Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025PC0042

Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati tal-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna

COM/2025/42 final

Brussell, 4.2.2025

COM(2025) 42 final

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati tal-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

B’din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni qed titlob l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill biex tiftaħ negozjati dwar l-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna (minn hawn ’il quddiem: “l-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet”), li se jirrieżamina, jivvaluta u jieħu deċiżjonijiet dwar it-talbiet eliġibbli rreġistrati fir-Reġistru tad-Danni Kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u jiddetermina l-kumpens dovut f’kull każ.

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Fl-14 ta’ Novembru 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-riżoluzzjoni ES-11/5 1 , (“ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU”) intitolata “Furtherance of remedy and reparation for aggression against Ukraine” (Il-progress fir-rimedju u r-riparazzjonijiet tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna), li fiha l-Assemblea Ġenerali rrikonoxxiet li l-Federazzjoni Russa trid tinżamm responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-dritt internazzjonali fl-Ukrajna jew kontriha, inkluż l-aggressjoni tagħha bi ksur tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll kwalunkwe ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u li trid iġġarrab il-konsegwenzi legali tal-atti kollha tagħha internazzjonalment ħżiena, inkluż li tagħmel riparazzjoni għall-korriment, inkluż kwalunkwe dannu, ikkawżat minn tali atti.

Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet ukoll il-ħtieġa għall-istabbiliment, f’kooperazzjoni mal-Ukrajna, ta’ mekkaniżmu internazzjonali għal riparazzjoni għal ħsara, telf jew korriment, li jirriżultaw minn atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontriha; u rrakkomandat il-ħolqien mill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Ukrajna, ta’ reġistru internazzjonali tad-danni biex iservi bħala rekord, f’forma dokumentarja, ta’ evidenza u informazzjoni dwar talbiet dwar dannu, telf, jew korriment lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha kkonċernati, kif ukoll lill-Istat tal-Ukrajna, ikkawżati minn atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontriha, kif ukoll biex jippromwovu u jikkoordinaw il-ġbir tal-evidenza.

F’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, l-Istati adottaw approċċ gradwali, li l-ewwel għażlu li jistabbilixxu r-Reġistru, li għandu jiġi segwit mill-elementi l-oħra tal-mekkaniżmu ta’ kumpens, jiġifieri Kummissjoni għat-Talbiet u Fond ta’ Kumpens. Dan l-approċċ ġie rifless fl-Istatut tar-Reġistru, fejn huwa rikonoxxut li r-Reġistru, inkluż il-pjattaforma diġitali tiegħu bid-data kollha dwar it-talbiet u l-evidenza rreġistrata fih, huwa maħsub bħala l-ewwel komponent tal-mekkaniżmu ta’ kumpens li għandu jiġi stabbilit minn strument internazzjonali separat f’kooperazzjoni mal-Ukrajna 2 .

Fit-12 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta r-Riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Reġistru tad-Danni kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna (minn hawn ’il quddiem: “Reġistru tad-Danni” jew “Reġistru”) 3 .

Ir-reġistru tad-Danni, imħabbar fir-4 Summit tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-Kunsill tal-Ewropa f’Reykjavik (is-16 u s-17 ta’ Mejju 2023), iservi bħala rekord, f’forma dokumentarja, ta’ evidenza u informazzjoni dwar talbiet dwar dannu, telf jew korriment ikkawżati lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha kkonċernati, kif ukoll l-Istat tal-Ukrajna, fl-24 ta’ Frar 2022 jew wara fit-territorju tal-Ukrajna mill-atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontriha.

L-Unjoni ngħaqdet mal-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Reġistru tad-Danni bħala Membru Assoċjat fundatur permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata fil-11 ta’ Mejju 2023, skont l-Artikolu 212 tat-TFUE 4 . Fit-22 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni dwar il-bidla fl-istatus tal-Unjoni minn Membru Assoċjat għal Parteċipant 5 , u b’hekk tenna l-impenn sod tal-Unjoni għall-attivitajiet tar-Reġistru, inkluż permezz tal-ħlas tal-kontribuzzjoni obbligatorja annwali.

Bl-istabbiliment tar-Reġistru tad-Danni, il-Kunsill tal-Ewropa u l-fundaturi tar-Reġistru segwew ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

Fil-Konferenza Ministerjali “Restoring Justice for Ukraine” tat-2 ta’ April 2024, fejn ir-Reġistru nieda uffiċjalment l-attivitajiet tiegħu, l-Istati interessati qablu li jorganizzaw laqgħa fi żmien debitu biex jiddiskutu abbozz ta’ strument dwar l-istabbiliment ta’ Kummissjoni għat-Talbiet bħala l-pass li jmiss lejn mekkaniżmu ta’ kumpens għall-Ukrajna.

Sussegwentement, is-Segretarjat tar-Reġistru tad-Danni ħejja “abbozz żero” tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet (minn hawn ’il quddiem: “abbozz ta’ strument”) u, flimkien mal-Ukrajna u n-Netherlands, organizzaw laqgħat preparatorji għall-iskambju ta’ fehmiet preliminari dwar tali abbozz u l-verżjonijiet riveduti ulterjuri tiegħu (id-9 u l-10 ta’ Lulju 2024, it-12 u t-13 ta’ Settembru 2024 u bejn it-13 u l-15 ta’ Novembru 2024; u bejn it-28 u t-30 ta’ Jannar 2025). L-94 Stat li vvutaw favur ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU msemmija hawn fuq ġew mistiedna għal-laqgħat. Matul dawn il-laqgħat, id-delegazzjonijiet ġew imħeġġa jfittxu mandat biex jipparteċipaw f’Konferenza Diplomatika futura biex jadottaw u jiffirmaw l-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet, b’kont meħud li dan jista’ jieħu l-forma ta’ strument internazzjonali legalment vinkolanti.

F’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-abbozz tal-istrument, il-Kummissjoni għat-Talbiet jenħtieġ li tkun korp amministrattiv biex tirrieżamina, tivvaluta u tiddeċiedi talbiet eliġibbli u tiddetermina l-ammont ta’ kumpens dovut f’kull każ. Għal dan l-għan, l-abbozz tal-istrument jipprevedi li l-ħidma tar-Reġistru għandha tiġi ttrasferita lill-Kummissjoni għat-Talbiet, inkluż il-faċilitajiet u r-riżorsi għall-bini amministrattiv tagħha.

