This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52025XC00352
Publication of an application for the modification of traditional terms in the wine sector pursuant to Article 28(3) and Article 34 of Commission Delegated Regulation (EU) 2019/33 supplementing Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards applications for protection of designations of origin, geographical indications and traditional terms in the wine sector, the objection procedure, restrictions of use, amendments to product specifications, cancellation of protection, and labelling and presentation – Archivní víno, Burčák, Jakostní likérové víno, Jakostní šumivé víno stanovené oblasti (or Sekt s. o.), Jakostní víno, Jakostní víno odrůdové, Jakostní víno s přívlastkem, Jakostní víno známkové, Klaret, Košer (or Košer víno), Krášleno na kvasnicích, Labín, Mešní víno, Mladé víno, Panenská sklizeň, Panenské víno, Pěstitelský sekt, Pozdní sběr, Premium, Rezerva, Růžák, Ryšák, Školeno na kvasnicích, Víno originální certifikace (VOC or V.O.C.), Víno s přívlastkem, Zemské víno, Zrálo na kvasnicích
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-modifika tat-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 28(3) u l-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni — Archivní víno, Burčák, Jakostní likérové víno, Jakostní šumivé víno stanovené oblasti (jew Sekt s. o.), Jakostní víno, Jakostní víno odrůdové, Jakostní víno s přívlastkem, Jakostní víno známkové, Klaret, Košer (jew Košer víno), Krášleno na kvasnicích, Labín, Mešní víno, Mladé víno, Panenská sklizeň, Panenské víno, Pěstitelský sekt, Pozdní sběr, Premium, Rezerva, Růžák, Ryšák, Školeno na kvasnicích, Víno originální certifikace (VOC jew V.O.C.), Víno s přívlastkem, Zemské víno, Zrálo na kvasnicích

C/2025/77
ĠU C, C/2025/352, 20.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/352/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/352 |
20.1.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-modifika tat-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 28(3) u l-Artikolu 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni
“Archivní víno”, “Burčák”, “Jakostní likérové víno”, “Jakostní šumivé víno stanovené oblasti (jew Sekt s. o.)”, “Jakostní víno”, “Jakostní víno odrůdové”, “Jakostní víno s přívlastkem”, “Jakostní víno známkové”, “Klaret”, “Košer (jew Košer víno)”, “Krášleno na kvasnicích”, “Labín”, “Mešní víno”, “Mladé víno”, “Panenská sklizeň”, “Panenské víno”, “Pěstitelský sekt”, “Pozdní sběr”, “Premium”, “Rezerva”, “Růžák”, “Ryšák”, “Školeno na kvasnicích”, “Víno originální certifikace (VOC jew V.O.C.)”, “Víno s přívlastkem”, “Zemské víno”, “Zrálo na kvasnicích”
(C/2025/352)
Fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tista’ tressaq oġġezzjoni lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 27(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (1).
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Archivní víno
Data meta waslet l-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Archivní víno
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
L-ispeċifikazzjoni ta’ kwalità attwali: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid introdott fis-suq mill-inqas 3 snin wara s-sena tal-ħsad.
— |
Modifika applikata: |

Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(b) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Burčák
Data meta waslet l-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Burčák
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Most parzjalment iffermentat b’DOP jew IĠP
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Most parzjalment iffermentat, fejn il-kontenut reali tal-alkoħol huwa ogħla minn perċentwali wieħed tal-volum u iktar baxx minn tlieta minn ħamsa tal-kontenut totali tal-alkoħol.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Most parzjalment iffermentat derivat biss minn għeneb maħsud u pproċessat fir-Repubblika Ċeka. Il-qawwa alkoħolika proprja hija iktar minn 1 fil-mija skont il-volum u inqas minn tlieta minn kull ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali. Jista’ jiġi offrut għall-konsum dirett mill-bniedem bejn l-1 ta’ Awwissu u t-30 ta’ Novembru fis-sena kalendarja li fiha jkun ġie maħsud l-għeneb, dment li l-most parzjalment iffermentat ikun qed jiġi ffermentat.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 15 tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Jakostní likérové víno
Data meta waslet l-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Jakostní likérové víno
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, prodott mill-għeneb maħsud minn vinji kkonċernati fir-reġjun speċifiku, ir-rendiment għal kull ettaru ma nqabiżx, il-produzzjoni saret fir-reġjun tal-inbid speċifiku, fejn ġew maħsuda l-għeneb. l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Likérové víno [“inbid likur”] ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní likérové víno [“inbid likur ta’ kwalità”] prodott minn għeneb maħsud f’vinja adattata għal jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”] u maħsud fl-istess reġjun tal-vitikultura. L-inbid użat għall-produzzjoni ta’ jakostní likérové víno ġie prodott fir-reġjun tal-vitikultura li fih ġie maħsud l-għeneb. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 22(2) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Jakostní šumivé víno stanovené oblasti (or Sekt s. o.)
