Istati Membri kollha, b’links għall-viżwalizzatur tal-mapep, formoli standard tad-data u pjanijiet ta’ ġestjoni.

140.   Liema kriterji tad-distanza għandhom jintużaw għaż-żoni sensittivi għall-bijodiversità?

Għas-siti ta’ Natura 2000, ma hemm l-ebda distanza li lil hinn minnha l-impatti jistgħu jitqiesu bħala mhux sinifikanti. Pereżempju, diga ta’ xmara jista’ jkollha effetti detrimentali fuq siti ta’ Natura 2000 li jinsabu aktar ’l isfel fil-katina jew proġett ta’ estrazzjoni jista’ jaffettwa l-artijiet mistagħdra diversi kilometri ’l bogħod. L-effetti negattivi possibbli għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) ikkonfermat f’diversi deċiżjonijiet li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats japplika għal pjanijiet u proġetti barra miż-żoni ta’ Natura 2000, indipendentement mid-distanza tagħhom mis-sit inkwistjoni (90).

141.   Xi jfisser it-terminu “meħtieġa” fis-sentenza Fejn tkun twettqet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA), jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-protezzjoni tal-ambjent”? Tirreferi għall-miżuri kollha rakkomandati f’VIA u l-valutazzjoni rilevanti jew tirreferi għal miżuri li l-awtoritajiet qiesu meħtieġa? Xi wħud minn dawn il-miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens setgħu ġew integrati fil-permess tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED). Dawk huma l-uniċi li huma meħtieġa?

It-terminu “meħtieġa” jirreferi għall-miżuri li huma imposti mill-awtorità li tawtorizza proġett wara li tkun wettqet VIA u ma jkopri l-ebda miżura rakkomandata.

Fir-rigward tal-valutazzjoni xierqa skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats, il-kriterji tad-DNSH jippermettu biss miżuri ta’ mitigazzjoni, mhux miżuri ta’ kumpens. Fir-rigward tal-evitar tal-ħsara, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti Delegati dwar it-Tassonomija (91) jiddikjaraw: “Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom (inkluż in-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa, fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa”.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom l-għan li jnaqqsu l-impatti jew jipprevjenu li jseħħu sa mill-bidu. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni jistgħu jiġu proposti fi pjan jew proponent ta’ proġett u/jew jistgħu jkunu meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiġu evitati l-impatti potenzjali identifikati fil-valutazzjoni xierqa, jew biex jitnaqqsu sabiex ma jibqgħux jaffettwaw b’mod negattiv l-integrità tas-sit. Valutazzjoni xierqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats trid tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit. L-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni jridu, bħall-valutazzjoni xierqa nnifisha, ikunu bbażati fuq fehim tajjeb tal-ispeċijiet u tal-ħabitats ikkonċernati, f’konformità mad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Dan mhuwiex il-każ f’permess tal-IED.

Il-miżuri ta’ mitigazzjoni normalment jiġu proposti mill-iżviluppatur u analizzati mill-awtoritajiet kompetenti. Jekk l-awtoritajiet iqisu li l-miżuri mhumiex biżżejjed biex jipproteġu l-integrità tas-sit, huma se jeħtieġu miżuri addizzjonali.

142.   Valutazzjoni xierqa skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats għandha tqis l-impatti kumulattivi fuq il-ħabitats u l-ispeċijiet protetti fis-siti. Il-permess għal fabbrika li ġiet approvata qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva għandu jiġi rieżaminat? Kif għandhom jiġu vvalutati l-emissjonijiet kumulattivi, inklużi dawk mill-fabbriki permessi u mibnija qabel ma daħlet fis-seħħ id-Direttiva? Jekk il-permess għal fabbrika antika jiġi rieżaminat, dan għandu jiġi vvalutat bħala proġett ġdid skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats?

Il-fabbriki mibnija qabel id-deżinjazzjoni tas-siti ta’ Natura 2000 skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats ma kinux obbligati jivvalutaw l-implikazzjonijiet tagħhom għat-tipi ta’ ħabitats u għall-ispeċijiet skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva. L-operat attwali ta’ dawn il-fabbriki jeħtieġ li jikkonforma mal-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva mid-data tal-elenkar tas-siti kkonċernati bħala siti ta’ importanza Komunitarja. Pereżempju, fis-siti ta’ Natura 2000, l-Istati Membri jridu jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw id-deterjorament tal-ħabitats naturali, il-ħabitats tal-ispeċijiet, u biex jevitaw tfixkil sinifikanti tal-ispeċijiet li għalihom ġew iddeżinjati s-siti, li jista’ jkun marbut mal-operat ta’ dawn il-fabbriki (92).

Madankollu, il-QĠUE kkonfermat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats iridu jiġu interpretati bħala entità sħiħa koerenti (93), u huma mfassla biex jiżguraw l-istess livell ta’ protezzjoni tal-ħabitats naturali u tal-ħabitats tal-ispeċijiet (94).

Għalhekk, meta l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats iwassal għal obbligu li jsir rieżami a posteriori tal-effetti ta’ proġett fuq is-sit ikkonċernat, dan ir-rieżami jrid jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(3). F’dan il-każ, ir-rieżami jitqies bħala valutazzjoni xierqa ta’ proġett ġdid, fis-sens tal-Artikolu 6(3), u jkollu jiġi vvalutat flimkien ma’ pjanijiet u proġetti oħra (ikkompletati, approvati iżda mhux kompluti, jew proposti). Il-proġett jista’ jiġi approvat biss jekk jiġi aċċertat li mhux se jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-integrità tas-siti ta’ Natura 2000.