L-abbozz tal-istrument tħejja bil-fehim li għad m’hemmx kunsens fir-rigward tal-qafas istituzzjonali tal-Kummissjoni għat-Talbiet futura, jew il-funzjonament u l-governanza tagħha. Fil-laqgħat preparatorji li saru s’issa, l-Istati parteċipanti ddiskutew l-għażliet li ġejjin għall-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Talbiet: (i) taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Ewropa permezz ta’ konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa; (ii) permezz ta’ strument internazzjonali awtonomu li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet; (iii) permezz ta’ strument internazzjonali awtonomu li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet, li madankollu tiddependi fuq l-appoġġ segretarjali mill-Kunsill tal-Ewropa (l-hekk imsejjaħ “mudell ibridu”). In-negozjati formali tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet huma madankollu mistennija li jibdew sa Marzu 2025.

L-għan ta’ din ir-rakkomandazzjoni huwa għalhekk li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni f’waqtha tal-Unjoni fin-negozjati li ġejjin tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet li matulhom se jintlaħaq qbil dwar in-natura ta’ tali strument, il-karatteristiċi tal-Kummissjoni għat-Talbiet u r-regoli rilevanti kollha dwar il-qafas, il-governanza u l-funzjonament tiegħu.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fin-negozjati tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet hija konsistenti mal-impenn tagħha li tiżgura li d-danni kkawżati mill-aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna u ksur ieħor tad-dritt internazzjonali mill-Federazzjoni Russa jiġu kkumpensati kif xieraq. Dan l-impenn diġà ntwera mill-parteċipazzjoni tal-Unjoni, l-ewwel bħala Membru Assoċjat fundatur u mbagħad bħala Parteċipant, fil-Ftehim Parzjali Estiż li jistabbilixxi r-Reġistru tad-Danni.

Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fl-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Talbiet tikkomplementa diversi inizjattivi meħuda fil-livell tal-Unjoni minn Frar 2022, li għandhom l-għan li jiżguraw li l-Federazzjoni Russa tinżamm responsabbli għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u li l-individwi responsabbli għad-delitti internazzjonali mwettqa fl-Ukrajna u kontriha jitressqu quddiem il-ġustizzja. B’mod partikolari, l-Unjoni ppermettiet it-twaqqif taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna (International Centre for the Prosecution of the Crime of Aggression against Ukraine, ICPA) fl-Eurojust. L-Eurojust ilha tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-SIK u fl-ICPA permezz tal-appoġġ operazzjonali, tekniku, loġistiku u finanzjarju mfassal apposta tagħha, inkluż permezz tal-Bażi ta’ Data ta’ Evidenza dwar Delitti Internazzjonali Ewlenin tagħha. Din il-proposta hija bl-istess mod konsistenti mal-parteċipazzjoni tal-Unjoni f’fora u strutturi internazzjonali mmirati lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jinvestigaw id-delitti internazzjonali mwettqa fl-Ukrajna u kontra l-Ukrajna u li jiżguraw li ma jkunx hemm impunità għal tali reati. Dawn il-fora jinkludu l-Grupp Konsultattiv dwar l-Atroċitajiet bejn l-Istati Uniti u l-UE li jiffaċilita l-assistenza minn esperti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna, kif ukoll il-Grupp ta’ Djalogu, li jaġixxi bħala pjattaforma internazzjonali ta’ koordinazzjoni għal inizjattivi li jikkonċernaw l-appoġġ għall-kapaċitajiet investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tal-Ukrajna, azzjonijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ). .

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-appoġġ sod tal-Unjoni għall-Ukrajna jirrifletti impenn kondiviż għall-prinċipji demokratiċi u għas-salvagwardja tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-paċi fl-Ewropa. Għalhekk, din il-proposta hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw l-ordni internazzjonali u l-paċi fl-Ewropa, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni attwali kontra l-Ukrajna. L-Unjoni ngħaqdet mar-Reġistru tad-Danni bħala Parteċipant sħiħ, li huwa konsistenti mal-kooperazzjoni li ilha teżisti mal-Kunsill tal-Ewropa fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna 6 , adottat abbażi tal-Artikolu 212 tat-TFUE, għandu l-għan li “jappoġġa inizjattivi u korpi u organizzazzjonijiet involuti fl-appoġġ u l-infurzar tad-demokrazija, il-ġustizzja internazzjonali u l-isforzi kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna” (l-Artikolu 3(i)) u “jsaħħaħ il-konformità mad-dritt internazzjonali” (l-Artikolu 3(h)).

Fl-aħħar nett, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi ssalvagwardjata l-paċi, jiġu evitati l-kunflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f’konformità mal-Karta tan-NU, l-Unjoni adottat ammont bla preċedent ta’ miżuri restrittivi kontra l-Federazzjoni Russa bil-ħsieb li żżid il-kostijiet tal-Federazzjoni Russa għall-azzjonijiet illegali tagħha u li xxekkel il-kapaċità tagħha li tkompli bl-aggressjoni tagħha. Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tal-miżuri restrittivi, l-Unjoni, fost l-oħrajn, stabbiliet it-Task Force “Iffriżar u Sekwestru”, adottat Direttiva li tarmonizza d-definizzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni u l-pieni kriminali għall-ksur tagħhom 7 . Il-Kummissjoni ħatret Rappreżentant tas-Sanzjonijiet tal-UE biex tiżgura diskussjonijiet kontinwi u ta’ livell għoli ma’ pajjiżi terzi biex jiġu evitati l-evażjoni jew iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk adottati kontra r-Russja, u ppubblikat gwida lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-operaturi privati fl-indirizzar tal-interpretazzjoni tar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar il-kwistjoni.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-Artikolu 218(3) TFUE jipprevedi l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ “rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jadotta deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati u li tinnomina, skont is-suġġett tal-ftehim previst, in-negozjatur tal-Unjoni jew il-kap tal-grupp ta’ negozjaturi tal-Unjoni.”

Skont l-Artikolu 218(4) TFUE, il-Kunsill jista’ jindirizza d-direttivi lin-negozjatur u għandu jaħtar kumitat speċjali li permezz ta’ konsultazzjoni miegħu għandhom jitwettqu n-negozjati”.

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja 8 , il-bażi legali sostantiva tiddependi primarjament fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst. Jekk l-att previst ikollu żewġ miri jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawn il-miri jew komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, att legali jrid jissejjes fuq bażi legali sostantiva waħda, jiġifieri dik rikjesta mill-mira jew komponent ewlieni jew predominanti. Din ir-rakkomandazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-Unjoni tkun awtorizzata tipparteċipa fin-negozjati tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet.