Data meta waslet l-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Jakostní šumivé víno stanovené oblasti (jew Sekt s. o.)
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, huwa prodott mill-għeneb maħsud minn vinji demarkati fiż-żona kkonċernata, il-produzzjoni tal-inbid użata għall-manifattura ta’ nbid spumanti ta’ kwalità prodott f’reġjun speċifiku sar fir-reġjun tal-vitikultura, fiż-żona demarkata ma nqabiżx ir-rendiment għal kull ettaru skont: l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: Jakostní šumivé víno [“inbid spumanti ta’ kwalità”] ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní šumivé víno stanovené oblasti [“inbid spumanti ta’ kwalità minn żona speċifika”]. Il-cuvée kien prodott minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid spumanti ta’ kwalità minn żona speċifika”] u fl-istess reġjun tal-vitikultura. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata. L-inbid użat għall-produzzjoni ta’ jakostní šumivé víno stanovené oblasti, inkluża l-fermentazzjoni sekondarja, ġie prodott fir-reġjun tal-vitikultura li fih ġie maħsud l-għeneb. Ma tintalab l-ebda protezzjoni għat-terminu “sekt”. |
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 20(3) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Jakostní víno
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Jakostní víno
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, huwa prodott mill-għeneb maħsud minn vinji demarkati fiż-żona kkonċernata, ir-rendiment għal kull ettaru ma tjiebx, l-għeneb li minnu ġie prodott l-inbid, jilħaq kontenut ta’ zokkor mill-inqas 15 °NM. L-għeneb maħsud u l-produzzjoni tal-inbid, bl-eċċezzjoni tal-ibbottiljar, sar fir-reġjun tal-inbid ikkonċernat, u l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno [“inbid ta’ kwalità”]. L-inbid kien prodott minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità” minn żona speċifika”] u fl-istess reġjun tal-vitikultura. Ħlief għat-tiswib tal-għeneb minn ġo flixkun, il-produzzjoni tal-inbid seħħet fir-reġjun tal-vitikultura li fih ġie maħsud l-għeneb. L-għeneb li minnu ġie prodott l-inbid kiseb kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 15 °NM. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 18(2) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Jakostní víno odrмdové
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Jakostní víno odrůdové
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel prodott minn għeneb, polpa, most, inbid prodott mill-għeneb maħsud minn vinji demarkati jew permezz ta’ taħlit ta’ nbejjed ta’ kwalità, u mhux iktar minn tliet varjetajiet.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno odrůdové [“inbid varjetali ta’ kwalità”]. L-inbid huwa prodott minn għeneb, karfa tal-għeneb jew most tal-inbid, jew minn inbid, magħmul minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”], jew billi jitħalltu sa tliet varjetajiet ta’ jakostní víno [“inbid ta’ kwalità”]. L-inbid kien magħmul minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti u fl-istess reġjun tal-vitikultura. Ħlief għat-tiswib tal-inbid minn ġo flixkun, il-produzzjoni tal-inbid seħħet fir-reġjun tal-vitikultura li fih ġie maħsud l-għeneb. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 18(4) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Jakostní víno s přívlastkem
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 2
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Jakostní víno s přívlastkem
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb, polpa, most, possibilment minn inbid magħmul mill-għeneb maħsud minn vinja demarkata fiż-żona jew is-subżona kkonċernata; fejn ma nqabiżx ir-rendiment għal kull ettaru; l-inbid ġie magħmul minn għeneb, li l-oriġini, il-kontenut taz-zokkor u l-piż tiegħu, jekk ikun meħtieġ il-varjetà jew it-taħlit tal-varjetajiet, jew infezzjoni mill-moffa griża Botrytis cinerea P. f’forma ta’ moffa nobbli ġew ivverifikati mill-Ispezzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti għal tip partikolari ta’ nbid ta’ kwalità b’attributi, jew permezz tat-taħlit ta’ nbejjed ta’ kwalità ma’ attributi, l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni, l-inbid ġie kklassifikat mill-Ispezzjoni bħala nbid ta’ kwalità b’wieħed mill-attributi li ġejjin:
— |
Kabinetní víno jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 19 °NM, |
— |
Pozdní sběr jista’ jsir biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 21 °NM, |
— |
Výběr z hroznů jista’ jiġi prodott biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 24 °NM, Výběr z bobulí jitħalla jiġi prodott biss mill-bakek magħżula, li laħqu kontenut taz-zokkor mill-inqas 27 °NM, |