Dan ifisser li, jekk Stat Membru jivvaluta l-operat ta’ fabbrika antika skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, u l-valutazzjoni tikkonkludi li l-operazzjoni taffettwa b’mod sinifikanti l-integrità tas-sit ikkonċernat, fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit tiegħu, dak l-Istat Membru huwa meħtieġ jieħu passi xierqa biex jipprevjeni jew jimminimizza tali impatti fuq il-ħabitats naturali, fuq il-ħabitats tal-ispeċijiet, u fuq l-ispeċijiet li għalihom ġew iddeżinjati ż-żoni (eż. billi japplika miżuri ta’ mitigazzjoni).

143.   Il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali japplikaw biss għal attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva EIA jew għall-attivitajiet kollha inklużi fit-Tassonomija tal-UE?

Id-Direttiva EIA tapplika għall-attivitajiet elenkati fl-Annessi I u II tagħha. Għall-finijiet tat-Tassonomija tal-UE, id-Direttiva tapplika wkoll għal attivitajiet mhux elenkati f’dawn l-annessi iżda li għalihom hemm referenza għall-ħtieġa ta’ VIA fil-kriterji ġeneriċi tad-DNSH għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi fl-Appendiċi D tal-Atti Delegati dwar il-Klima u l-Ambjent tat-Tassonomija.

TAQSIMA IX   MISTOQSIJIET RELATATI MAL-ATT DELEGAT DWAR IT-TASSONOMIJA FIR-RIGWARD TAL-DIVULGAZZJONIJIET

144.   X’inhu l-perjodu ta’ żmien għar-rapportar dwar l-eliġibbiltà għat-Tassonomija u l-allinjament tal-attivitajiet ekonomiċi inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent u l-emendi għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima?

Skont l-Artikolu 10(6) u (7) tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet:

Mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw biss il-proporzjon tal-fatturat totali tagħhom, il-CapEx u l-OpEx relatati ma’ attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u mhux eliġibbli għat-Tassonomija inklużi fl-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija u l-attivitajiet ekonomiċi miżjuda mal-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima mir-regolament emendatorju (95).

Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw il-proporzjon tal-fatturat totali tagħhom, il-CapEx u l-OpEx relatati mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija koperti mill-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent u l-attivitajiet ekonomiċi li żdiedu mal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima mir-regolament emendatorju.

Mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw biss il-proporzjon tal-assi koperti totali tagħhom ta’ attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u mhux eliġibbli għat-Tassonomija inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent u l-attivitajiet ekonomiċi miżjuda mal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima mir-regolament emendatorju. Barra minn hekk, l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kwalitattiva inkluża fl-Anness XI relatata ma’ dawk l-attivitajiet ekonomiċi.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw il-KPIs għall-allinjament mat-Tassonomija relatati mal-attivitajiet ekonomiċi koperti mill-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija u l-attivitajiet ekonomiċi miżjuda mal-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima mir-regolament emendatorju (96).

It-tabella li ġejja tipprovdi skeda ta’ żmien għar-rekwiżiti ta’ rapportar għall-impriżi mhux finanzjarji u finanzjarji. Din turi s-sena tar-rapportar (jiġifieri s-sena li fiha jiġu ppubblikati r-rapporti) għas-sena finanzjarja N li dwarha tirrapporta l-impriża. Pereżempju, ir-rapporti bil-KPIs relatati mas-sena finanzjarja 2023 fil-prattika huma ppubblikati fl-2024.

Perjodu taż-żmien

Impriża mhux finanzjarja li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (97)

Impriżi finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kontabilità

Sena ta’ rapportar / pubblikazzjoni (għar-rapportar dwar is-sena finanzjarja N)

Attivitajiet inklużi fi:

Attivitajiet inklużi fi:

Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima (inkluż l-Att Delegat Komplementari dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima)

Emendi ta’ Ġunju 2023 għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima (inkluż l-Att Delegat Komplementari dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima)

Emendi ta’ Ġunju 2023 għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima

Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent

Mill-1/1/2022 sal-1/12/2022

Eliġibbiltà (ma jinkludux attivitajiet koperti mill-Att Delegat Komplementari dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima)

-

-

Eliġibbiltà (ma jinkludux attivitajiet koperti mill-Att Delegat Komplementari dwar it-Tassonomija dwar il-Klima)

 

 

Mill-1/1/2023 sal-31/12/2023

KPIs tal-allinjament

 

 

Eliġibbiltà

 

 

Mill-1/1/2024 sal-31/12/2024

KPIs tal-allinjament

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà

KPIs tal-allinjament

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà

Mill-1/1/2025 sal-31/12/2025

KPIs tal-allinjament

KPIs tal-allinjament

KPIs tal-allinjament

KPIs tal-allinjament

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà

Mill-1/1/2026

KPIs tal-allinjament ukoll għal impriżi kbar oħra koperti mid-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà

KPIs ta’ allinjament (98)

KPIs tal-allinjament

KPIs tal-allinjament

Mill-1/1/2027

Il-KPIs tal-allinjament ukoll għal SMEs elenkati oħra koperti mid-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà  (99)

 

 

 

145.   Jekk SME elenkata ma tipparteċipax fir-rapportar dwar is-sostenibbiltà sal-2028 skont l-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà, xorta trid tinkludi divulgazzjonijiet tat-Tassonomija tal-Artikolu 8 fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha?

Le. L-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija japplika għall-impriżi kollha li huma meħtieġa jħejju u jippubblikaw dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà skont l-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà. Madankollu, jekk SME (esklużi mikroimpriżi) b’titoli trasferibbli ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati tal-UE tiddeċiedi li ma tinkludix fir-rapport ta’ ġestjoni tagħha d-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà li fiha d-divulgazzjonijiet tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija – allura ma hijiex meħtieġa tiddivulga skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija.