L-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Talbiet huwa maħsub biex jipprovdi l-assistenza teknika u finanzjarja meħtieġa lil pajjiż terz, b’mod partikolari lill-Ukrajna, biex jiżgura li l-Federazzjoni Russa tinżamm responsabbli bis-sħiħ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u li d-danni, it-telf u l-korrimenti kollha kkawżati lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha kkonċernati, kif ukoll lill-Istat tal-Ukrajna, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħha, l-entitajiet tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat, mill-atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontriha jiġu kkumpensati kif xieraq. L-għan aħħari tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet huwa għalhekk li jindirizza kwistjonijiet amministrattivi, finanzjarji, proċedurali, legali u ta’ politika tal-Kummissjoni għat-Talbiet biex jiġi żgurat li l-Federazzjoni Russa tagħmel riparazzjoni sħiħa kif previst fil-mandat u l-funzjoni tal-Kummissjoni għat-Talbiet fl-abbozz żero tal-istrument internazzjonali u li jkun konsistenti mal-għan skont l-Artikolu 212 TFUE. Dan ikun konsistenti wkoll kemm mal-bażi legali sostantiva tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-bidla tal-istatus tal-Unjoni minn Membru Assoċjat għal Parteċipant fir-Reġistru tad-Danni adottat abbażi tal-Artikolu 212 TFUE, kif ukoll mal-kontribuzzjoni annwali prevista tal-Unjoni lill-Kummissjoni għat-Talbiet skont ir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna, li tipprovdi assistenza finanzjarja b’mod ugwali abbażi tal-Artikolu 212 TFUE.

Fl-istess ħin, il-kuntest ta’ din l-inizjattiva u l-preambolu tal-abbozz żero juru li l-Kummissjoni għat-Talbiet prevista ssegwi l-għan li tiżgura r-rispett għad-dritt internazzjonali u żżomm lill-Federazzjoni Russa responsabbli għall-atti illegali tagħha. Kif muri mir-riżoluzzjonijiet tal-AĠNU msemmija fil-preambolu tal-abbozz ta’ strument, dan il-mekkaniżmu ser jiġi stabbilit biex jirrispondi għad-delitt ta’ aggressjoni mwettaq mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, f’viloazzjoni manifesta tal-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-NU. L-istabbiliment ta’ dan il-mekkaniżmu għalhekk ser jifforma wkoll parti mill-isforzi tal-komunità internazzjonali biex jiġu żgurati l-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Mill-perspettiva tal-UE, il-parteċipazzjoni f’dan il-mekkaniżmu tikkorrispondi għall-objettivi li jirfdu l-azzjoni esterna tal-UE, kif stabbilit fl-Artikolu 21(2) TFUE.

Din ir-rakkomandazzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 212 TFUE flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tat-TFUE u tipprevedi l-ħatra tal-Kummissjoni bħala n-negozjatur tal-Unjoni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

F’konformità mal-Artikolu 216(1) TFUE, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fin-negozjati tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet taqa’ taħt il-kompetenza esterna tal-Unjoni.

Skont l-Artikolu 212(3), it-tieni subparagrafu, TFUE, in-negozjar ta’ ftehim internazzjonali mill-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jinnegozjaw f’korpi internazzjonali u li jikkonkludu tali ftehimiet. Fid-dawl tal-objettivi konġunti tal-UE u l-Istati Membri tagħha biex jiġi żgurat il-ħlas tad-danni tal-gwerra mill-Federazzjoni Russa, huwa xieraq li kemm l-Unjoni kif ukoll dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu hekk, jipparteċipaw f’dawn in-negozjati.

Proporzjonalità

L-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward ta’ din il-proposta kif stabbiliti hawn fuq jistgħu jinkisbu biss bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni fin-negozjati tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet.

Għażla tal-istrument

Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fin-negozjati tal-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet jeħtieġ li tiġi stabbilita permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, in-nomina tan-negozjatur tal-Unjoni u l-indirizzar ta’ direttivi lin-negozjatur skont l-Artikolu 218(3) u (4) TFUE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

L-aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna hija ksur serju tad-dritt internazzjonali li tikkawża u diġà kkawżat danni enormi fl-Ukrajna u lill-popolazzjoni Ukrena. Din il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-impenn tal-Unjoni li tiżgura li, permezz tal-Kummissjoni għat-Talbiet, tali danni jistgħu jiġu kkumpensati kif xieraq, inklużi dawk li jirriżultaw mill-ksur mill-Federazzjoni Russa tad-drittijiet fundamentali bħad-drittijiet għall-ħajja, għall-integrità tal-persuna u għall-proprjetà, kif ukoll id-dritt tal-projbizzjoni tat-tortura u tal-piena jew trattament inuman jew degradanti.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Kif previst fl-abbozz tal-istrument, f’konformità mad-dritt internazzjonali l-Federazzjoni Russa jenħtieġ li tħallas l-ispejjeż tal-ħidma tal-Kummissjoni għat-Talbiet. Fl-abbozz tal-istrument, huwa stipulat ukoll, madankollu, li sakemm il-Federazzjoni Russa twettaq l-obbligu tagħha, il-Kummissjoni għat-talbiet jenħtieġ li tiġi ffinanzjata permezz tal-kontribuzzjonijiet annwali tal-Membri tagħha, u kontribuzzjonijiet volontarji. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jitqiesu bħala pagamenti bil-quddiem dovuti mill-Federazzjoni Russa skont il-liġi internazzjonali u li jistgħu jiġu rkuprati mill-Federazzjoni Russa. B’mod aktar speċifiku, il-kontribuzzjonijiet annwali mill-Membri jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-Kumitat Finanzjarju tal-Assemblea, abbażi tal-iskala adottata min-Nazzjonijiet Uniti għall-baġit regolari tagħha. Skont l-abbozz tal-istrument, il-Membri mhumiex mistennija jikkontribwixxu għall-fond ta’ kumpens li se jitwaqqaf biex jeżegwixxi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għat-Talbiet li jagħtu kumpens.

Għalhekk, jekk l-Unjoni jkollha l-intenzjoni li tipparteċipa bħala Membru fl-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet, hija tkun meħtieġa tħallas kontribuzzjoni annwali. Aktar dettalji dwar l-impatt finanzjarju tal-Unjoni jinsabu fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta.