— |
Výběr z cibéb jitħalla jiġi prodott biss mill-bakek magħżul affetwat minn moffa nobbli jew minn bakek misjur iżżejjed, li laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 32 °NM, |
— |
Ledové víno jitħalla jiġi prodott biss mill-għeneb, li nħasad f’temperaturi ta’ –7 °C jew inqas u waqt li kien qed jiġi maħsud u pproċessat inżamm iffriżat u l-inbid miksub irid juri kontenut taz-zokkor mill-inqas 27 °NM, |
— |
Slámové víno jitħalla jiġi prodott biss mill-għeneb, li qabel l-ipproċessar kien maħżun fuq it-tiben jew il-qasab, jekk meħtieġ imdendel f’kamra ventilata għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur, u l-inbid miksub għandu jkollu kontenut taz-zokkor mill-inqas 27 °NM. |
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno s přívlastkem [“inbid ta’ kwalità b’attribut”]. L-inbid huwa prodott minn għeneb, karfa tal-għeneb jew most, jew minn inbid, magħmul minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”]. L-għeneb ġie maħsud fl-istess sottoreġjun tal-vitikultura u l-inbid ġie prodott fir-reġjun tal-vitikultura fejn l-għeneb ġie maħsud. L-inbid kien magħmul minn għeneb li l-oriġini, il-kontenut ta’ zokkor u l-piż, jew il-varjetà jew it-taħlita ta’ varjetajiet, jew l-infestazzjoni b’moffa nobbli Botrytis cinerea tiegħu, ġew ivverifikati mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel. L-għeneb jissodisfa r-rekwiżiti għal kull tip ta’ jakostní víno s přívlastkem jew taħlita ta’ nbejjed jakostní víno s přívlastkem. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata. L-inbid ġie kklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno b’wieħed mill-attributi li ġejjin:
— |
Kabinetní víno [“inbid tal-kabinett”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun mill-inqas 19 °NM. |
— |
Pozdní sběr [“ħsad tard”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun mill-inqas 21 °NM. |
— |
Výběr z hroznů [“selezzjoni tal-għeneb”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li l-kontenut ta’ zokkor tiegħu huwa mill-inqas 24 °NM. |
— |
Výběr z bobulí [“selezzjoni tal-bakek”] jista’ jiġi prodott biss minn bakeke tal-għeneb magħżul li l-kontenut taz-zokkor tiegħu huwa mill-inqas 27 °NM. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
— |
Výběr z cibéb [“selezzjoni tal-għeneb imqadded”] jista’ jiġi prodott biss minn bakek magħżula li huma infettati minn moffa nobbli jew misjura żżejjed, u li l-kontenut ta’ zokkor tagħhom huwa mill-inqas 32 °NM. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
— |
Ledové víno [“ice wine”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li jkun inħasad f’temperatura ta’ -7 °C jew inqas u li, matul il-ħsad u l-ipproċessar, ikun tħalla ffriżat; il-most li jirriżulta għandu jkollu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 27 °NM. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
— |
Slámové víno [“inbid tat-tiben”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li, qabel l-ipproċessar, kien maħżun fuq it-tiben jew il-qasab jew imdendel f’kamra ventilata għal perjodu ta’ mill-inqas 3 xhur, bil-most miksub juri kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 27 °NM. Meta l-most juri kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 32 °NM wara xahrejn, jista’ jsir l-għasir. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 19 tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Jakostní víno známkové
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
Terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Jakostní víno známkové
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid, ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb, polpa, most tal-inbid, possibilment minn inbid magħmul mill-għeneb maħsud minn vinja demarkata.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno známkové [“inbid bil-marka ta’ kwalità”]. L-inbid huwa prodott minn taħlita ta’ għeneb, karfa tal-għeneb jew most tal-inbid, jew minn inbid, magħmul minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”], jew bit-taħlit ta’ jakostní víno [“inbid ta’ kwalità”]. L-inbid kien magħmul minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti u fl-istess reġjun tal-vitikultura. Ħlief għat-tiswib tal-inbid minn ġo flixkun, il-produzzjoni tal-inbid seħħet fir-reġjun tal-vitikultura li fih ġie maħsud l-għeneb. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 18(5) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċernat-terminu tradizzjonali Klaret
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Klaret
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid magħmul minn għeneb iswed mingħajr fermentazzjoni fil-qxur.