146.   L-impriżi li huma meħtieġa jirrapportaw divulgazzjonijiet tat-Tassonomija għall-ewwel darba f’sena ta’ rapportar (N) partikolari għandhom jinkludu wkoll informazzjoni komparattiva għas-sena finanzjarja preċedenti (N-1)?

Le. L-impriżi li huma meħtieġa jirrapportaw divulgazzjonijiet tat-Tassonomija għall-ewwel darba għal sena finanzjarja partikolari għandhom jipprovdu dawk id-divulgazzjonijiet biss għal dik is-sena finanzjarja (N). L-impriżi għandhom jinkludu biss informazzjoni komparattiva dwar is-sena finanzjarja N-1 li tibda mit-tieni sena ta’ rapportar tagħhom tad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija. Pereżempju, u kif iċċarat fl-FAQ3 tal-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/305, impriżi kbar mhux elenkati se jsiru soġġetti għall-obbligu ta’ rapportar skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija u l-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2025 jew wara (bl-ewwel pubblikazzjoni fl-2026). Għaldaqstant, dawk l-impriżi għandhom jippubblikaw divulgazzjonijiet tat-Tassonomija fl-2026 li jorbtu biss mas-sena finanzjarja 2025; huwa biss fis-snin ta’ rapportar sussegwenti (jiġifieri mill-2027 ’il quddiem) li għandhom jinkludu wkoll informazzjoni komparattiva. Dan ifisser li fl-2027, dawk l-impriżi għandhom jirrapportaw divulgazzjonijiet tat-Tassonomija relatati mas-sena finanzjarja 2026 (N) u jinkludu informazzjoni komparattiva dwar is-sena finanzjarja 2025 (N-1).

147.   Minn meta l-impriżi għandhom jużaw il-mudelli ta’ rapportar modifikati inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent?

L-Anness V tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent introduċa mudelli ta’ rapportar modifikati fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet. Dan biex jiġu ffaċilitati d-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija relatati mal-objettivi ambjentali kollha. Dawk il-mudelli ta’ rapportar modifikati jissostitwixxu l-mudelli preċedenti u jenħtieġ li jintużaw mill-impriżi għar-rapportar dwar l-allinjament mat-Tassonomija fis-sena ta’ rapportar/pubblikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2024  (100). L-impriżi mhux finanzjarji li ma jwettqux attivitajiet ekonomiċi eliġibbli taħt aktar minn objettiv ambjentali wieħed mhumiex meħtieġa jimlew it-tabella supplimentari fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet.

148.   Sa liema punt l-impriżi jridu jirrapportaw dwar l-attivitajiet inklużi fl-Atti Delegati dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent u tal-Klima meta ma jkunux materjali għan-negozju tagħhom?

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar it-Tassonomija, l-impriżi soġġetti għad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD) iridu jirrapportaw il-proporzjonijiet tal-fatturat tagħhom, il-CapEx u l-OpEx assoċjati mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija. L-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet jispeċifika wkoll il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti li għandha tiġi rrapportata. Ma hija permessa l-ebda eżenzjoni mill-obbligu ta’ rapportar.

Meta minħabba nuqqas ta’ data jew evidenza, l-impriżi rilevanti ma jkunux jistgħu jaċċertaw jekk l-attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija li mhumiex materjali għan-negozju tagħhom jikkonformawx mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, għandhom jirrapportaw dawk l-attivitajiet bħala mhux allinjati mat-Tassonomija mingħajr ebda valutazzjoni ulterjuri. Għal aktar dettalji, l-impriżi għandhom jirreferu għall-FAQ13 fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/305 (101).

149.   Meta attività tkun allinjata mat-Tassonomija, iżda tkun eliġibbli biex tikkontribwixxi għal aktar minn objettiv wieħed, impriża għandha tivvaluta jekk l-attività tikkontribwixxix għall-objettivi l-oħra kollha?

Meta attività tkun allinjata mat-Tassonomija iżda tkun eliġibbli biex tikkontribwixxi għal aktar minn objettiv wieħed, impriża mhux finanzjarja hija meħtieġa tirrapporta Y (iva) jew L (le) għal dawk l-objettivi eliġibbli l-oħrajn fil-mudelli ta’ rapportar rispettivi fl-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet. Dan huwa spjegat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna (b) ta’ dawn il-mudelli. Fi kliem ieħor, l-impriża mhux finanzjarja għandha tivvaluta jekk l-attività hijiex allinjata ma’ kull objettiv eliġibbli jew le u tirrapporta l-eżitu kif xieraq fil-mudell ta’ rapportar rispettiv. L-FAQ 31 tat-tielet Avviż tal-Kummissjoni (abbozz) jiċċara l-metodoloġija għall-impriżi finanzjarji għall-kalkolu tal-KPIs għal kull objettiv ambjentali.

150.   Il-CapEx u l-OpEx imsemmija fil-punt (c) tat-Taqsimiet 1.1.2.2 u 1.1.3.2 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet (“tip (c) ta’ CapEx” u “tip (c) ta’ OpEx”) huma relatati ma’ attivitajiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe objettiv ambjentali? Il-miżuri individwali li “jippermettu li l-attivitajiet fil-mira jsiru b’livell baxx ta’ karbonju jew li jwasslu għal tnaqqis fil-gassijiet serra” msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet huma relatati biss mal-CapEx għall-objettiv ambjentali tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (CCM)?

Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija, skont it-trattament kontabilistiku tal-infiq inkwistjoni, l-impriżi għandhom jidentifikaw ix-xiri tagħhom tal-output minn kwalunkwe attività ekonomika allinjata mat-Tassonomija bħala tat-tip (c) ta’ CapEx jew ta’ OpEx, irrispettivament mill-objettiv/i ambjentali li għalihom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali dawk l-attivitajiet.

Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-infiq fuq miżuri individwali msemmija fil-punt (c) tat-Taqsimiet 1.1.2.2 u 1.1.3.2 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet huwa relatat ma’ miżuri individwali elenkati fit-Taqsimiet 7.3. sa 7.6. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima. Tali miżuri individwali huma eżempju tat-tip (c) ta’ CapEx jew ta’ OpEx għal attivitajiet li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-infiq fuq tali miżuri individwali huwa għalhekk mistenni li jippermetti li l-attivitajiet fil-mira jsiru b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (eż. in-nefqiet fuq l-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi) jew li jwasslu għal tnaqqis tal-gassijiet serra (eż. in-nefqa fuq tagħmir għall-effiċjenza enerġetika).

151.   L-impriżi kif għandhom jirrapportaw dwar attivitajiet abilitanti li jistgħu jintużaw għal skopijiet multipli u mhux biss biex jippermettu li l-attivitajiet fil-mira jagħtu kontribut sostanzjali għal objettiv ambjentali?

F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament dwar it-Tassonomija, attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali jekk tippermetti direttament lil attivitajiet oħra jagħtu kontribut sostanzjali għal wieħed jew aktar minn dawk l-objettivi. Sabiex jiġi previst rapportar preċiż, l-impriżi għandhom jinkludu biss fil-KPIs tat-Tassonomija tagħhom il-proporzjon tal-prodotti jew tas-servizzi abilitanti tagħhom li fil-fatt jintużaw biex jippermettu direttament lil attivitajiet ekonomiċi oħra fil-mira jagħtu kontribut sostanzjali għal wieħed mill-objettivi ambjentali.

B’mod partikolari, fir-rigward tal-KPI tal-fatturat, l-impriżi għandhom jirrapportaw bħala allinjati mat-Tassonomija biss il-proporzjon tal-bejgħ tal-output tal-attività abilitanti. Dan huwa relatat mal-iffaċilitar ta’ użi li jippermettu direttament li l-attivitajiet fil-mira jagħtu kontribut sostanzjali għal objettiv ambjentali, kif definit fit-TSC għall-attività abilitanti. Bl-istess mod, l-impriżi għandhom jinkludu fil-KPIs tal-CapEx u tal-OpEx allinjati mat-Tassonomija tagħhom il-proporzjon ta’ CapEx u OpEx tal-attività abilitanti, li qed jippermetti direttament lill-attivitajiet fil-mira jagħtu kontribut sostanzjali għall-objettiv ambjentali rilevanti kif definit fit-TSC għall-attività abilitanti.

F’konformità mal-approċċ ipprovdut fit-tweġiba għall-FAQ 30 fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2023/305, l-entitajiet relaturi għandhom jużaw metrika mhux finanzjarja li tipprevedi allokazzjoni preċiża tal-CapEx biex jippermettu l-użi. Pereżempju, jekk l-assi tal-attività abilitanti ffinanzjata mill-CapEx jintuża biex jipproduċi (i) 100 unità ta’ output li jippermettu li attività fil-mira tagħmel kontribut sostanzjali; u (ii) 100 unità ta’ output li ma jippermettux li attività oħra tagħti kontribut sostanzjali, allura l-impriża li tirrapporta tista’ tirrapporta 50 % ta’ dak il-CapEx bħala allinjat mat-Tassonomija. Il-metodoloġija użata biex tiġi allokata l-CapEx għall-użi abilitanti trid tkun ibbażata fuq evidenza verifikabbli. L-impriża li tirrapporta għandha tipprovdi wkoll informazzjoni kuntestwali skont it-Taqsima 1.2.3 tal-Anness I tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Divulgazzjonijiet dwar:

l-allokazzjoni ta’ CapEx relatata ma’ attività li tippermetti diversi proġetti jew attivitajiet;

il-metodoloġija użata biex tiġi allokata l-CapEx għall-attività abilitanti allinjata mat-Tassonomija.

152.   X’inhuma l-konsegwenzi tal-kombinamenti ta’ negozji li jseħħu qrib tmiem is-sena, li għalihom ma huwiex possibbli fil-prattika li jiġi vvalutat l-allinjament fi tmiem is-sena tal-attivitajiet akkwistati, għad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija fil-perjodu N u N+1?

L-impriżi li jirrapportaw għandhom jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli meta jivvalutaw l-allinjament mat-Tassonomija tal-attivitajiet tagħhom, inklużi dawk akkwistati permezz ta’ kombinamenti ta’ negozji, sabiex jagħmlu divulgazzjonijiet preċiżi tat-Tassonomija. Għall-attivitajiet akkwistati permezz ta’ kombinamenti ta’ negozji matul perjodu ta’ rapportar, l-impriżi li diġà huma meħtieġa jippubblikaw divulgazzjonijiet tat-Tassonomija għandhom jinkludu dawk l-attivitajiet fid-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija tagħhom għal dak il-perjodu ta’ rapportar abbażi ta’: (i) il-valutazzjoni tat-Tassonomija ta’ wara l-akkwist ta’ dawk l-attivitajiet akkwistati; u (ii) informazzjoni miksuba matul id-diliġenza dovuta ta’ qabel l-akkwist. Pereżempju, meta l-attivitajiet akkwistati qabel kienu jitwettqu minn impriża oħra tal-NFRD/CSRD, l-informazzjoni tal-passat dwar l-allinjament tat-Tassonomija tal-attivitajiet akkwistati, miksuba permezz ta’ divulgazzjonijiet preċedenti tat-Tassonomija ta’ dik l-impriża, tista’ tintuża bħala input biex jiġi vvalutat l-allinjament tat-Tassonomija tal-attivitajiet akkwistati matul il-perjodu ta’ rapportar attwali.