Ir-Regolament (UE) 2024/792 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna jipprevedi l-bażi legali għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni għat-Talbiet sal-2027. Abbażi tal-objettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/792, u b’mod partikolari taħt il-Kapitolu V, l-Artikolu 34(3) tal-imsemmi Regolament jipprevedi li “L-assistenza skont dan il-Kapitolu għandha ssaħħaħ ukoll il-kapaċitajiet għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi u tindirizza l-ħtiġijiet ta’ qabel u ta' wara l-kriżi, inkluż permezz ta’ miżuri u proċessi għall-bini tal-fiduċja li jippromwovu l-ġustizzja, it-tfittxija tal-verità, ir-riabilitazzjoni komprensiva wara kunflitt għal soċjetà inklużiva u paċifika, kif ukoll il-ġbir ta’ evidenza ta’ delitti mwettqa matul il-gwerra. Il-finanzjament għal inizjattivi u korpi involuti fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna jista’ jiġi pprovdut skont dan il-Kapitolu.”. Għalhekk, peress li l-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet għandu l-għan li jinforza l-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna billi jikkontribwixxi għal mekkaniżmu li se jikkumpensa d-danni mġarrba mill-Ukrajna u mill-popolazzjoni tagħha u kkawżati mill-ksur tad-dritt internazzjonali mill-Federazzjoni Russa, l-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2024/792 jipprevedi l-bażi legali xierqa biex l-Unjoni tipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Kummissjoni għat-Talbiet sal-2027.

Il-linja baġitarja li tkopri din in-nefqa tkun il-linja 16 06 03 01 — Assistenza għall-adeżjoni tal-Unjoni u miżuri oħra, fejn fir-rimarki baġitarji relattivi huwa spjegat li din il-partita “se tkopri wkoll l-appoġġ għal […] miżuri oħra li huma komplementari għall-azzjoni tal-UE, bħall-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja”.

Fir-rigward tal-metodu ta’ implimentazzjoni, l-Artikolu 245 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) 9 , li jippermetti lill-Unjoni tħallas tariffi tas-sħubija lil korpi li l-Unjoni hija membru tagħhom, huwa applikabbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni għat-Talbiet.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Fir-rigward tal-arranġamenti ta’ rappurtar, il-Kunsill jista’ jaħtar kumitat speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 218(4) TFUE, li jenħtieġ li jiġi kkonsultat għat-tmexxija tan-negozjati. Jekk dan il-kumitat jinħatar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta regolarment lilu dwar il-passi meħuda skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tikkonsultah fuq bażi regolari.

Meta tintalab hekk mill-Kunsill, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lura lilu dwar it-tmexxija u l-eżitu tan-negozjati, inkluż bil-miktub.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jinkludi l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni biex tipparteċipa, f’isem l-Unjoni, fin-negozjati ta’ ftehim internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna. L-Artikolu 1 jistabbilixxi wkoll li n-negozjati jenħtieġ li jitmexxew abbażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill mehmuża fl-anness għad-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2 jipprevedi n-nomina tal-Kummissjoni bħala negozjatur tal-Unjoni.

L-Artikolu 3 jipprevedi l-ħatra ta’ kumitat speċjali li f’konsultazzjoni miegħu jridu jitmexxew in-negozjati.

L-Artikolu 4 jipprovdi li d-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 5 jipprevedi d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni.

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati tal-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 212 flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea

Billi:

(1)Wara l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata mwettqa mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, 10 fl-14 ta’ Novembru 2022, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni ES-11/5, intitolata “Furtherance of remedy and reparation for aggression against Ukraine”. 11  

(2)Minbarra li tfakkar fl-obbligi tal-Istati skont l-Artikolu 2 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż dak li jżommu lura fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom mit-theddida jew l-użu tal-forza kontra l-integrità territorjali jew l-indipendenza politika ta’ kwalunkwe Stat, l-Assemblea Ġenerali esprimiet tħassib serju dwar it-telf ta’ ħajjiet, l-ispostament ċivili, il-qerda katastrofika tal-infrastruttura u r-riżorsi naturali, it-telf ta’ proprjetà pubblika u privata, u l-kalamità ekonomika kkawżata mill-aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. 12

(3)L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet li l-Federazzjoni Russa trid tinżamm responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-dritt internazzjonali mwettaq kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, hija enfasizzat ukoll li l-Federazzjoni Russa trid iġġarrab il-konsegwenzi legali tal-atti illegali kollha tagħha fuq livell internazzjonali, inkluż l-għoti ta’ kumpens għad-dannu, inkluż kwalunkwe dannu, ikkawżat mill-atti illegali tagħha. 13  

(4)Taħt dan il-qafas, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti enfasizzat il-ħtieġa li jiġi stabbilit, f’kooperazzjoni mal-Ukrajna, mekkaniżmu internazzjonali għal riparazzjoni għal dannu, telf jew korriment, li jirriżultaw minn atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontra l-Ukrajna. 14 Għal dan l-għan, hija rrakkomandat il-ħolqien ta’ reġistru internazzjonali tad-dannu biex iservi bħala rekord, f’forma dokumentarja, ta’ evidenza u informazzjoni dwar it-talbiet dwar id-dannu, it-telf jew il-korriment lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha kkonċernati, kif ukoll lill-Istat tal-Ukrajna, ikkawżati minn atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontriha, kif ukoll għall-promozzjoni u l-koordinazzjoni tal-ġbir tal-evidenza. 15

(5)Fit-12 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta r-Riżoluzzjoni CM/Res(2023)3 li tistabbilixxi l-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Reġistru tad-Danni Kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna.

(6)Sabiex jitmexxew ’il quddiem l-isforzi ta’ responsabbiltà lejn l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu internazzjonali għal riparazzjoni għal dannu, telf jew korriment, u li jirriżultaw minn atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontra l-Ukrajna, l-Istati adottaw approċċ gradwali, li l-ewwel għażlu li jistabbilixxu r-Reġistru, li għandu jiġi segwit mill-elementi l-oħra tal-mekkaniżmu ta’ kumpens, jiġifieri Kummissjoni għat-Talbiet u Fond ta’ Kumpens. Dan l-approċċ ġie rifless fl-Istatut tar-Reġistru, fejn huwa rikonoxxut li r-Reġistru, inkluż il-pjattaforma diġitali tiegħu bid-data kollha dwar it-talbiet u l-evidenza rreġistrata fih, huwa maħsub bħala l-ewwel komponent tal-mekkaniżmu ta’ kumpens li għandu jiġi stabbilit minn strument internazzjonali separat f’kooperazzjoni mal-Ukrajna u organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali rilevanti.

(7)Wara li ngħaqdet mar-Reġistru tad-Danni bħala Membru Assoċjat fundatur fil-11 ta’ Mejju 2023 permezz ta’ notifika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Unjoni biddlet l-istatus tagħha għal Parteċipant fit-22 ta’ Lulju 2024.