— |
Modifika applikata: |
Inbid abjad magħmul minn għeneb iswed mingħajr fermentazzjoni.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(f) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Košer (or Košer víno)
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Košer (jew Košer víno)
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid li ġie magħmul bil-metodu liturġiku fis-sens tar-regoli tal-Kongregazzjoni Lhudija.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
L-inbid jista’ jiġi identifikat b’dan il-mod jekk ikun ingħata kunsens bil-miktub mill-komunità tad-denominazzjoni jew reliġjuża kkonċernata għall-introduzzjoni fis-suq tal-inbid hekk identifikat. L-introduzzjoni fis-suq ta’ nbid hekk identifikat mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tad-denominazzjoni jew tal-komunità reliġjuża kkonċernata huwa pprojbit.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 16(5) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Krášleno na kvasnicích
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Krášleno na kvasnicích
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Waqt il-produzzjoni, l-inbid ikun tħalla fuq il-karfa għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur.
— |
Modifika applikata: |
Matul il-produzzjoni l-inbid tħalla fuq il-ħmira għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(e) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Labín
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Labín
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid minn għeneb iswed, li ġie magħmul mingħajr fermentazzjoni fil-qxur fir-reġjun tal-inbid Ċek.
— |
Modifika applikata: |
Inbid magħmul minn għeneb iswed mingħajr fermentazzjoni fir-reġjun tal-vitikultura Čechy.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(g) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Mešní víno
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Mešní víno
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid li ġie magħmul bil-metodu liturġiku u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-użu waqt l-atti liturġiċi fi ħdan il-qafas taċ-ċelebrazzjoni tal-Knisja Kattolika.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
L-inbid jista’ jiġi identifikat b’dan il-mod jekk ikun ingħata kunsens bil-miktub mill-komunità tad-denominazzjoni jew dik reliġjuża kkonċernata għall-introduzzjoni fis-suq tal-inbid hekk identifikat. L-introduzzjoni fis-suq ta’ nbid hekk identifikat mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-komunità tad-denominazzjoni jew dik reliġjuża kkonċernata, huwa pprojbit.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 16(5) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Mladé víno
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Mladé víno
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid offrut lill-konsumatur finali għall-konsum, l-iktar tard sal-aħħar tas-sena kalendarja, li fiha nħasad l-għeneb użat għall-produzzjoni ta’ dan l-inbid.
— |
Modifika applikata: |
Inbid għall-konsum mill-konsumatur finali, introdott fis-suq sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April tas-sena ta’ wara s-sena tal-ħsad tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(c) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Panenská sklizeň
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Panenská sklizeň
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid joriġina mill-ewwel ħsad tal-vinja; minħabba li l-ewwel ħsad tal-vinja huwa kkunsidrat il-ħsad li jsir fit-tielet sena tal-pjantazzjoni tal-vinja.