Għall-attivitajiet akkwistati permezz ta’ kombinament ta’ negozji u vvalutati bħala eliġibbli għat-Tassonomija minn impriża li tirrapporta, mhux dejjem jista’ jkun prattikament possibbli li tinġabar biżżejjed informazzjoni dwar l-allinjament mat-Tassonomija ta’ dawk l-attivitajiet matul il-perjodu ta’ rapportar N (li fih iseħħ il-kombinament ta’ negozji). F’każijiet bħal dawn, l-impriża li tirrapporta għandha: (i) tinkludi l-informazzjoni finanzjarja rispettiva li tikkonċerna l-attivitajiet akkwistati (eż. il-fatturat, il-CapEx u l-OpEx għall-attivitajiet mhux finanzjarji akkwistati) fid-denominatur tal-KPIs tat-Tassonomija tagħha; u (ii) tqishom bħala mhux allinjati mat-Tassonomija fin-numeratur tal-KPIs tat-Tassonomija tagħhom. L-impriża li tirrapporta għandha tiddivulga dan it-trattament b’mod trasparenti fl-informazzjoni kuntestwali kif ukoll il-fatt li ma setgħetx tiskrinja l-assi/l-attivitajiet akkwistati għall-allinjament fi tmiem is-sena. Fil-perjodu ta’ rapportar N+1, l-impriża li tirrapporta għandha jew: (i) tissepara l-impatt ta’ dan it-trattament (102) meta tispjega r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla fil-KPIs bejn il-perjodi ta’ rapportar N u N + 1 (jekk l-impriża li tirrapporta ma tiddikjarax mill-ġdid il-KPIs għall-perjodu N); jew (ii) tiddikjara mill-ġdid il-KPIs għall-perjodu N.

153.   Self bankarju jiffinanzja x-xiri u l-installazzjoni ta’ turbini eoliċi/pannelli solari għal dar. Il-bank għandu jirrapporta l-finanzjament tiegħu tax-xiri tat-turbini eoliċi/tal-pannelli solari skont it-Taqsima 7.6. “L-installazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli” jew skont it-Taqsima 3.1. “Il-manifattura ta’ teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli”? It-Taqsima 7.6. tkopri biss is-servizz jew il-prodott ukoll?

Il-bank għandu jivvaluta skopertura bħal din kontra t-TSC għall-attività rilevanti ffinanzjata. Għall-finanzjament tas-servizz ta’ installazzjoni, il-bank għandu jivvaluta l-allinjament mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar fit-Taqsima 7.6. għall-attività ta’ installazzjoni. Għall-finanzjament tax-xiri tal-prodott tat-teknoloġija rinnovabbli, il-bank għandu jivvaluta l-allinjament mal-kriterji fit-Taqsima 3.1. għall-manifattura tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli. Il-bank għandu jirrapporta l-iskopertura sħiħa fuq ir-ringieli korrispondenti għall-iskoperturi residenzjali fil-livell tal-konsumatur.

154.   L-attività fir-ringiela 6 tal-Mudell 1 fl-Anness XII tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjoni tat-Tassonomija tkopri l-operat tal-bojlers tal-gass fossili (eż. għall-produzzjoni tal-ilma sħun) fil-bini?

L-attivitajiet industrijali biss huma koperti mid-deskrizzjonijiet tal-attivitajiet fil-Mudell 1 tal-Anness XII tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet li jirrifletti attivitajiet industrijali analogi fl-Annessi I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima. Għalhekk, l-operat tal-bojlers tal-gass fossili fil-bini mhuwiex kopert.

155.   L-impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji kif għandhom jinterpretaw it-termini “fondi” u “għandhom skoperturi” għall-mudelli ta’ divulgazzjoni tal-gass fossili u nukleari?

Id-divulgazzjonijiet dwar il-gass fossili u l-attivitajiet nukleari fl-Anness XII tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tad-Divulgazzjonijiet huma relatati mal-KPIs ta’ impriżi mhux finanzjarji u finanzjarji. Madankollu, it-termini “fondi” u “għandhom skoperturi” jappartjenu għad-divulgazzjonijiet tat-Tassonomija tal-impriżi finanzjarji. Jenħtieġ li l-impriżi mhux finanzjarji jidentifikaw u jirrapportaw biss l-attivitajiet li “jwettqu”  (103). Dan għaliex, għall-kuntrarju tal-KPIs tat-Tassonomija tal-impriżi finanzjarji, il-KPIs tat-Tassonomija “applikabbli” ta’ impriżi mhux finanzjarji (fatturat, CapEx, OpEx kif imsemmi fil-formoli) ma jkoprux finanzjamenti u skoperturi għal entità oħra bħal investimenti fi strumenti finanzjarji miżmuma għal negozjar fuq terminu qasir.


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta’ Marzu 2018 “Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli”, COM(2018) 97 final: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52018DC0097.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088, ĠU L 198, 22.6.2020, p.13).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2486 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom, attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u l-protezzjoni tagħhom, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u għad-determinazzjoni ta’ jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L, 2023/2486, 21.11.2023).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2485 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar addizzjonali biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li skonthom ċerti attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dawk l-attivitajiet ma jikkawżawx ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L, 2023/2485, 21.11.2023, p.1).

(8)  Gwida prattika ulterjuri b’eżempji maħduma dwar kif għandhom jimtlew il-mudelli ta’ rapportar tista’ tiġi inkluża fi żmien debitu hawnhekk: https://ec.europa.eu/sustainable-finance-taxonomy/.

(9)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli 2022/C 385/01, C/2022/6937 (ĠU C 385, 6.10.2022, p. 1): https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52022XC1006(01).

(10)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tieni Avviż tal-Kummissjoni), C/2023/6747 (ĠU C, C/2023/305, 20.10.2023): https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2023/305/oj.