(8)Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2024/792 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna, li permezz tiegħu l-koleġiżlaturi fost l-oħrajn ipprovdew il-bażi legali għall-assistenza għal inizjattivi u korpi involuti fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna, inkluż billi jkopru l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għar-Reġistru tad-Danni.

(9)Fl-2024, l-Uffiċċju tal-President tal-Ukrajna, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju tan-Netherlands u r-Reġistru tad-Danni għall-Ukrajna stiednu lill-Istati li appoġġaw l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni A/RES/ES-11/5 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għal Laqgħat Preparatorji dwar Strument Internazzjonali biex tiġi stabbilita Kummissjoni għat-Talbiet għall-Ukrajna f’The Hague, in-Netherlands. L-ewwel ċiklu ta’ negozjati formali huwa mistenni li jseħħ f’Marzu 2025.

(10)Is-Segretarjat tar-Reġistru tad-Danni ħejja “abbozz żero” ta’ strument internazzjonali għall-istabbiliment ta’ Kummissjoni għat-Talbiet għall-Ukrajna. L-“abbozz żero” jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-mandat, il-funzjoni, l-istatus legali, is-sede, is-sħubija u l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni għat-Talbiet, l-istruttura organizzattiva, il-finanzjament u l-baġit kif ukoll dwar il-proċedura għar-rieżami tat-talbiet, is-sħubija fil-Federazzjoni Russa, u t-trasferiment tal-ħidma tar-Reġistru tad-Danni.

(11)Minħabba l-interess tal-Unjoni li ttenni l-impenn sod tagħha li tiżgura li l-Federazzjoni Russa ġġorr il-konsegwenzi legali tal-atti internazzjonalment illegali tagħha kontra l-Ukrajna, inkluż l-obbligu li tagħmel riparazzjoni għal kwalunkwe dannu, telf u dannu kkawżat minn dawk l-atti, huwa xieraq li l-Unjoni tipparteċipa fin-negozjati tal-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tinnegozja, f’isem l-Unjoni, strument internazzjonali li jistabbilixxi Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna.

Artikolu 2

In-negozjati għandhom jitmexxew abbażi tad-direttivi ta’ negozjar stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni hija b’dan maħtura bħala n-negozjatur tal-Unjoni.

Artikolu 4

Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fin-negozjati msemmija fl-Artikolu 1 għandha ssir f’konsultazzjoni mal-kumitat speċjali maħtur f’konformità mal-Artikolu 218(4) TFUE.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat speċjali msemmi fl-ewwel subparagrafu dwar il-passi meħuda skont din id-Deċiżjoni u tikkonsultah fuq bażi regolari.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Riżoluzzjoni tal-AĠNU A/RES/ES-11/5, OP2-OP4
(2)    L-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni CM/Res (2023) tat-12 ta’ Mejju 2023, l-Istatut tar-Reġistru tad-Danni Kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-Artikolu 2.5.
(3)

   Ir-riżoluzzjoni CM/Res(2023)3 li tistabbilixxi l-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Reġistru tad-Danni kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna (Adottata mill-Kumitat tal-Ministri fit-12 ta’ Mejju 2023 fl-1466 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri).

(4)

   C(2023) 3241, 11.5.2023.

(5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2045 tat-22 ta’ Lulju 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tal-istatus tal-Unjoni Ewropea fil-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Reġistru tad-Danni kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, ĠU L, 2024/2045, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2045/oj.
(6)    Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna ĠU L, 2024/792, 29.2.2024.
(7)    Id-Direttiva (UE) 2024/1226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ penali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva (UE) 2018/1673, ĠU L, 2024/1226, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1226/oj.
(8)    Is-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2014 (Awla Manja), il-Parlament Ewropew vs il-Kunsill, C-658/11, il-paragrafi 55–57 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-130/10 il-Parlament Ewropew vs il-Kunsill, il-paragrafu 80.
(9)

   Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.

(10)    UN DOC A/ES-11/L.1.
(11)    UN Doc A/RES/ES-11/5.
(12)    Ibid Premessi 2, 9.
(13)    Ibid il-paragrafu 2.
(14)    Dokument tan-NU A/RES/ES-11/5 il-paragrafu 3.
(15)    Ibid il-paragrafu 4.
Top

Brussell, 4.2.2025

COM(2025) 42 final

ANNESSI

ta'

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill

li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati tal-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna


ANNESS 1

Direttivi għan-negozjati tal-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna

Matul in-negozjati, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmira li tikseb l-għanijiet stabbiliti fid-dettall hawn taħt.

(1)L-għan tal-istrument internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna għandu jkun li joħloq il-bażi legali skont id-dritt internazzjonali għal korp amministrattiv biex jirrieżamina, jivvaluta u jiddeċiedi talbiet eliġibbli għal kumpens għal dannu, telf, jew korriment ikkawżat fl-24 ta’ Frar 2022 jew wara, fit-territorju tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, li testendi għall-baħar territorjali tagħha kif ukoll fiż-żona ekonomika esklużiva u l-blata kontinentali tagħha għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha kkonċernati, kif ukoll l-Istat tal-Ukrajna, inkluż l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħha, l-entitajiet tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat, mill-atti internazzjonalment illegali tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna jew kontriha, inkluż l-aggressjoni tagħha bi ksur tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll kwalunkwe ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem.

(2)L-istrument internazzjonali għandu jipprovdi l-istatus legali u l-personalità ġuridika tal-Kummissjoni għat-Talbiet kif meħtieġ għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha u għat-twettiq tal-mandat tagħha.

(3)L-istrument internazzjonali għandu jispjega b’mod ċar u preċiż it-titoli ta’ sħubija għall-Istati u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u l-modalitajiet tagħhom ta’ parteċipazzjoni fl-istrument.

(4)L-istrument internazzjonali għandu jiddeskrivi b’mod ċar l-istruttura organizzattiva tal-Kummissjoni għat-Talbiet, b’mod partikolari, fir-rigward tal-istruttura ta’ governanza u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Istati u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali.

(5)L-istrument internazzjonali għandu jispeċifika li, skont il-liġi internazzjonali, il-Federazzjoni Russa għandha tħallas l-ispejjeż tal-Kummissjoni għat-Talbiet. Hija għandha tispeċifika wkoll li, sakemm il-Federazzjoni Russa tneħħi l-obbligu msemmi, il-Kummissjoni għat-Talbiet għandha tiġi ffinanzjata permezz tal-kontribuzzjonijiet annwali stmati tal-Membri tagħha u l-kontribuzzjonijiet volontarji, u li l-kontribuzzjonijiet tal-Membri għandhom ikunu jistgħu jiġu rkuprati mill-Federazzjoni Russa.