— |
Modifika applikata: |
Inbid mill-ewwel ħsad tal-vinja; l-ewwel ħsad tal-vinja jitqies bħala ħsad li jsir mhux qabel it-tieni sena wara t-tħawwil tad-dwieli.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(d) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Panenské víno
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Panenské víno
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid joriġina mill-ewwel ħsad tal-vinja; minħabba li l-ewwel ħsad tal-vinja huwa kkunsidrat il-ħsad li jsir fit-tielet sena tal-pjantazzjoni tal-vinja.
— |
Modifika applikata: |
Inbid mill-ewwel ħsad tal-vinja; l-ewwel ħsad tal-vinja jitqies bħala l-ħsad li jsir, l-iktar kmieni, fit-tieni sena wara t-tħawwil tad-dwieli.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(d) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Pěstitelský sekt
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 2
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Pěstitelský sekt
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-kategorija jew il-kategoriji attwali tal-prodotti tad-dwieli introdotta fis-suq u li għalihom tapplika l-protezzjoni: |
Inbid spumanti
— |
Kategorija jew kategoriji applikati tal-prodotti tad-dwieli introdotti fis-suq u li għalihom tapplika l-protezzjoni: |
Inbid spumanti ta’ kwalità
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid spumanti kklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-regolamenti tal-Komunità Ewropea għall-inbid spumanti ta’ kwalità magħmul f’reġjun speċifiku minn għeneb mill-vinji tal-vinikultur. Ma tintalab l-ebda protezzjoni dwar it-terminu “sekt”.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Jakostní šumivé víno [“inbid spumanti ta’ kwalità”] ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala pěstitelský sekt [“inbid spumanti tal-produttur”]. L-inbid huwa prodott minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”]. L-għeneb irid jinħasad fl-istess fabbrika tal-inbid li fiha l-produttur ikun wettaq il-vinifikazzjoni tal-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed jakostní šumivé víno. L-għeneb użat għall-produzzjoni tal-cuvée kien jinħasad fl-istess reġjun tal-vitikultura. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata. Ma tintalab l-ebda protezzjoni għat-terminu “sekt”.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 20(4) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Pozdní sběr
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 2
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Pozdní sběr
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Prague 1, Czech Republic
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, huwa magħmul mill-għeneb maħsud minn vinji demarkati fiż-żona kkonċernata, ir-rendiment għal kull ettaru ma tjiebx, l-għeneb li minnu jsir l-inbid laħaq il-kontenut taz-zokkor ta’ mill-inqas 21 °NM, l-għeneb maħsud u l-produzzjoni tal-inbid, bl-eċċezzjoni tal-ibbottiljar, saru fir-reġjun tal-inbid ikkonċernat, u l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno s přívlastkem pozdní sběr [“inbid ta’ kwalità bl-attribut ta’ 'ħsad tard’”] jew víno s přívlastkem pozdní sběr [“inbid bl-attribut ta’ 'ħsad tard’”]. Inbid magħmul minn għeneb, karfa tal-għeneb jew most, jew minn inbid, magħmul mill-għeneb maħsud minn vinja adattata għal jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”] u fl-istess sottoreġjun tal-vitikultura; Il-produzzjoni saret fir-reġjun tal-vitikultura li fih inħasad l-għeneb. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata. L-inbid kien magħmul minn għeneb li l-oriġini, il-kontenut ta’ zokkor jew il-varjetà jew it-taħlita ta’ varjetajiet u l-massa tiegħu ġew ivverifikati mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel u li l-kontenut taz-zokkor tiegħu huwa mill-inqas 21 °NM.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 19(6) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Premium
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Premium
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Prague 1, Czech Republic
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid bl-attributi tat-tipi – għażla ta’ għeneb, għażla ta’ bakek jew għażla ta’ bakek imqadded– ġie magħmul minn għeneb, li mill-inqas 30 % minnu kien affetwat mill-moffa nobbli Botrytis cinerea P.
— |
Modifika applikata: |
Jakostní víno [“inbid ta’ kwalità”] b’attribut li jiddeskrivi t-tip ta’ għażla tal-għeneb, l-għażla ta’ bakek jew l-għażla ta’ bakek imqadded u prodotti minn għeneb li minnu mill-inqas 30 % ġew infestati bil-moffa nobbli Botrytis cinerea.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(3)(d) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Rezerva
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Rezerva
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel. +420 221811111, Email: info@mze.cz,.