(11)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima li jistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lil objettiv ambjentali ieħor, C/2023/6756 (ĠU C, C/2023/267, 20.10.2023): https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2023/267/oj.

(12)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE u rabtiet mar-Regolament dwar Divulgazzjoni Finanzjarja Sostenibbli 2023/C 211/01, C/2023/3719 (ĠU C 211, 16.6.2023, p. 1): https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=OJ%3AJOC_2023_211_R_0001.

(13)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tielet Avviż tal-Kummissjoni), C/2024/7494 (ĠU C, C/2024/6691, 8.11.2024): https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=OJ:C_202406691.

(14)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, id-Dokument tal-4 ta’ Ġunju 2021, “Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja d-dokument Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE).../... li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li taħthom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra” , SWD(2021) 152 final: https://ec.europa.eu/finance/docs/level-2-measures/taxonomy-regulation-delegated-act-2021-2800-impact-assessment_en.pdf.

(15)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ġunju 2023, “Li jakkumpanja d-dokument REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE).../... li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li taħthom attività ekonomika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi u r-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE).../... li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi addizzjonali ta’ skrinjar biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li taħthom ċerti attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u biex jiġi ddeterminat jekk dawk l-attivitajiet jikkawżawx ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra” , SWD (2023) 0239 final: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52023SC0239.

(16)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta’ Ġunju 2023, “ Qafas ta’ finanzjament sostenibbli li jaħdem fil-prattika ”, COM(2023) 317 final: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52023DC0317.

(17)  Id-Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro f’format inklużiv dwar il-futur tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-11 ta’ Marzu 2024. https://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/eurogroup/2024/03/11/.

(18)  Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku.

(19)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(20)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2024, “Kriterji u prinċipji ta’ gwida għall-kunċett ta’ użu essenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-UE li tittratta s-sustanzi kimiċi” , C(2024) 1995 final, https://environment.ec.europa.eu/document/download/fb27e67a-c275-4c47-b570-b3c07f0135e0_en?filename=C_2024_1995_F1_COMMUNICATION_FROM_COMMISSION_EN_V4_P1_3329609.PDF.

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1464 tal-14 ta’ Lulju 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formaldeid u tar-rilaxxaturi tal-formaldeid (ĠU L 180, 17.7.2023, p. 12).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006. (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(23)   https://echa.europa.eu/mt/information-on-chemicals/cl-inventory-database.

(24)  Ir-Regolament (UE) 2024/3110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 2024,/3110, 18.12.2024, p. 1).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859 (ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).

(27)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali. (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).

(28)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(29)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea. (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(30)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar. (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).

(31)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(32)  Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).

(33)  Id-Direttiva (EU/2024/1275) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni). (ĠU L, 2024/1275, 8.5.2024).

(34)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal-31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 2023/2772, 22.12.2023).

(35)  Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139, kif emendat bir-Regolamenti Delegati (UE) 2022/1214 u (UE) 2023/2485 (l-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Klima): Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2486 tas-27 ta’ Ġunju 2023 (l-Att Delegat dwar it-Tassonomija Ambjentali); Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 kif emendat (l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet tat-Tassonomija).

(36)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(37)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(38)  Ir-Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, ĠU L, 2024/1244, 2.5.2024, p. 1.

(39)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni (ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6).

(40)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1001 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-operat tal-Fond għall-Modernizzazzjoni li jsostni investimenti għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ ċerti Stati Membri (ĠU L 221, 10.7.2020, p. 107).

(41)  Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).

(42)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni) (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(43)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE.

(44)  Ir-Regolament (UE) 2023/2405 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation) (ĠU L, 2023/2405, 31.10.2023).

(45)  Id-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2015/652/UE (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023).

(46)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (riformulazzjoni) (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

(47)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(48)  Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

(49)  Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1).

(50)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar. (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).

(51)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1).

(52)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2486 tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom, attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u l-protezzjoni tagħhom, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u għad-determinazzjoni ta’ jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L, 2023/2486, 21.11.2023).

(53)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(54)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tielet Avviż tal-Kummissjoni) (ĠU C 2024,/6691, 8.11.2024).

(55)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(56)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma. (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(57)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

(58)   ĠU C 211, 16.6.2023, p. 1.

(59)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.

(60)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017, ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30.

(61)  Pereżempju, fit-Taqsima 5.2. tal-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija fir-rigward tal-Ambjent, id-deskrizzjoni tal-attività fir-rigward tal-prodotti koperti mill-attività tiddikjara li “l-attività ekonomika hija relatata ma’ spare parts li jintużaw fi prodotti manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE C26 Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, C27 Manifattura ta’ tagħmir elettriku, C28.22 Manifattura ta’ tagħmir tal-irfigħ u tal-immaniġġar, C28.23 Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju (ħlief kompjuters u tagħmir periferali), C28.24 Manifattura ta’ għodod tal-idejn imħaddma bl-enerġija u C31 Manifattura ta’ għamara.” Dawk il-kodiċijiet tan-NACE jirreferu għall-prodotti koperti mill-attività u mhux għall-attività nnifisha. B’kuntrast ma’ dan, l-aħħar sentenza tal-istess deskrizzjoni tal-attività tipprovdi li “l-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari G46 u G47”. Dawk il-kodiċijiet tan-NACE huma relatati mal-attività ekonomika (f’dan il-każ il-bejgħ).

(62)  Pereżempju, it-Taqsima 3.6. “Il-manifattura ta’ teknoloġiji oħra b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju”, it-Taqsima 3.13. “Il-manifattura tal-kloru”, Taqsima 3.14. “Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi”, it-Taqsima 4.5. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija idroelettrika”, it-Taqsima 4.6. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-enerġija ġeotermali” jew it-Taqsima 4.7. “Il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn fjuwils gassużi u likwidi mhux fossili rinnovabbli”.