(6)L-istrument internazzjonali għandu jistabbilixxi b’mod ċar il-modalitajiet tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mill-Membri u r-regoli u l-proċeduri finanzjarji li jirregolaw il-Kummissjoni għat-Talbiet.

(7)L-istrument internazzjonali għandu jinkludi l-modalitajiet meħtieġa għal trasferiment bla xkiel u preċiż tax-xogħol tar-Reġistru tad-Danni, u jagħti dettalji dwar il-kontinwazzjoni possibbli tar-Reġistru fil-qafas tal-Kummissjoni għat-Talbiet.

(8)Il-proċedura għan-negozjati għandha tkun kif ġej:

(a)In-negozjati għandhom jitħejjew sew bil-quddiem. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat speċjali maħtur f’konformità mal-Artikolu 218(4) TFUE dwar l-iskeda antiċipata u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu nnegozjati, u taqsam l-informazzjoni rilevanti kmieni kemm jista’ jkun.

(b)Fejn meħtieġ, is-sessjonijiet ta’ negozjar għandhom ikunu preċeduti minn laqgħa tal-kumitat speċjali maħtur f’konformità mal-Artikolu 218(4) TFUE sabiex jiġu identifikati l-kwistjonijiet ewlenin, jiġu fformulati opinjonijiet u tiġi pprovduta gwida, kif xieraq.

(c)Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-kumitat speċjali maħtur f’konformità mal-Artikolu 218(4) TFUE dwar l-eżitu tan-negozjati wara kull sessjoni ta’ negozjar jew, meta jsiru għadd ta’ negozjati b’mod parallel, wara serje ta’ sessjonijiet ta’ negozjati.

(d)Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat speċjali maħtur f’konformità mal-Artikolu 218(4) TFUE dwar kwalunkwe kwistjoni importanti li tista’ tinqala’ matul in-negozjati.


ANNESS 2

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)3

1.3.Għan(ijiet)3

1.3.1.Għan(ijiet) ġenerali3

1.3.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi3

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija3

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni3

1.4.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:4

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva4

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva4

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni5

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha6

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom8

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)8

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i10

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet12

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali12

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat12

3.2.1.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern17

3.2.2.Output stmat iffinanzjat minn approprjazzjonijiet operazzjonali22

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi24

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat24

3.2.3.2.Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat estern24

3.2.3.3.Total tal-approprjazzjonijiet24

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani25

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat25

3.2.4.2.Iffinanzjati minn dħul assenjat estern26

3.2.4.3.Rekwiżiti totali ta’ riżorsi umani26

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali28

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali28

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi28

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul29

4.Dimensjonijiet diġitali29

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali30

4.2.Data30

4.3.Soluzzjonijiet diġitali31

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà31

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali32

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati dwar il-ftehim internazzjonali li jistabbilixxi l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet għall-Ukrajna.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Ġustizzja

Assistenza finanzjarja u teknika għal pajjiżi terzi

1.3.Għan(ijiet)

1.3.1.Għan(ijiet) ġenerali

Din il-proposta għandha l-għan ewlieni li tawtorizza lill-Kummissjoni tipparteċipa, f’isem l-Unjoni, fin-negozjati tal-istrument internazzjonali dwar l-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Talbiet. L-istabbiliment ta’ Kummissjoni għat-Talbiet se jkollu rwol kritiku fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali għall-Ukrajna peress li jikkostitwixxi parti integrali minn mekkaniżmu ta’ kumpens internazzjonali għall-vittmi tal-aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna.

1.3.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi

1. Li fl-aħħar mill-aħħar tiġi pprovduta l-assitanza meħtieġa lill-Ukrajna biex tiżgura li l-Federazzjoni Russa ġġorr il-konsegwenzi legali tal-atti internazzjonalment illegali tagħha kontra l-Ukrajna inkluż l-obbligu li tagħmel riparazzjoni għal kwalunkwe dannu, telf jew korriment ikkawżat minn dawk l-atti.

2. Li jiġi rispettat l-Istatut tar-Reġistru tad-Danni — li fih l-UE hija Parteċipant — li jipprevedi li r-Reġistru, inkluż il-pjattaforma diġitali tiegħu bid-data kollha dwar il-pretensjonijiet u l-evidenza rreġistrata fih, huwa maħsub bħala l-ewwel komponent tal-mekkaniżmu ta’ kumpens li għandu jiġi stabbilit minn strument internazzjonali separat f’kooperazzjoni mal-Ukrajna u organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali rilevanti.

3. Li tiġi stabbilita l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fiha.

4. Li jiġu mogħtija l-mezzi lill-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet biex tirrieżamina, tivvaluta u tiddeċiedi talbiet eliġibbli rreġistrati fir-Reġistru tad-Danni u tiddetermina l-ammont ta’ kumpens dovut f’kull każ. 

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet taħdem bħala korp ta’ ġbir ta’ informazzjoni u tirrieżamina, tivvaluta u tiddeċiedi t-talbiet eliġibbli rreġistrati fir-Reġistru u tiddetermina l-ammont ta’ kumpens dovut f’kull każ.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

It-twaqqif tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet.

1.4.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 1  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Hemm bżonn żewġ rekwiżiti ewlenin li jistgħu meta tiġi implimentata din l-inizjattiva. L-ewwel wieħed, li japplika fuq medda qasira ta’ żmien, huwa li formalment jiġi rċevut il-mandat għall-parteċipazzjoni għall-UE fil-proċess tan-negozjati dwar it-twaqqif tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet. It-tieni wieħed, li japplika fuq medda twila ta’ żmien, jista’ jiġi vvalutat biss ladarba l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet tkun kompletament operattiva. Ladarba dan ikun il-każ, l-effiċjenza ta’ dan l-istrument tista’ tiġi evalwata skont il-kapaċità tiegħu li jirrieżamina, jivvaluta u jiddetermina t-talbiet eliġibbli u jiddetermina l-ammont ta’ kumpens dovut f’kull każ.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante)