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid imqaddem għal mill-inqas 24 xahar f’bettija tal-injam u fil-flixkun sussegwentement, filwaqt li mill-inqas 12-il xahar għall-inbid aħmar u 6 xhur għall-inbid abjad jew rożè f’bettija.
— |
Modifika applikata: |
Inbid, eskluż l-inbid spumanti u semispumanti, li jitqaddem għal mill-inqas 24 xahar, li mill-inqas 12-il xahar minnu jkun fi btieti tal-injam fil-każ ta’ nbid aħmar u 6 xhur fil-każ ta’ nbejjed bojod u rożè, u l-bqija tal-perjodu fil-fliexken.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(3)(a) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Růžák
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Růžák
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email:info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid magħmul mit-taħlita tal-għeneb jew mill-most minn għeneb abjad, jekk meħtieġ minn għeneb aħmar jew iswed.
— |
Modifika applikata: |
Inbid ta’ lewn il-berquq, roża, salamun jew roża skur magħmul esklussivament minn taħlita ta’:
1. |
bakek tal-għeneb iswed u abjad jew aħmar; taħlita ta’ bakek tal-għeneb iswed, abjad u aħmar hija aċċettabbli wkoll; jew |
2. |
most minn bakek tal-għeneb iswed u abjad jew aħmar; taħlita ta’ bakek tal-għeneb iswed, abjad u aħmar hija aċċettabbli wkoll. |
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(a) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Ryšák
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Ryšák
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid magħmul mit-taħlita tal-għeneb jew mill-most minn għeneb abjad, jekk meħtieġ minn għeneb aħmar jew iswed.
— |
Modifika applikata: |
Inbid ta’ lewn il-berquq, roża, salamun jew roża skur magħmul esklussivament minn taħlita ta’:
1. |
bakek tal-għeneb iswed u abjad jew aħmar; taħlita ta’ bakek tal-għeneb iswed, abjad u aħmar hija aċċettabbli wkoll; jew |
2. |
most minn bakek tal-għeneb iswed u abjad jew aħmar; taħlita ta’ bakek tal-għeneb iswed, abjad u aħmar hija aċċettabbli wkoll. |
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(a) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Školeno na kvasnicích
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Školeno na kvasnicích
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Waqt il-produzzjoni, l-inbid ikun tħalla fuq il-karfa għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur.
— |
Modifika applikata: |
Matul il-produzzjoni l-inbid tħalla fuq il-ħmira għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(e) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Víno originální certifikace (VOC or V.O.C.)
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Víno originální certifikace (VOC jew V.O.C.)
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
L-inbid irid isir fl-istess territorju jew f’territorju iżgħar mir-reġjun tal-inbid; il-produttur irid ikun membru tal-assoċjazzjoni, li hija awtorizzata tagħti d-denominazzjoni tal-inbid biċ-ċertifikazzjoni oriġinali skont l-att; l-inbid li għall-inqas jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kwalità rigward l-inbid ta’ kwalità skont dan l-att, l-inbid jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni dwar il-permess li tingħata d-denominazzjoni tal-oriġini; barra minn hekk, irid jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti b’dan l-att għal tipi partikolari ta’ nbid.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
L-inbid irid jiġi prodott fl-istess territorju bħar-reġjun tal-inbid jew f’territorju iżgħar minnu. Il-produttur irid ikun membru ta’ assoċjazzjoni li hija awtorizzata li tagħti d-denominazzjoni víno originální certifikace [“inbid ta’ ċertifikazzjoni oriġinali”]. L-inbid irid jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità għall-inbejjed jakostní víno [“inbid ta’ kwalità”]. L-inbid jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni li tawtorizza l-għoti ta’ denominazzjoni víno originální certifikace.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 23 tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Víno s přívlastkem
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023:
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 2