(63)  Ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 73.4 % għall-idroġenu [li jirriżulta f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja inqas minn 3tCO2e/tH2] u ta’ 70 % għall-fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu meta mqabbla ma’ komparatur tal-fjuwils fossili ta’ 94 g CO2e/MJ b’analoġija għall-approċċ stabbilit fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-Anness V tagħha.

(64)  Jekk jogħġbok ara r-Riżoluzzjoni MEPC 324 75 (imo.org).

(65)  Jekk jogħġbok ara r-Riżoluzzjoni MEPC 332 76 (imo.org).

(66)  Id-dettalji tal-kalkoli tal-GRR huma disponibbli fuq is-sit web tal-EASA fuq: [jiddaħħal aktar tard].

(67)  Taħt l-Attività 6.18, il-lokatur jiżgura li l-inġenju tal-ajru fil-punt (b) jew (c) jitħaddem bi fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF) b’mod konsistenti mal-kriterji speċifikati fil-punt (d) u fil-paragrafu 2 tat-Taqsima 6.19 ta’ dan l-Anness.

(68)  Grupp ta’ linji tal-ajru għandu jitqies bħala żewġ impriżi jew aktar li jiffurmaw parti minn entità ekonomika waħda.

(69)  Bażi ta’ Data tal-Unjoni għall-Bijofjuwils — Wiki Pubbliċi — Bażi ta’ Data tal-Unjoni għal Infosit tal-Bijofjuwils — Wiki Pubbliċi tal-KE.

(70)  Jekk jogħġbok ara s-sit web tal-ICAO għal-livelli permessi tat-taħlita ta’ SAF għal kull perkors ta’ produzzjoni tal-SAF: Proċessi ta’ konverżjoni (icao.int).

(71)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima li jistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti

lil objettiv ambjentali ieħor (ĠU C 267, 20.10.2023, p. 1).

(72)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1669 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-ismartphones u tal-islate tablets.

(73)  Ara l-indikatur tal-Livell(i) 2.2: Skart u materjali tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, manwal għall-utent: briefing introduttorju, struzzjonijiet u gwida (Il-verżjoni tal-pubblikazzjoni 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/ UM3_Indicator_2.2_v1.1_40pp.pdf. Għar-rapportar, għandha tintuża l-ispreadsheet Excel li tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: Skart tal-Kostruzzjoni u d-Demolizzjoni (CDW) u materjali Mudell Excel: għall-istima (Livell 2) u r-reġistrazzjoni (Livell 3) tal-ammonti u t-tipi ta’ CDW u d-destinazzjonijiet finali tagħhom (verżjoni 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents.

(74)  Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Oberender, A., Fruergaard Astrup, T., Frydkjær Witte, S., Camboni, M. et al., EU Construction RB Demolition Waste Management Protocol including guidelines for pre-demolition and pre-renovation audits of construction works – Updated edition 2024, Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2873/77980.

(75)  Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Study to support the preparation of Commission guidelines on the definition of backfilling – Final report, L-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet, 2020, https://data.europa.eu/doi/10.2779/382166.

(76)  Dodd N., Donatello S. & Cordella M., 2021. Indikatur tal-Livell/i 1.2: Ċiklu tal-ħajja Globali

Warming Potential (GWP) user manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publikazzjoni

verżjoni 1.1): https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_1.2_v1.1_37pp.pdf.

(77)  Ara s-sit webhttps://ipmsc.org/ .

(78)  Ir-Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, ĠU L, 2024/1244, 2.5.2024, p. 1.

(79)  Sabiex in-natura titreġġa’ lura fil-bliet u tiġi ppremjata l-azzjoni komunitarja, il-Kummissjoni fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità tagħha tappella lill-bliet Ewropej ta’ mill-inqas 20,000 abitant biex jiżviluppaw Pjanijiet ambizzjużi ta’ Ekoloġizzazzjoni Urbana sa tmiem l-2021. Ara wkoll https://environment.ec.europa.eu/topics/urban-environment/urban-nature-platform_en.

(80)  Biex tiffaċilita l-ekoloġizzazzjoni taż-żoni urbani u periurbani skont l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet Pjattaforma tal-UE għall-Ekoloġizzazzjoni Urbana, taħt “Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi” ġdid mal-bliet u s-sindki. Ara wkoll https://environment.ec.europa.eu/topics/urban-environment/green-city-accord_en.

(81)  L-Appendiċi A, il-punt II, tal-Anness I u l-Appendiċi A tal-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima kif ukoll l-Appendiċijiet A, il-punt II, tal-Annessi I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija Ambjentali.

(82)  L-Appendiċi A tal-Anness I u l-Appendiċi A tal-Anness II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima u l-Appendiċijiet A tal-Annessi I, II, III u IV tal-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija.

(83)  It-terminu “evitabbli” f’dan il-kuntest ifisser (i) hemm soluzzjonijiet/teknoloġiji disponibbli li jistgħu jeliminaw jew inaqqsu r-riskju speċifiku identifikat relatat mat-tibdil fil-klima għal-livell meħtieġ biex jiġi evitat it-tfixkil; u (ii) il-kost tal-eliminazzjoni jew tat-tnaqqis tar-riskju għal-livell meħtieġ biex jiġi evitat it-tfixkil ma jaqbiżx il-benefiċċju (eż. il-valur tal-ħsara u t-telf evitati filwaqt li jitqiesu s-severità u l-probabbiltà tagħhom u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni). F’każijiet fejn ir-riskju jitqies li “ma jistax jiġi evitat” abbażi ta’ dawn il-fatturi, għandu jsir tentattiv biex (i) jitnaqqas ir-riskju u l-impatt fuq l-operat tal-attività għall-ogħla livell li jista’ jinkiseb u (ii) jitqassar iż-żmien ta’ rkupru; u r-riskju residwu għandu jitqies.