L-Unjoni tenniet f’diversi okkażjonijiet l-impenn tagħha li tiżgura li l-Federazzjoni Russa ġġorr il-konsegwenzi legali tal-atti internazzjonalment illegali tagħha, inkluż l-obbligu li tagħmel kumpens għal kwalunkwe dannu kkawżat minn tali atti. Dan l-impenn jirrepeti b’mod partikolari s-sejħa li saret mir-riżoluzzjoni tal-2022 tal-Assemblea Ġenerali Nazzjonali Magħquda bit-titolu “Furtherance of remedy and reparation for aggression against Ukraine”, li rrikonoxxiet il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu internazzjonali għar-riparazzjoni għal ħsara, telf jew korriment li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Bi tweġiba għal din is-sejħa, fit-12 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta r-Riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Reġistru tad-Danni Kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. L-Istati adottaw approċċ gradwali, billi għażlu li jistabbilixxu r-Reġistru l-ewwel, li għandu jiġi segwit mill-elementi l-oħra tal-mekkaniżmu ta’ kumpens, jiġifieri kummissjoni għat-talbiet u fond ta’ kumpens. Dan l-approċċ ġie rifless fl-Istatut tar-Reġistru, fejn huwa rikonoxxut li r-Reġistru, inkluż il-pjattaforma diġitali tiegħu bid-data kollha dwar it-talbiet u l-evidenza rreġistrata fih, huwa maħsub bħala l-ewwel komponent tal-mekkaniżmu ta’ kumpens li għandu jiġi stabbilit minn strument internazzjonali separat f’kooperazzjoni mal-Ukrajna u organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali rilevanti. Wara li inizjalment ingħaqdet mar-Reġistru tad-Danni bħala Membru Assoċjat fundatur fil-11 ta’ Mejju 2023 permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Unjoni, wara Deċiżjoni tal-Kunsill adottata fit-22 ta’ Lulju 2024, biddlet l-istatus tagħha għal Parteċipant sħiħ. Għalhekk, l-Unjoni tipparteċipa fir-rwol tagħha stess fir-Reġistru, flimkien mal-Istati Membri u flimkien magħhom (ħlief l-Ungerija). Tali parteċipazzjoni tippermetti lill-Unjoni żżomm mal-impenn tagħha li tappoġġa lill-Ukrajna u tikkontribwixxi għar-restawr ta’ ordni legali internazzjonali bbażata fuq ir-regoli. Fl-istess ħin, tippermetti lill-Kummissjoni tikkoordina aħjar l-azzjonijiet tagħha relatati mar-riparazzjonijiet mal-Istati Membri, u b’hekk tiżgura li l-Unjoni tkun tista’ titkellem b’vuċi waħda. Il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tipparteċipa fin-negozjati tal-Kummissjoni għat-Talbiet, u fl-aħħar mill-aħħar fil-Kummissjoni għat-Talbiet innifisha ladarba tiġi stabbilita, hija għalhekk il-kontinwazzjoni naturali u l-iżvilupp tal-istatus quo eżistenti.

Valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Billi tipparteċipa fl-istabbiliment tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet, l-UE tikkontribwixxi biex tiżgura li l-Federazzjoni Russa ġġorr il-konsegwenzi legali tal-atti ħżiena tagħha u li, f’tali sforz, l-UE tkun tista’ titkellem b’vuċi waħda. Kull meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tiżgura koordinazzjoni ma’ u fost l-Istati Membri fil-fażijiet differenti tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-Kummissjoni għat-Talbiet, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti ta’ dan il-korp il-ġdid.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

It-tagħlimiet ewlenin li ttieħdu fil-passat jirriżultaw minn strumenti simili preċedenti. Il-Kummissjoni ta’ Kumpens tan-NU (UN Compensation Commission, UNCC) hija l-aktar preċedent rilevanti, li jista’ jagħti xi għarfien dwar it-tfassil u l-ispejjeż tal-Kummissjoni għat-Talbiet għall-Ukrajna. Din eżistiet għal 31 sena (mill-1991 sal-2022) iżda l-attivitajiet ta’ aġġudikazzjoni tagħha damu 12-il sena. Minħabba x-xogħol bażiku li diġà sar mir-Reġistru u l-iżviluppi teknoloġiċi f’dawn l-aħħar deċennji, il-Kummissjoni għat-Talbiet jista’ jkollha tul ta’ ħajja iqsar mill-UNCC, attwalment stmat għal 10 snin. Madankollu, l-Unjoni ma pparteċipatx fl-UNCC.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-appoġġ sod tal-Unjoni għall-Ukrajna jirrifletti impenn kondiviż għall-prinċipji demokratiċi u għas-salvagwardja tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-paċi fl-Ewropa. Għalhekk, din il-proposta hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni li għandhom l-għan li jappoġġaw lill-Ukrajna u jissalvagwardjaw l-ordni internazzjonali u l-paċi fl-Ewropa, b’mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni attwali tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-għanijiet ta’ din il-proposta huma appoġġati mir-Regolament (UE) 2024/792 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna. L-Artikolu 34(3) ta’ dan tal-aħħar jipprevedi li l-assistenza taħt il-Pilastru III tal-Faċilità għall-Ukrajna “għandha ssaħħaħ ukoll il-kapaċitajiet għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi u tindirizza l-ħtiġijiet ta’ qabel u ta’ wara l-kriżi, inkluż permezz ta’ miżuri u proċessi għall-bini tal-fiduċja li jippromwovu l-ġustizzja, it-tfittxija tal-verità, ir-riabilitazzjoni komprensiva wara kunflitt għal soċjetà inklużiva u paċifika, kif ukoll il-ġbir ta’ evidenza ta’ delitti mwettqa matul il-gwerra. Il-finanzjament għal inizjattivi u korpi involuti fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna jista’ jiġi pprovdut skont dan il-Kapitolu.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Ir-Regolament (UE) 2024/792 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna jipprevedi l-bażi legali għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet sal-2027. Abbażi tal-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/792, u b’mod partikolari taħt il-Kapitolu V, l-Artikolu 34(3) tal-imsemmi Regolament jipprevedi li “L-assistenza skont dan il-Kapitolu għandha ssaħħaħ ukoll il-kapaċitajiet għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi u tindirizza l-ħtiġijiet ta’ qabel u ta’ wara l-kriżi, inkluż permezz ta’ miżuri u proċessi għall-bini tal-fiduċja li jippromwovu l-ġustizzja, it-tfittxija tal-verità, ir-riabilitazzjoni komprensiva wara kunflitt għal soċjetà inklużiva u paċifika, kif ukoll il-ġbir ta’ evidenza ta’ delitti mwettqa matul il-gwerra. Il-finanzjament għal inizjattivi u korpi involuti fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna jista’ jiġi pprovdut skont dan il-Kapitolu”. Għalhekk, peress li l-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet għandu l-għan li jinforza l-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna billi jikkontribwixxi għal mekkaniżmu li se jikkumpensa d-danni mġarrba mill-Ukrajna u mill-popolazzjoni tagħha u kkawżati mill-ksur tad-dritt internazzjonali mill-Federazzjoni Russa, l-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2024/792 jipprevedi l-bażi legali xierqa biex l-Unjoni tipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Kummissjoni għat-Talbiet sal-2027. Il-linja baġitarja li tkopri din in-nefqa tkun il-linja 16 06 03 01 — Assistenza għall-adeżjoni tal-Unjoni u miżuri oħra, fejn fir-rimarki baġitarji relattivi huwa spjegat li din il-partita “se tkopri wkoll l-appoġġ għal […] miżuri oħra li huma komplementari għall-azzjoni tal-UE, bħall-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja”. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għar-Reġistru tad-Danni hija koperta wkoll mill-Faċilità għall-Ukrajna.