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Víno s přívlastkem
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel, magħmul mill-għeneb, polpa, most, possibilment minn inbid magħmul mill-għeneb maħsud minn vinja demarkata fiż-żona jew is-subżona kkonċernata; fejn ma nqabiżx ir-rendiment għal kull ettaru; l-inbid ġie magħmul minn għeneb, li l-oriġini, il-kontenut taz-zokkor u l-piż tiegħu, jekk ikun meħtieġ il-varjetà jew it-taħlit tal-varjetajiet, jew infezzjoni mill-moffa griża Botrytis cinerea P. f’forma ta’ moffa nobbli ġew ivverifikati mill-Ispezzjoni u jikkonformaw mar-rekwiżiti għal tip partikolari ta’ nbid ta’ kwalità b’attributi, jew permezz tat-taħlit ta’ nbejjed ta’ kwalità ma’ attributi, l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni, l-inbid ġie kklassifikat mill-Ispezzjoni bħala nbid ta’ kwalità b’wieħed mill-attributi li ġejjin:
— |
Kabinetní víno jista’ jiġi prodott biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 19 °NM, Pozdní sběr jista’ jiġi prodott biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 21 °NM, |
— |
Výběr z hroznů jista’ jiġi prodott biss mill-għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jilħaq mill-inqas 24 °NM, Výběr z bobulí jista’ jitħalla jiġi prodott biss mill-bakek magħżula, li laħaq il-kontenut taz-zokkor mill-inqas 27 °NM, |
— |
Výběr z cibéb jitħalla jiġi prodott biss mill-bakek magħżul affetwat minn moffa nobbli jew minn bakek misjur iżżejjed, li laħaq kontenut taz-zokkor mill-inqas 32 °NM, |
— |
Ledové víno jitħalla jiġi prodott biss mill-għeneb, li nħasad f’temperaturi ta’ –7 °C jew inqas u waqt li kien qed jiġi maħsud u pproċessat inżamm iffriżat u l-inbid miksub irid juri kontenut taz-zokkor mill-inqas 27 °NM, |
— |
Slámové víno jitħalla jiġi prodott biss mill-għeneb, li qabel l-ipproċessar kien maħżun fuq it-tiben jew il-qasab, jekk meħtieġ imdendel f’kamra ventilata għal perjodu ta’ mill-inqas tliet xhur, u l-inbid miksub għandu jkollu kontenut taz-zokkor mill-inqas 27 °NM. |
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Inbid ikklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno s přívlastkem [“inbid ta’ kwalità b’attribut”]. L-inbid huwa prodott minn għeneb, karfa tal-għeneb jew most, jew minn inbid, prodott minn għeneb maħsud minn vinja adattata għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”]. L-għeneb ġie maħsud fl-istess sottoreġjun tal-vitikultura u l-inbid ġie prodott fir-reġjun tal-vitikultura fejn l-għeneb ġie maħsud. L-inbid kien magħmul minn għeneb li l-oriġini, il-kontenut ta’ zokkor u l-piż, jew il-varjetà jew it-taħlita ta’ varjetajiet, jew l-infestazzjoni b’moffa nobbli Botrytis cinerea tiegħu, ġew ivverifikati mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel. L-għeneb jissodisfa r-rekwiżiti għal kull tip ta’ jakostní víno s přívlastkem jew taħlita ta’ nbejjed jakostní víno s přívlastkem. Ir-rendiment għal kull ettaru tal-vinja li fuqha tkabbar l-għeneb ma kienx jaqbeż l-14-il tunnellata. L-inbid ġie kklassifikat mill-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni Agrikola u tal-Ikel bħala jakostní víno b’wieħed mill-attributi li ġejjin:
— |
Kabinetní víno [“inbid tal-kabinett”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun mill-inqas 19 °NM. |
— |
Pozdní sběr [“ħsad tard”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li l-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun mill-inqas 21 °NM. |
— |
Výběr z hroznů [“selezzjoni tal-għeneb”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li l-kontenut ta’ zokkor tiegħu huwa mill-inqas 24 °NM. |
— |
Výběr z bobulí [“selezzjoni tal-bakek”] jista’ jiġi prodott biss minn frott tal-għeneb magħżul li l-kontenut taz-zokkor tiegħu huwa mill-inqas 27 °NM. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
— |
Výběr z cibéb [“selezzjoni tal-għeneb imqadded”] jista’ jiġi prodott biss minn bakek magħżula li huma infettati minn moffa nobbli jew misjura żżejjed, u li l-kontenut ta’ zokkor tagħhom huwa mill-inqas 32 °NM. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
— |