(84)  Il-kategoriji ewlenin ta’ soluzzjonijiet fiżiċi huma l-infrastruttura fiżika u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi, kif ukoll approċċi bbażati fuq in-natura u bbażati fuq l-ekosistema.

(85)  Il-kategoriji ewlenin ta’ soluzzjonijiet mhux fiżiċi huma l-governanza u s-soluzzjonijiet istituzzjonali (inkluż il-bidu jew il-bidliet tal-prattiki, il-proċessi u l-ġestjoni tal-proċessi, is-sistemi tal-ippjanar, il-monitoraġġ u l-kooperazzjoni u soluzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji simili), kif ukoll approċċi relatati mal-għarfien u mal-bidla fl-imġiba.

(86)  Jekk jogħġbok irreferi għall-FAQ 136 ta’ dan l-Avviż tal-Kummissjoni.

(87)  ECHA (2021), Guidance on the preparation of an application for authorisation: https://echa.europa.eu/documents/10162/17235/authorisation_application_en.pdf/8f8fdb30-707b-4b2f-946f-f4405c64cdc7?t=1610451346310.

(88)  L-ECHA tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi fl-EUCLEF (is-Sejba tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi). Din il-bażi tad-data li tista’ titfittex tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-obbligi eżistenti għal kull sustanza kimika.

(89)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2024. Kriterji ta’ gwida u prinċipji għall-kunċett ta’ użu essenzjali fil-leġiżlazzjoni tal-UE li tittratta s-sustanzi kimiċi, C (2024) 1995 final: https://environment.ec.europa.eu/document/download/fb27e67a-c275-4c47-b570-b3c07f0135e0_en?filename=C_2024_1995_F1_COMMUNICATION_FROM_COMMISSION_EN_V4_P1_3329609.PDF.

(90)  Il-kawża C-98/03, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja (2006 I-00053), il-paragrafu 51; Il-kawża C-418/04, il-Kummissjoni vs l-Irlanda (2007 I-10947), il-paragrafi 232 u 233; Il-kawża C-142/16 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja (ippubblikata fir-Rapporti elettroniċi tal-każijiet), il-paragrafu 29.

(91)  Il-paragrafu 3 tal-Appendiċi D tal-Annessi I u II tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima u l-Annessi I, II u III tal-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija.

(92)  L-Artikolu 6(2), (3) u (4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats japplika wkoll għaż-żoni ta’ protezzjoni speċjali kklassifikati skont id-Direttiva 2009/147/KE dwar l-Għasafar.

(93)  Il-kawża C-258/11 Sweetman u Oħrajn (ippubblikata fir-rapporti elettroniċi tal-każijiet), il-paragrafu 32; Il-kawża C-521/12 Briels u Oħrajn (ippubblikata fir-rapporti elettroniċi tal-każijiet), il-paragrafu 19.

(94)  Il-kawża C-399/14 Grüne Liga Sachsen u Oħrajn (ippubblikata fir-rapporti elettroniċi tal-każijiet), il-paragrafu 54.

(95)  L-attivitajiet ekonomiċi miżjuda jikkonċernaw it-taqsimiet 3.18, 3.19, 3.20, 3.21, 6.18, 6.19 u 6.20 tal-Anness I u t-Taqsimiet 5.13, 7.8., 8.4, 9.3, 14.1 u 14.2 tal-Anness II.

(96)  L-attivitajiet ekonomiċi miżjuda jikkonċernaw it-taqsimiet 3.18, 3.19, 3.20, 3.21, 6.18, 6.19 u 6.20 tal-Anness I u t-Taqsimiet 5.13, 7.8., 8.4, 9.3, 14.1 u 14.2 tal-Anness II.

(97)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(98)  Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-KPIs imsemmija fit-Taqsimiet 1.2.3 u 1.2.4 tal-Anness V tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet tat-Tassonomija (il-KPI tat-tariffi u l-kummissjonijiet u l-GAR għall-portafoll tan-negozjar) għandhom jiġu ddivulgati għall-ewwel darba mill-1 ta’ Jannar 2026.

(99)  Għall-SMEs elenkati li ma jipparteċipawx mill-obbligu li jippubblikaw rapporti dwar is-sostenibbiltà sal-2028 f’konformità mal-Artikolu 19a(7) tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà. L-SMEs elenkati li jagħżlu li ma jipparteċipawx f’dak l-obbligu lanqas ma huma meħtieġa jagħmlu divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija. Ara l-FAQ 145 ta’ dan l-Avviż.

(100)  Id-data tal-applikazzjoni tal-Att Delegat dwar it-Tassonomija Ambjentali.

(101)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet legali tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet tat-Tassonomija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet u assi ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u allinjati mat-Tassonomija (it-tieni Avviż tal-Kummissjoni) (C/2023/305) (ĠU C305, 20.10.2023, p. 1).

(102)  Meta mqabbel max-xenarju kontrofattwali fejn l-attivitajiet akkwistati ġew ivvalutati bħala allinjati mat-Tassonomija fil-perjodu ta’ rapportar N.

(103)  Fil-kuntest tal-fatturat konsolidat, tal-KPIs tal-CapEx u tal-OpEx, dan għandu jkopri attivitajiet imwettqa minn entitajiet koperti minn konsolidazzjoni sħiħa (eż. sussidjarji) u impriżi konġunti kontabbilizzati fuq bażi pro rata li tikkorrispondi għas-sehem tagħhom fl-ekwità tal-impriża konġunta, f’konformità mat-tieni paragrafu tat-Taqsima 1.2.3. tal-Anness I tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjoni tat-Tassonomija.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1373/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top