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

   fis-seħħ mill-2025 sal-2035 2  

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu(i) tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 3   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni 4

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati) 5

il-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

korpi tad-dritt pubbliku

korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Fir-rigward tal-arranġamenti ta’ rapportar, il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fin-negozjati dwar l-istabbiliment tal-Kummissjoni għat-Talbiet għandha titwettaq f’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 218(4) TFUE. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat speċjali dwar il-passi meħuda skont din id-Deċiżjoni u tikkonsultah fuq bażi regolari. Meta tintalab hekk mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lura lilu dwar it-tmexxija u l-eżitu tan-negozjati, inkluż bil-miktub.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Fir-rigward tal-metodu ta’ implimentazzjoni, l-Artikolu 245 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni9, li jippermetti lill-Unjoni tħallas tariffi tas-sħubija lil korpi li l-Unjoni hija membru tagħhom, huwa applikabbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni għat-Talbiet. 

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

F’dan l-istadju ma ġie identifikat l-ebda riskju speċifiku.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Skont il-gwida tas-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni, il-kost tal-kontrolli fil-livell tal-Kummissjoni huwa vvalutat mill-kost tal-istadji differenti ta’ kontroll. Il-valutazzjoni ġenerali għal kull mod ta’ ġestjoni tinkiseb mill-proporzjon bejn dawk il-kostijiet kollha u l-ammont totali mħallas fis-sena għall-mod ta’ ġestjoni relatat.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 6

mill-pajjiżi tal-EFTA 7

mill-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali 8

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

0

16 06 03 01

Diff.

Nru

LE

LE

LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

0

Nefqa lil hinn mil-limiti massimi annwali stipulati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali

DĠ: Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għar-Tkabbir

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

16 06 03 01 — assistenza għall-adeżjoni tal-Unjoni u miżuri oħra

Impenji

(1a)

0,000 

0,000 

3,000

3,000

6,000

Pagamenti

(2 a)

0,000 

0,000 

3,000

3,000

6,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 9

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ Politika Ewropea tal-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir

Impenji

=1a+1b+3

0,000

0,000 

3,000 

3,000 

6,000

Pagamenti

=2a+2b +3

0,000

0,000 

3,000 

3,000 

6,000 10

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,000

0,000

3,000

3,000

6,000

Pagamenti

(5)

0,000

0,000

3,000

3,000

6,000

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 0

Impenji

=4+6

0,000

0,000

3,000

3,000

6,000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0,000

0,000

3,000

3,000

6,000

3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 11

Kost medju

Nru

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 12

– Output

– Output

– Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

– Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL GĦALL-PERJODU 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent) 13

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Ammin. Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]

– fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

Il-persunal meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta (f’FTEs):

Għandu jiġi kopert mill-persunal attwali disponibbli fis-servizzi tal-Kummissjoni

Persunal addizzjonali eċċezzjonali*

Għandu jiġi ffinanzjat skont l-Intestatura 7 jew mir-Riċerka

Għandu jiġi ffinanzjat mil-linja BA

Għandu jiġi ffinanzjat mit-tariffi

Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal

M/A

Persunal estern (CA, SNEs, INT)

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu minn:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali

TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Nefqa fuq l-IT (korporattiva) 

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Barra mill-INTESTATURA 7

Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

Ir-Regolament (UE) 2024/792 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna jipprevedi l-bażi legali għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet sal-2027. Abbażi tal-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2024/792, u b’mod partikolari taħt il-Kapitolu V, l-Artikolu 34(3) tal-imsemmi Regolament jipprevedi li “L-assistenza skont dan il-Kapitolu għandha ssaħħaħ ukoll il-kapaċitajiet għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi u tindirizza l-ħtiġijiet ta’ qabel u ta’ wara l-kriżi, inkluż permezz ta’ miżuri u proċessi għall-bini tal-fiduċja li jippromwovu l-ġustizzja, it-tfittxija tal-verità, ir-riabilitazzjoni komprensiva wara kunflitt għal soċjetà inklużiva u paċifika, kif ukoll il-ġbir ta’ evidenza ta’ delitti mwettqa matul il-gwerra. Il-finanzjament għal inizjattivi u korpi involuti fl-appoġġ u l-infurzar tal-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna jista’ jiġi pprovdut skont dan il-Kapitolu”. Għalhekk, peress li l-istrument li jistabbilixxi l-Kummissjoni għat-Talbiet għandu l-għan li jinforza l-ġustizzja internazzjonali fl-Ukrajna billi jikkontribwixxi għal mekkaniżmu li se jikkumpensa d-danni mġarrba mill-Ukrajna u mill-popolazzjoni tagħha u kkawżati mill-ksur tad-dritt internazzjonali mill-Federazzjoni Russa, l-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2024/792 jipprevedi l-bażi legali xierqa biex l-Unjoni tipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet sal-2027. 

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:



3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

4.Dimensjonijiet diġitali

Mhux applikabbli.

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Mhux applikabbli.

4.2.Data

Mhux applikabbli.

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

Mhux applikabbli.

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

Mhux applikabbli.

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

Mhux applikabbli.

(1)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(2)    It-tul ta’ ħajja tal-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet bħalissa huwa stmat għal 10 sena.
(3)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia:  https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(4)    Din il-kontribuzzjoni se ssir permezz tal-ħlas ta’ miżata tas-sħubija skont l-Artikolu 245 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj. Dan huwa strument taħt ġestjoni diretta. 
(5)    Huwa mistenni li l-Kummissjoni Internazzjonali għat-Talbiet innifisha se tieħu ħsieb il-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit. 
(6)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(7)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(8)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(9)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(10)    Il-kontribuzzjoni annwali stmata tal-UE x’aktarx li tvarja bejn EUR 2 miljun u EUR 3 miljun.
(11)    Outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(12)    Kif deskritt fit-Taqsima 1.3.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi”
(13)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
Top