Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52025M12092

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.12092 — WARBURG PINCUS / UVEX) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

PUB/2025/942

ĠU C, C/2025/4927, 4.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4927/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4927/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4927

4.9.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12092 — WARBURG PINCUS / UVEX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4927)

1.   

Fis-26 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti),

UVEX WINTER HOLDING GmbH & Co. KG, is-sussidjarji diretti u indiretti kollha tagħha, u UVEX WINTER HOLDING Management GmbH (“UVEX Group”, il-Ġermanja).

Warburg Pincus se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ UVEX Group kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

Warburg Pincus hija kumpanija ta’ ekwità privata, li timmaniġġja kumpaniji attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-konsumaturi, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u kummerċjali u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjoni,

Il-grupp UVEX huwa kumpanija Ġermaniża speċjalizzata fl-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ tagħmir protettiv personali u prodotti ta’ sikurezza prinċipalment għall-isport.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12092 — WARBURG PINCUS / UVEX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4927/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top