Ledové víno (“ice wine”) jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li jkun inħasad f’temperatura ta’ -7 °C jew inqas u li, matul il-ħsad u l-ipproċessar, ikun tħalla ffriżat; il-most li jirriżulta għandu jkollu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 27 °NM. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
— |
Slámové víno [“inbid tat-tiben”] jista’ jiġi prodott biss minn għeneb li, qabel l-ipproċessar, kien maħżun fuq it-tiben jew il-qasab jew imdendel f’kamra ventilata għal perjodu ta’ mill-inqas 3 xhur, bil-most miksub juri kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 27 °NM. Meta l-most juri kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 32 °NM wara xahrejn, jista’ jsir l-għasir. L-għeneb jinħasad bl-idejn. |
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 19 tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Zemské víno
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Zemské víno
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1 ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Inbid prodott mill-għeneb maħsud fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, li huwa adattat għall-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità fir-reġjun speċifiku, jew mill-varjetajiet li huma introdotti fil-lista tal-varjetajiet fir-regolament legali ta’ implimentazzjoni, jista’ jiġi ttikkettat biss bl-indikazzjoni ġeografika stabbilita mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni; għall-produzzjoni tal-inbid b’indikazzjoni ġeografika jista’ jintuża biss għeneb, li minnu ġie prodott l-inbid, u li l-kontenut taz-zokkor tiegħu laħaq għall-inqas 14 °NM u li nħasad fl-unità ġeografika, li turi l-indikazzjoni ġeografika skont dan il-paragrafu u tikkonforma mar-rekwiżiti rigward il-kwalità stabbiliti mir-regolament legali ta’ implimentazzjoni; mhuwiex permess l-użu ta’ isem ta’ unità ġeografika oħra li hija differenti minn dik imsemmija fir-regolament legali ta’ implimentazzjoni.
— |
Modifika tad-definizzjoni applikata: |
Inbid prodott minn għeneb maħsud fir-Repubblika Ċeka u adattat għall-produzzjoni ta’ jakostní víno stanovené oblasti [“inbid ta’ kwalità minn żona speċifika”], jew minn varjetajiet preskritti li ddaħħlu fil-lista tal-varjetajiet stabbilita minn regolament legali ta’ implimentazzjoni. L-għeneb jiġi biss mir-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid Čechy jew mir-reġjun tal-vitikultura ta’ Morava biss u jkun sar inbid f’dik iż-żona. L-għeneb għandu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 14 °NM.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 17 tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 321/2004.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
Applikazzjoni għal modifika li tikkonċerna t-terminu tradizzjonali Zrálo na kvasnicích
Data tal-wasla tal-applikazzjoni: 9.11.2023
Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 1
Lingwa tal-applikazzjoni għal modifika: Iċ-Ċek
Numru tal-fajl: Ares(2023)7688953
It-terminu tradizzjonali li għalih qed tintalab il-modifika: Zrálo na kvasnicích
Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż): Těšnov 65/17, 110 00 Praga 1, ir-Repubblika Ċeka
Nazzjonalità:
Telefown, fax, email: Tel.+420 221811111, Email: info@mze.cz
Deskrizzjoni tal-modifika:
— |
Speċifikazzjoni attwali ta’ kwalità: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)
— |
Speċifikazzjoni ta’ kwalità applikata: |
Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)
— |
Il-formulazzjoni attwali: |
Waqt il-produzzjoni, l-inbid ikun tħalla fuq il-karfa mill-inqas 6 xhur.
— |
Modifika applikata: |
Matul il-produzzjoni l-inbid tħalla fuq il-ħmira għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur.
Spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-modifika
L-emenda proposta hija konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali attwalment fis-seħħ, li hija t-Taqsima 7(2)(e) tad-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 88/2017, kif emendat bid-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 305/2023.
Isem il-firmatarju: Dipartiment tal-Inbejjed, Ministeru tal-Agrikoltura
Firma:
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/34/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/352/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)